Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 • illum 'Il-wirt ta' Muscat se jibqa' mċappas ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-attiviżmu huwa ingredjent importanti f 'kull demokrazija, ingredjent li mingħajru ma jkunx hemm oppożizzjoni minn nies, li mhumiex imbuttati mill- intenzjonijiet partiġġjani, kontra l-Gvern. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Wayne Flask fir-residenza tiegħu mal-kafè ta' filgħodu, biex nibdew il-jum niddiskutu kontroversji u suġġetti intensivi. 'Il-protesti jsiru f 'kuntest u huwa dan il- kuntest li jivvalidahom' Nibdew bl-aħħar protesta li saret il-Belt Valletta, protesta li għaliha attendiet folla ħafna iżgħar minn protesti preċedenti, speċjalment dawk ta' Diċembru li mlew pjazez u toroq sħaħ. Tgħid dan sinjal tan- nies li qed jagħtu ċans lill-Prim Ministru ġdid jew inkella sinjal li huma kuntenti bl- ewwel passi tiegħu? "Il-protesti jsiru f 'kuntest u huwa dan il-kuntest li jivvalidahom. Aħna bħala Graffitti ma attendejniex l-aħħar protesta għax ħassejna li forsi ma kienx l-aħjar kuntest, imma attendejna f 'oħrajn," ifakkar Flask. Huwa jgħid illi meta pparteċipaw f 'attivitajiet passati, kien hemm rabja, li tmur lil hinn mil-lingwaġġ politiku. "Meta wieħed iqis l-affarijiet li kienu qed joħorġu dak iż-żmien - li tibqa' d-dar ma kinitx għażla," jisħaq Flask. Dwar il-PM Robert Abela, Flask qal li dan qed jagħmel affarijiet li kellhom bżonn isiru, għalkemm jisħaq li iktar milli deċiżjonijiet tajbin hu jrid jara mentalità ġdida, pereżempju dik ekonomika u allura bidla f 'dak li jiddeskrivi bħala "neo liberaliżmu estrem ta' Joseph Muscat". Jgħid illi din il-mentalità għamlet ħsara kbira lil ħafna nies. 'Trickle down hija fantasija' Il-filosofija li adotta Muscat kienet dik tal-effett trickle down, jiġifieri li jinħoloq l-investiment biex il-ġid jinżel 'l isfel għand il-ħaddiem. Jekk ma jaqbilx ma' din is- sistema Flask kif qed jipproponi li titmexxa l-ekonomija ta' pajjiżna? "Trickle down hija fantasija. Hija l-politika li kien adotta Blair biex kien jgħid li qed jgħin lis-saffi ta' isfel tal-poplu. Mur staqsihom illum x'jaħsbu dwar Blair," jirrimarka Wayne Flask. "Muscat adotta din is-sistema li hija impossibbli taħdem fejn għandek il-korruzzjoni u l-ħela." Hu jgħid illi meta nisimgħu b'xi konsulenza kbira għal xi politiku jew xi ħadd li jiġi minnu, dan ikun qed jiekol minn dan il-ġid li suppost jinżel 'l isfel. "Narah argument skifuż ħafna għax ifisser li naġevola n-negozju u n-nies jieħdu l-frak. Din politika li aġevolat lill- kuntratturi - pereżempju ta' proġetti kbar - li mbagħad jimpjegaw ħaddiema barranin b'pagi baxxi, f 'kundizzjonijiet atroċi u jgħixu f 'tined. Dan mhux trickle down, imma abbuż," jisħaq Flask. 'Jiena nħoss li Malta huwa pajjiż relattivament razzist' Il-gazzetta tirrimarka kif ma kienx hawn furur u rabja għall-fatt li ħaddiema barranin tħallew f 'kundizzjonijiet ħżiena. Forsi għax barranin? Forsi razziżmu? "Jiena nħoss li Malta huwa pajjiż relattivament razzist. Imma apparti dan hemm id-diviżjoni. Pereżempju għandek skrivan mal-Gvern, dan żgur ma jaqlax il-belli liri imma jaf li dejjem hemm xi ħadd taħtu," jgħid Flask li mbagħad jistaqsi x'interess ikollu dan il-ħaddiem li jipprova jtejjeb il-kundizzjonijiet ta' min huwa agħar minnu. Ifakkar li hawn ħafna ħaddiema Maltin li jibżgħu jilmentaw dwar il-kundizzjonijiet tagħhom u li fil-fatt għandhom jingħataw titjib. "Jiena nsemmi lill-pulizija, għalliema u protezzjoni ċivili. Għalfejn ma nistgħux noffru ħajja aħjar? Darba pulizija kien qiegħed xogħol waqt li aħna qed nipprotestaw u staqsiena kemm konna se ndumu. Aħna għidnielu sakemm issir ir-riforma u hu wieġeb li kellu bżonn il- pulizija jagħmlu l-istess. Dawn huma servizzi essenzjali," ifakkar Flask. Hu jgħid illi dan qed isir waqt li s-salarji ma żdidux, il-ħajja qed togħla, il-kwalità tal-ħajja qed tonqos u sirna qisu sit tal- kostruzzjoni permanenti. 'Hawn abbuż sostnut, fil-kirjiet' Induru fuq il-kirjiet. Kien hemm diversi appelli u kontroversji u l-Gvern għamel riforma. X'jaħseb dwarha Flask? "Il-pass ta' Galdes kien wieħed pożittiv. L-ironija trid li sabet lill-MDA u l-PN kontra. Il-capping fuq il-prezzijiet tal- kirjiet dejjem kienu meqjusin dagħwa," jammetti qabel ifakkar li l-Ġermanja Attivist, tkellem f'diversi protesti, xellugi u l-gazzetta ILLUM intervistatu dwar il-Gvern ta' Muscat u aktar...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf