Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 jissemma fir-recordings ta' Melvin u Yorgen? Dawn jissemmew fil-kuntest ta' laqgħa (mhux ċert jekk hux tal-kabinett) fejn kienet qed tkun diskussa t-talba li għamel Vince Muscat (il-Koħħu) biex jingħata l-maħfra Presidenzjali biex jikxef dak kollu li jaf, mhux biss dwar il-qtil ta' Daphne iżda fuq seba' omiċidji, inkluż dak "tat-Tyson," li seħħ fl-2014. "Ix-xiħ (Joseph Muscat) qalilhom li jekk mhumiex 100% ċerti ma seta' jagħmel xejn," jinstema' jingħad fir-recordings. Dan ifisser li Yorgen Fenech kien qed ikun infurmat dwar dak li kien qed ikun diskuss. Keith Schembri kien ikun preżenti għal dawn il-laqgħat. Keith qal lil Yorgen li l-Koħħu kien lest jikxef? Nhar il-Ħamis li għadda, l-intermedjarju qal li kien Keith Schembri wkoll li informa lil Yorgen Fenech li l-Koħħu kif qed jitkellem mal-Pulizija u li kien talab il-Maħfra Presidenzjali. Kien hawn li Melvin Theuma beda jippanikja li se jinkixef u li l-ħtija se tintefa' kollha fuqu. Ta' min ifakkar li darba minnhom, skont Theuma, Kenneth Camilleri, l-eks uffiċjal tas-Sigurtà ta' Joseph Muscat, mar għand Melvin Theuma b'karta u fuqha kellu tliet numri. Camilleri kien qal lil Theuma li huwa kien il-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Kien hawn li Theuma beda jirrekordja l-konverżazzjonijiet kollha tiegħu ma' Yorgen Fenech (ara aktar 'l isfel). L-istess Kenneth Camilleri kien wassal messaġġ lil Theuma biex jgħid lill-irġiel akkużati bil- qtil ta' Caruana Galizia li kellhom jingħataw il-ħelsien mill-arrest u miljun ewro kull wieħed. Theuma dejjem insista li kien Keith Schembri li bagħat lil Kenneth Camilleri, anke jekk qatt ma staqsieh. Keith Schembri kesaħ meta sar jaf bil-qtil Meta Theuma kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet dwar partijiet oħra mir-recordings, qal li meta Yorgen Fenech kien qal lil Keith Schembri dwar il- bomba u l-qtil, Schembri kien "kesaħ." Skont Theuma, Yorgen Fenech kien qallu li meta rrakkontalu kollox, Keith Schembri wieġbu; "qabel għamilt dak li għamilt kien missek ġejt għandi." 'Ippanikja...' jinstema' fir- recordings. L-ispettur Keith Arnaud staqsa lil Melvin Theuma għal min kienu qed jirreferu. "Keith ippanikja," qallu Theuma. 'Kissritu. Ħarġitha li se jmut...' F'wieħed mir-recordings jinstema' dan il-kliem: "Kissritu. Ħarġitha li se jmut." X'aktarx li din kienet referenza għall-blogs li kienet kitbet Daphne Caruana Galizia f 'Diċembru tal-2016 (jiġifieri ftit xhur qabel kien ikkommissjonat il-qtil) u li fihom kienet qalet li Keith Schembri kellu kanċer. Mowbajl u Chris Cardona Jerġa' jissemma wkoll isem Chris Cardona, iżda din id- darba mhux dwar l-ittra li allegatament Yorgen Fenech kien irċieva mingħand Keith Schembri, biex il-ħtija tintefa' fuq l-eks Ministru. Melvin Theuma qal li fil- baħar, viċin it-tinda tal-patata fil-Marsa, kien instab mowbajl li fuqu kien hemm biss in-numru ta' Chris Cardona. Ir-rejd fit-tinda tal-patata sar f 'Diċembru tal-2017, meta l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat ġew arrestati. "Yorgen qalli li f 'wieħed mill- mowbajls sabu biss in-numru ta' (Chris) Cardona," xehed euma. Mhux magħruf jekk din l-informazzjoni kinitx ikkoraborata bl-evidenza tal-Pulizija. Theuma għaliex kien qed jirrekordja l-konverżazzjonijiet? Melvin Theuma kien beda jirrekordja t-telefonati fil- bidu tal-2018, jiġifieri fi żmien meta Vincent Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, kien beda jikxef xi informazzjoni, bil-għan li jingħata l-Maħfra Presidenzjali. Ta' min ifakkar li bħala l-intermedjarju, meta organizza l-qtil, qatt ma semma isem Yorgen Fenech. Għalhekk, ħadd mit-tliet irġiel akkużati li poġġew il-bomba fil- karozza ta' Caruana Galizia ma kienu jafu lil Fenech. Kienu jafu biss lil Melvin Theuma u dejjem miegħu nnegozzjaw għall-ħlas. Kien dan li wassal lil Theuma biex jibda jibża' li l-ħtija se tintefa' kollha kemm hi fuqu. Hu stess kemm-il darba qal li kien qed jibża' li Yorgen Fenech u Keith Schembri jeħilsu minnu jew jitfgħuh il-ħabs. Għalhekk kien beda jirrekordja u żamm kollox ġo kaxxa, inkluż ir-ritratt tiegħu ma' Keith Schembri. Is-suspett ta' Theuma żdied meta darba ltaqa' ma' Kenneth Camilleri, l-eks uffiċjal tas-sigurtà tal- Prim Ministru Joseph Muscat u dan kellu f 'idejh karta bi tliet numri tal-mowbajl u qallu: "Inti l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia." QED INFITTXU ... ĠURNALIST • Livell eċċellenti ta' Malti u Ingliż mitkellem u miktub • Interess fil-qasam legali, soċjali u ta' negozju • Preżenza tajba għal fuq il-mezzi soċjali u televiżivi • Kapaċità fl-użu ta' media soċjali u fotografija Il-kandidat magħżul għandu jkun lest li jitħarreġ f'ħiliet bħal HTML u InDesign filwaqt li għandu jkun lest li jintervista personalitajiet varji. Impjieg fuq bażi full-time jew part-time b'għarfien u interess b'mod speċjali lejn ġrajjiet kurrenti, politika lokali u kwistjonijiet soċjali. Il-kandidat għandu jkun kapaċi jipproduċi materjal suffiċjenti minn informazzjoni miġbura. www.illum.com.mt Min hu interessat għandu jibgħat CV fuq agcunningham@mediatoday.com.mt mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2020 L-applikanti magħżula ser jiġu msejħa għal intervista Silvio Valletta Chris Cardona