Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427
14 letteratura IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 • illum Għarwien fil-Għeden u mbagħad lil hinn minnu Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb "Il-mixi mhuwiex sport", iwissi kemm-il darba l-filosofu Franċiż Frédéric Gros sa mill- ewwel paragrafi tal-ktieb tiegħu Marcher, une philosophie. "Ladarba jkun fuq saqajh, madankollu, il-bniedem ma jistax jibqa' fejn ikun", ikompli jgħid. Forsi ebda awtur kontemporanju Malti ma jaf dan aħjar minn Antoine Cassar – poeta-pellegrin li daqs sentejn ilu ġarrab u temm mixja mwiegħra iżda fejjieda fil-griż bil-ġabra Erbgħin Jum. Ma jidhirlix li fil-korpus letterarju Malti, tul is-snin, it-tema tal-fidwa fil-mixi nxtarret qatigħ. Bħal donnu biex ipatti wkoll għal dad-dnub tal-kittieba tagħna – huwa u jkeċċi minn fih l-ispettri u x-xjaten skabrużi tat-tfulija – Antoine Cassar telaq jimraħ, "bil- pass il-pass", fil-Foresta Coole a' Galway fl-Irlanda, fl-irdumijiet tan-Nofsinhar ta' Malta, fiż-żoni urbani u stramani Lussemburgriżi, u saħansitra fil-Muntanji tal-Jura fil-fruntiera bejn l-Iżvizzera u Franza fejn kien mexa tant snin qablu Jean-Jacques Rousseau. Il-mixi fil-griż bħala duwa mill- griż Frédéric Gros qabelxejn jiaħ il-ktieb tiegħu b'din l-epigrafi ġenerali – illi żgur tgħodd ħafna għal Antoine Cassar – mill-opra filosofika L-Għarfien Ferrieħi ta' Friedrich Nietzsche: "M'aħniex tal-qatgħa ta' dawk li jseħħilhom jaħsbu biss qalb il-kotba. Tagħna anzi d-drawwa li naħsbu fil- beraħ – aħna u nimxu, naqbżu, nixxabbtu, niżfnu, idealment fuq muntanji solitarji jew ħdejn il- baħar, hemmhekk fejn saħansitra l-mogħdijiet imwarrba jinġabru fil-ħsieb". Imbagħad Gros jgħaddi għall-partikulari billi jiddokumenta d-diversi rapporti li rawmu bosta ħassieba u kittieba ma' dan l-eqdem mezz ta' trasport fl-istorja tal-bniedem. Arthur Rimbaud mexa tul ħajtu kollha – bħal klandestin bla sabar imkien – minn triq għal triq, minn belt għal belt, minn port għal port. Gérard de Nerval mexa biex jistejqer mill-kibi. Jean-Jacques Rousseau mexa biex jaħseb. Immanuel Kant mexa biex ma jaħseb xejn. Nietzsche mexa kemm biex jaħseb u kemm biex jikteb. "Kull ħsieb tassew kbir jitnissel waqt il-mixi", kien kiteb f 'L-Għabex tal-Idoli. F'dar-rigward stqarrija saljenti oħra kitibha Søren Kierkegaard: "Nimxi kont ġo l-aqwa minn ħsibijieti u ma naf b'ebda ħsieb daqstant peżanti li lil hinn minnu ma nistgħux nimxu". Madankollu f 'Erbgħin Jum Cassar donnu jippreferi jgħodd il-mixi b'vejjiklu fejjieqi li – mhux biss iżda qabelxejn – iħelles u jaħji l-ġisem u l-menti mill- griż. "Jiena nimxi biex nimxi mhux biex naħrab. / Jiena nimxi biex nimxi mhux biex nasal. / Kun il-mixja biss, kun il-mixja miexja / f 'ebda direzzjoni ħlief dik tal-mixja", jgħidilna kmieni fil-ġabra f 'Jum 7. Għaldaqstant kull waħda mill-41 poeżija li jsawru dina l-kamminata hija, paradossalment, manifest favur il-mixi fil-griż bħala duwa olistika mill-griż. Din il-perspettiva integrali nsibuha wkoll f 'waħda mir-riflessjonijiet illi tagħmel il- kittieba Rebecca Solnit fil-volum tagħha Wanderlust: A History of Walking: "Il-mixi jartikula sew il-libertà fiżika u sew il-libertà mentali". Matul il-ġabra Erbgħin Jum – huwa u jmidd "pass wara pass" – Cassar jixtarr is-siwi u n-natura tal-mixi. F'Jum 3 jagħtina dal- parir: "Il-mixi s-salmura tal-qalb. Mel'imxi". "Ħoss fil-mixja ħielsa s-serħan mill-għafsa", jgħid f 'qalbu f 'Jum 11. Iżjed tard, sewwasew f 'Jum 23, jgħid bejnu u bejn ruħu li "fil-mixi ssib il-wens". Ftit passi wara, sewwasew f 'Jum 27, jissokta jqawwi qalbu billi jistqarr li "kull mixja tagħlima". Madankollu lejn it-tmiem imbagħad iwissina: "Għall-mixi par saqajn mhumiex biżżejjed. [...] Il-mixi faċli tant. Il- mixi iebes. / Il-mixi gost-uġigħ li jżommok fietel [...]". Lejn tmiem Marzu tas-sena li għaddiet, f 'intervista rigward Erbgħin Jum ma' Prof. Adrian Grima