Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 Minkejja l-kuxjenza, il-kampanji u l-miżuri, sondaġġ xjentifiku li għamlet il-gazzetta ILLUM juri li l-karozza tal- linja għad fadlilha x'taqdef biex tattira lill-Maltin, b'mod partikolari liż-żgħażagħ. Meta l-istess sondaġġ jitqabbel ma' ieħor li sar f'Awwissu, jirriżulta li tal-linja jew baqgħet fejn kienet jew saħanistra marret lura... Tramunata tal-pajjiż, f 'lokalitajiet bħall-Għargħur, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, hekk kif 10.2% biss jagħżlu li jużaw it-trasport pubbliku. Mort l-università? Mela x'aktarx dipendenti aktar fuq il-karozza Ir-raġuni tgħidlek li aktar ma jkollok skola, aktar għandu jkollok għarfien dwar il-problema tat- tniġġis tal-arja u t-tibdil fil-klima u allura l-ħtieġa li nibżgħu għall- ambjent, inkluż bl-użu alternattiv ta' trasport. Iżda anke hawn is-sondaġġ ma tantx għandu riżultati pożittivi. Għall-kuntrarju, l-aktar li jużaw il- karozza privata u l-inqas li jagħmlu użu mill-karozza tal-linja huma dawk li komplew l-iskola wara s-sekondarja u kisbu edukazzjoni terzjarja. Fil-fatt, f 'dan ir-rigward, ir- riżultati kienu konsistenti ma' dawk ta' Awwissu li għadda. Dawk li għandhom livell baxx ta' edukazzjoni huma l-aktar li jużaw il-karozza tal-linja, anke jekk il- persentaġġi mhumiex spettakolari. Minn dawk li għandhom edukazzjoni post sekondarja jew terzjarja kienu 5.4% u 4.8% rispettivament li wieġbu li jużaw il- karozza tal-linja. Mill-banda l-oħra 89% u 86.8% rispettivament jagħżlu li jivvjaġġaw bil-karozza tagħhom u anke jekk dawn huwa inqas minn dak li sab l-istess sondaġġ f 'Awwissu li għadda, it-tnaqqis tant kemm hu żgħir li huwa kważi kważi insinifikanti. Mill-banda l-oħra 32.3% ta' dawk li għandhom biss edukazzjoni primarja u 16.1% ta' dawk li waqfu sas-sekondarja qalu li jużaw il- karozza tal-linja. Il-karozza nħobbuha wisq! L-inqas li jużaw il-karozza privata huma dawk li waqfu sal-iskola primarja. 38.9% (biss) minn dawn qalu li jippreferu l-karozza privata. Warajhom (44.5%) l-anzjani li għandhom 'il fuq minn 65 sena. Ħdejn il-persentaġġ l-oħra kollha li jissuperaw sew il-50%, dawn huma baxxi ħafna. Fil-fatt, il- karozza privata tibqa' l-favorita. L-Għawdxin huma wkoll l-aktar li jużaw il-karozza privata. Fil- fatt 89.4% tal-Għawdxin jagħżlu l-karozza biex jivvjaġġaw minn post għall-ieħor. Sa Awwissu li għadda, 66.8% tal-Għawdxin kienu għażlu l-karozza meta mistoqsija mill- ILLUM. L-irġiel (80.1%) jippreferu l-karozza aktar min-nisa (70.5%) anke jekk iż-żewġ sessi ma jħobbu xejn jużaw il-karozza tal-linja, hekk kif kienu 10.2% tal-irġiel u 16.9% tan-nisa li jivvjaġġaw bil-karozza tal- linja. Il-mixi u r-rota ma rridux nafu bihom Il-kumdità nħobbuha wisq. Ma tarax li se nimxu jew se mmorru bir-rota. Nistgħu mhux nagħmlu karreġġjati. Huma 2.2% tal-Maltin li jippreferu jimxu milli jaqbdu karozza jew it- trasport pubbliku u 0.4% biss li se jużawlek ir-rota biex imorru minn post għall-ieħor. Bit-traffiku li hawn ma ttihomx tort. Anke jekk l-età tag ħmel tagħha, interessanti li l-aktar li għażlu l-mixi kienu dawk li għandhom 'il fuq minn 65 sena (3.7%). Ovvjament il-persentaġġ jibqa' wieħed