Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427
11 anliżi illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 fik dak li ġara'. Dan iġiegħel lill-vittma taħseb li l-ħin kollu qed tagħmel xi ħaġa ħażina, iġġegħelha tħossha ħażin u fil- proċess tkissrilha l-moral. L-abbuż finanzjarju • Hemm abbuż ieħor li jista' jkun ukoll jitqies bħala vjolenza domestika. Dan huwa l-abbuż bil-poter finanzjarju li jkollu l-aggressur. F'dan il-każ l-aggressur ma jħallix lill-vittma jkollha xogħol u allura din tkun tiddependi b'mod assolut fuq l-aggressur biex tixtri xi ħaġa għaliha u prattikament biex tgħix. Il-flus fil-fatt huma parti importanti fil-logħba ta' kontroll tal-agressur. • L-abbuż jista' jieħu l-forma wkoll ta' segretezza fir-rigward tal-finanzi jew inkella l-għoti tal-allowance minflok il-paga, fis-sens illi huwa l-agressur li jagħtik il-flus u jiddeċiedi kemm għandu jkollok flus fil- but. Ir-raġel jikkmanda • Abbuż komuni huwa dak illi permezz tiegħu r-raġel jieħu pożizzjoni ta' kmand assolut fil-familja u allura dak kollu deċiż fir-residenza jkun biss bl- approvazzjoni tiegħu. Dan joħloq atmosfera ta' abbuż u privileġġ għall-agressur maskili soċjalment meqjus bħala kap tal-familja f 'diversi pajjiżi. L-użu tat-tfal • Mhux l-ewwel darba illi t-tfal huma użati biex jingħaddu messaġġi kemm f 'relazzjonijiet imkissrin imma anke dawk li mhumiex. 'Mur għid lil missierek ...' Dan huwa l-użu tat-tfal biex l-agressur jieħu iktar poter f 'idejh. Kemm nisa jsofru minn vjolenza? Skont rapport mill-Aġenzija tal-UE għad- Drittijiet Fundamentali (FRA) , mara minn tlieta esperjenzaw xi forma ta' abbuż fiżiku minn meta kellhom 15-il sena, waħda minn 10 sofrew minn abbuż sesswali minn meta kellhom 15-il sena u waħda minn kull 20 sfat stuprata. Ftit iktar minn mara minn ħamsa esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali mis-sieħeb kurrenti jew preċedenti filwaqt li 43% tan-nisa esperjenzaw xi tip ta' abbuż psikoloġiku jew imġiba ta' kontroll meta kienu f 'relazzjoni. Min huma l-aggressuri? Skont ċifri tal-Eurostat, f 'ħafna stati membri, iktar minn nofs l-omiċidji ta' nisa kienu minn maħbub, qarib jew membru tal-familja. Kemm iseħħu mwiet ikkawżati minn vjolenza domestika fl-UE? Skont l-istess ċifri Ewropej kull sena jseħħu 3,500 mewt ta' nisa li huma kkawżati minn vjolenza domestika. Kemm jirrappurtaw l-attakki fuqhom in-nisa? Skont stħarriġ mill-FRA huma 14% biss li jirrappurtaw każi serji ta' vjolenza domestika fejn l-aggressur huwa s-sieħeb. Minn naħa l-oħra huma 13% biss li jirrappurtaw każ ta' vjolenza minn persuna li mhix sieħeb jew maħbub. X'inhuma l-effetti tal-vjolenza domestika? L-istħarriġ tal-FRA juri illi -rispons emozzjonali tal- vjolenza domestika kienu biża', rabja u sens ta' mbarazzament u mistħija. Il-vittmi sofrew ukoll minn telf ta' fiduċja fihom nfushom u tħallew vulnerabbli u anzjużi. Dejjem jitwemmnu l-vittmi? Le. Stħarriġ tal-Eurostat tal-2016 juri kif 22% ta' dawk li wieġbu qalu illi jemmnu li xi kultant l-akkużi jkunu eseġerati. Intant 27% jħossu li sess mingħajr il-kunsens (u allura stupru) huwa aċċettabbli f 'ċerti sitwazzjonijiet. Kemm tiswa lill-UE l-vjolenza domestika? Skont studju mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewroprew (EPRS) in-nefqa totali għall-vjolenza kontra n-nisa fl-2011 kienet tlaħħaq €228 miljun. Kemm talloka flus għal din il-problema l-UE? Il-Programm Daphne III kellu baġit ta' €116.8 miljun fil-perjodu bejn l-2007 u l-2013. Dan il-baġit kien miżjud b'aktar minn erba' darbiet għal €439.5 miljuni għall-perjodu 2014 sal-2020. Għall-baġit li jmiss li jkopri s-snin bejn l-2021 u l-2027 dan il-programm se jingħata €409 miljuni. Fatti Ewropej dwar il- vjolenza domestika "Din mhix xi ħaġa ta' politika partiġġjana. Hija pjaga soċjali iktar milli legali," jgħid il-Ministru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Edward Zammit Lewis mal-ILLUM. Huwa jgħid li aktar minn kollox din hija kwistjoni wkoll ta' mentalità, xi kultant anke ta' nisa li jaċċettaw illi r-raġel jabbuża minnhom. Jammetti li għad fadal xi jsir fuq tliet binarji: L-ewwel nett, għalkemm ifakkar illi hu ma jistax jindaħal lill-Qorti, jgħid illi l-istess Qorti jeħtieġ tkun aktar sensittiva u timponi sentenzi aktar ħorox. "Bil-pieni rridu ngħaddu messaġġ," jinsisti Zammit Lewis. Imbagħad jgħid illi hemm bżonn titjib fl-għases għalkemm ifakkar ukoll li xogħol qed isir, f'termini ta' taħriġ. U finalment il-bżonn ta' aktar edukazzjoni, biex aktar nies jifhmu u jitgħallmu manjieri bażiċi. "Għandu dejjem ikollna tolleranza żero. M'hemmx skużanti għall- vjolenza." Ifakkar illi Adrian Delia kien ivvota kontra r-ratifikar tal- Konvenzjoni ta' Istanbul, kif ukoll li Malta kienet mal-ewwel pajjiżi li rratifikaw din il-konvenzjoni. Zammit Lewis jgħid ukoll illi l-baġit għall-vjolenza domestika żdied b'75% taħt dan il-Gvern. U l-Ministru xi jgħid?