waqt Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, Cassar fisser id- dwiewi ċerebrali u fiżjoloġiċi li stgħall minnhom permezz ta' din il-funzjoni terapewtika tal-mixi: "Kemm il-mixi u kemm il-kitba – u t-tnejn magħqudin flimkien – għenuni ħafna, ħafna, ħafna. Il-mixi jagħtik ħafna ossiġenu. Jiaħ ħafna toroq fil-moħħ u fil- memorja li probabbli damu ħafna żmien imsadda. Il-mixi jagħtik kuraġġ ukoll. Iktar ma timxi iktar isir faċli timxi u taħseb u tħoss". Iżjed tard toħroġ fid-dieher l-influwenza tal-poeżija korporali ta' Immanuel Mifsud: "Hawnhekk ukoll hemm l-influwenza ta' Immanuel Mifsud. Għax il-poeżija tiegħu, il-kitba kollha tiegħu hija korporja ħafna, fiżika ħafna. Hemm sensazzjoni mhux biss fil-ġilda imma anki fl-għadam. Il-ġisem huwa protagonist ta' kważi kulma jikteb Immanuel Mifsud. Jiena xtaqt li dawn il- mixjiet, partikolarment il-mixjiet, ikunu senswali. Ridt inħarreġ lili nnifsi nħoss il-mixja. Inħoss kull pass. Inħoss l-art taħt il-pala jew il-pett tas-sieq. Ridt inħoss l-arja u ż-żiffa. Għax il-fejqan kellu jkun mhux biss mentali jew psikoloġiku iżda wkoll fiżiku". Dan mill-ġdid ifakkar fil-ħsibijiet ta' Solnit: "Il-mixi jieħu sehem fit- tiswir u fil-ħidma ta' dak l-element kruċjali tal-involviment tal-moħħ u tal-ġisem mad-dinja, voldieri tal-għarfien tad-dinja permezz tal-ġisem u tal-għarfien tal-ġisem permezz tad-dinja". 'Il ġewwa għal ġol-belliegħa tat- tfulija Fir-reċensjoni tagħha Journey of childhood trauma li dehret fil- ġurnal e Sunday Times of Malta, Rowna Baldacchino rrimarkat illi kieku Antoine Cassar ma kitibx dawn il-poeżiji aktarx ma kienx ikun jista' jwarrab dat- taqlib fil-ġewwieni. Iżda għalfejn dat-taqlib? Imnejn ġej dal-"griż ġol-griż" illi tant naqraw dwaru fl-anafori matul Jum 9? Qabel it- tbigħ ta' din il-ġabra Cassar kien diġà tana – forsi daqsxejn bil- moħbi – xi ħjiel jew tnejn dwar dawn it-turmenti. Dan aktarx għamlu l-iżjed bit-traduzzjoni tal- poeżija żbukkata ta' Philip Larkin is Be the Verse: "Għad jaħxuk ħaj, ommok u missierek, / mhux għax iridu, iżda xorta jaħxuk". Stqarrija żbukkata bħal din bilfors għandha tfakkar fit-teoriji ta' Sigmund Freud rigward l-effetti psikoloġiċi skjaċċanti tat-trawmi mġarrba mit-tfulija. Fi żmienna tista' tiġi assoċjata wkoll mal- ħidma sfiqa tat-tabib u l-psikologu Ungeriż Gabor Maté dwar id- disturbi kkawżati fl-adulti minn stress post-trawmatiku (PTSD). Id-dinja letterarja u filosofika minn dejjem kienet miżgħuda b'dat-tfal imwerwrin mill-ġenniji ta' żogħrija. Il-filosofu Louis Althusser, fl-awtobijografija L'avenir dure longtemps, jispjega l-psikopatoloġiji tiegħu b'memorji u tiiriet dwar ambjent domestiku disfunzjonali. Ernest Hemingway baqa' qatt ma rkupra mis-suwiċidju ta' missieru u mid- distanza emozzjonali ta' ommu. B'mod kemxejn simili Georges Bataille – għadilli donnu mhux kulħadd jemmnu – ġarrab "it- tiċrita grotteska taċ-ċkunija" bid- dehra ta' missier li safa' mherwel u għami għalkollox kaġun tas- sifilide. L-indifferenza parentali u t-tendenzi manijako-dipressivi u suwiċidali t'ommu m'għenux lanqas – dejjem jekk l-istqarrijiet xokkanti li għamel fil-kitbiet Prefazju għal Storja tal-Għajn u f 'Koinċidenzi huma tassew minnhom. Fis-saġġ tagħha L-Immaġinazzjoni Pornografika Susan Sontag tisħaq – b'Bataille fost oħrajn fi ħsiebha – li "l-artist modern eżemplari huwa sensar tal-ġenn". Jidhirli li Cassar miġnun mhuwiex, almenu żgur mhux fit-tifsira psikjatrika tal-kelma. Madankollu f 'din il-ġabra jinħass konxju ħafna minn dawn id- dinamiċi. "Il-ġenn dejjem pass 'il bogħod, jekk mhux inqas", jistqarr appena jżernaq Jum 11. Terġa', fl- intervista msemmija qabel ma' Prof. Grima jidentia t-taqsima Mill-Klinika tal-Imġienen ta' Immanuel Mifsud – l-eqqel parti tal-ġabra Penelopi Tistenna – bħala wieħed mis-sorsi letterarji ewlenin li nebbħu dawn il-versi. Antoine Cassar jattribwixxi dan il-ġenn – jekk nistgħu nsejħulu hekk – lill-"belliegħa tat-tfulija", Antoine Cassar (Ritratt: Katel Delia)