insinifikanti. Primarja Sekondarja: Post Sekondarja: Terzjarja 32.3% 39.9% 16.1% 74.4% 5.4% 89.1% 4.8% 86.8% Tal-linja jew karozza? Skont l-edukazzjoni li għandek... Il-gazzetta ILLUM talbet ukoll lill-parteċipanti jagħżlu numru minn 1 sa 10, bl-10 jindika li persuna taqbel ħafna u 1 ifisser li ma taqbel xejn ma' din l-istqarrija: "Is-sitwazzjoni tat-traffiku minn sena 'l hawn tjiebet" Il-maġġoranza ta' dawk li ħadu sehem, jew 60.9% għażlu rata bejn 4 u 7, jiġifieri għalihom tjiebet xi it jew wisq iżda mhux ħafna lanqas. Kienu 24.5% li wieġbu li t-traffiku baqa' fejn kien u dan minkejja xogħlijiet infrastrutturali li saru fl-aħħar xhur. 14.5% (biss) għażlu bejn in-numru 8 u 10 u allura it huma dawk li jemmnu li s-sitwazzjoni tat-traffiku tjiebet. Ta' Ħ'Attard, Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat l-inqas kuntenti bis-sitwazzjoni tat-traffiku Mis-sondaġġ jirriżulta li l-inqas persuni kuntenti bis-sitwazzjoni tat-traffiku huma dawk li jgħixu fil-Punent tal-pajjiż, jiġifieri fil- lokalitajiet tal-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħ'Attard, Ħal Balzan, Ħad-Dingli, l-Iklin, Ħal Lija, ir-Rabat u l-Imtarfa. Fil-fatt mill-parteċipanti li jgħixu f 'dawn il-lokalitajiet, 31.7% qalu li s-sitwazzjoni baqgħet kif kienet u 60.9% qalu li raw titjieb żgħir iżda mhux wisq. Mill-banda l-oħra kienu biss 7.4% li wieġbu li s-sitwazzjoni tat-traffiku tjiebet. Dan kien l-inqas persentaġġ ta' parteċipanti minn kull żona, età jew livell ta' edukazzjoni. Interessanti kif minkejja li inkwetati dwar is-sitwazzjoni tat- traffiku, ir-residenti tal-Punent tal-pajjiż huma l-aktar kontra l-proġett Central Link, liema proġett, il-mira t-tiegħu, hija li jnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku f 'dawn l-inħawi. Bħal-lum ġimgħa, il-gazzetta ILLUM ippubblikat sondaġġ li wera kif il-maġġoranza tal-Maltin, jew 65% jaqblu mas-Central Link. Madanakollu 40% ta' dawk li jgħixu fil-Punent tal-pajjiż, wieġbu li ma jaqblu xejn miegħu u dan kien l-ogħla persentaġġ ta' parteċipanti kontra minn kull żona, età jew livell ta' edukazzjoni. Taż-Żejtun, Birżebbuġa, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq jaraw titjieb Mill-banda l-oħra, l-aktar li saħqu li s-sitwazzjoni tat-traffiku tjiebet, anke jekk il-persentaġġi mhux għolja ħafna, kienu dawk li jgħixu fil-lokalitajiet fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-Port jew inkella fil-lokalitajiet taż-Żejtun, Birżebbuġa, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Wied il-Għajn, Marsaxlokk, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi u ż-Żurrieq. 65.9% ta' dawk li jgħixu fin-Nofsinhar tal-Port u 59.4% ta' dawk li jgħixu fil-lokalitajiet imsemmija qalu li s-sitwazzjoni marret għall-aħjar. Fosthom ukoll, 21.5% u 18.4% qalu li s-sitwazzjoni tat- traffiku tjiebet fl-aħħar sena. Donnu li proġett bħalma hu dak tal-Junction tal-Marsa qed iħalli r-riżultati mixtieqa fost ir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet li bla dubju ta' xejn huma dawk li l-aktar qed u se jibbenefikaw minnu. Is-sitwazzjoni tat-traffiku: għall-aħjar imma mhux wisq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf