Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427
28 sport IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 • illum 'Tħallu lil ħadd jillimitalkom il-ħolm tagħkom' CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Bażikament kien għad kelli biss erba' snin. Niakar ċar li kien is-Sibt filgħodu u ġie kuġinuwi għandi qabel kien sejjer għat-taħriġ. Ma kelli l-ebda idea li kont ħa nispiċċa mmur miegħu dakinhar. Minn dik il-ġurnata bdiet l-imħabba tiegħi lejn dan l-isport. Bdejt fin-nursery tal-Hibs, kont bdejt bħala plejer imma minn dejjem ħassejtni li kont nieħu iktar gost fil-lasta. Mill-ewwel darba li mort għat-taħriġ, bqajt immur u bażikament sar parti kbira minn ħajti. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Għandna tim b'età medja baxxa ħafna u naħseb li l-potenzjal u l-abiltà tagħna għad irridu nuruha matul dan l-istaġun. Kellna partiti u prestazzjonijiet pożittivi ħafna u bi it iktar fortuna, nemmen li stajna nkunu aktar 'il fuq fil-klassifika. Bħala tim, nafu l-kapaċitajiet tagħna u nafu x'kapaċi nagħmlu. F'Jannar ġew xi plejers ġodda u persważ li se jagħtuna l-għajnuna neċessarja biex insaħħu fuq li għandna. Inżommu saqajna mal-art u nibqgħu naħdmu. Għad baqa' rawnd sħiħ x'jintlagħab u kollox jista' jiġri. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- kampjonat Premier? Diffiċli biex inweġibha dil-mistoqsija. Biex inkun onest kampjonat b'14-il tim jogħġobni. Però, nippreferi jkun hemm it inqas timijiet li jkunu kollha viċin fil-livell u jiżdiedu r-rawnds. Naqbel żgur li jridu jiżdiedu l-logħob fil-kampjonati Maltin. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Din is-sena taqta' tim wieħed li hu maqtugħ ħafna fl-aħħar post, naħseb li t-timijiet tan-naħa ta' isfel taw sfida sew lit-timijiet ta' fuq kif ikoll mhux l-ewwel darba li serqu xi punti, jiġifieri naħseb li dis-sena qiegħed iktar viċin, il-livell fil- Kampjonat Premier. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Iva naqbel. Dan ma jfissirx li għax ikun eliġibbli 11-il barrani, bilfors se jilagħbu huma. Bħala livell ta' barranin li jiġu dik imbagħad hija responsabbiltà ta' min imexxi l-klabbs. Apparti minn hekk, naħseb, li peress li l-barranin ikunu kollha full-time, jiżdied ukoll in- numru ta' Maltin full-time. Barra minn Malta, il-maġġoranza tal-kampjonati speċjalment fl-Ewropa kollha eliġibbli għal kulħadd qegħdin, għalfejn Malta le? Nemmen li b'hekk, jiżdied ukoll il-livell tal-Kampjonati tal-Ewwel, it-Tieni u anke tat-Tielet Diviżjoni. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva, sfortunatament jiġu xi barranin li ma jkunux ta' livell, għalfejn jew kif jiġu, dik il-klabbs iridu jweġbuha. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni? Aħna fl-Ewwel Diviżjoni, nilagħbu fis- Centenary Stadium u fil-Victor Tedesco Stadium. Is-Centenary Stadium, m'hemm xejn ħażin xi tgħid fuqu, però fil-Victor Tedesco Stadium, hemm xi affarijiet li jridu jiġu rranġati fosthom turf u dawl tal- grawnd. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Fuq referis fl-Ewwel Diviżjoni, għall- inqas fil-logħob tagħna, ma tantx kien hemm kontroversji, jiġifieri l-kontroll tagħhom s'issa fl-opinjoni tiegħi kien wieħed sodisfaċenti. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Ovvjament, hemm ħafna sagrifiċċji li trid tagħmel. Trid tara li jkollok rutina tajba matul il-ġurnata ħalli għat-taħriġ tkun 100%. Trid tiekol sew, tara li tistrieħ biżżejjed u trid tara fejn tmur meta toħroġ speċjalment matul l-istaġun. Ovvjament, iktar ma tkun iddedikat u tidħol fid-dettall iktar se tara riżultati pożittivi u titjib. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Max-xogħol ma nsibx daqshekk problema għax flessibbli ħafna, jiġifieri jkolli ċans niekol sew u nistrieħ ħalli nkun ċert li nkun lest għat-taħriġ. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- futbol? Bħalissa qiegħed mas-Swieqi u kuntent ħafna. Nibqa' ffukat fuq dan l-istaġun biex nilħqu l-għanijiet tagħna mbagħad naraw minn hemm. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ li nixtieq ngħaddi huwa li jiġri x'jiġri matul il-karriera tagħkom, kemm issa kif ukoll meta tikbru, taqtgħu qalbkom qatt, tħallu lil ħadd jillimitalkom il-ħolm tagħkom għax kollox hu possibbli jekk tiddedikaw ruħkom! Craig Abdilla - goalkeeper żagħżugħ tal-ogħla livell li jimmilita ma' Swieqi United fl-Ewwel Diviżjoni. M'hemmx dubju li għandu futur mill-isbaħ fl- isport li tant iħobb - il-futbol