Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 letteratura illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 Din il-ġimgħa Kevin Saliba jimmedita fuq il-ġabra ta' poeżiji Erbgħin Jum ta' Antoine Cassar. Bil-pass il-pass mal-filosofu Frédéric Gros jitlaq jimraħ fl-istorja tal-filosofija u tal-letteratura biex jesplora l-mixjiet ta' bosta ħassieba u kittieba. Jixtarr is-siwi terapewtiku tal-mixi fi kliem il-kittieba Rebecca Solnit u fl-ispjegi tal-awtur innifsu. Saliba mbagħad jinżel ma' Cassar fil-ġenniji tal- belliegħa tat-tfulija sa ma jilmaħ – minn tarf il-mina – lill-poeta għarwien fil-Ġnien tal-Għeden. Isseħħ metamorfosi stil Franz Kafka jew la Karl Brand, skont imnejn taraha. Intant Cassar jibqa' għaddej... speċifikament lill-figura vjolenti, psikopatika u abbużiva ta' "missier biċ-ċinturin". Kif żvela fi tmiem l-intervista ma' Prof. Grima, fil- ġabra Erbgħin Jum jiddeskrivi "kif tifel żgħir jara mostru". Jispikka bil-kbir il-vers fl-anti-talba tal- Pater Noster f 'Lejl 4: "Missier l'inti fl-infern li ħloqt b'idejk" – wieħed mill-iżjed mumenti saljenti ta' din il-ġabra, anzi tal-karriera letterarja kollha ta' Cassar. Kif stqarr f 'intervista ma' Te- odor Reljić għall-ġurnal Malta- Today, qatta' snin sħaħ joħnoq u jgiddeb dat-"tmien snin u tletin sena rabja" ġo fih billi jgħaddi dan l-iżbroff bi pratka banali, pa- tetika u fiergħa. Ħares lejn bnadi oħra. Ftaqad l-imkielem u l-gwi- di sabiex jitgħarraf dwar il-ba- bilonji tal-lingwi u tal-gramma- tiki. Tgħallem ukoll tal-metriki tal-piedi u tal-aċċenti ritmiċi koll- ha tal-versi maqtugħa, watja u żdruċċjoli tal-endekasillabu. Sen- agħ il-ħajki u l-mużajki. Fettaq dwar il-mapep. Saħansitra ħoloq anti-passaport u raddu f 'salt ling- wi. Xi minn daqqiet kiteb dwar l-imħabba. Qaleb lil Neruda fl-il- sien Malti. Intant huwa u jaqla' ħobżu jittraduċi – ukoll taħt sema griż – dwar ngħidu aħna l-organ- iżmi ġenetikament immodifikati, ressaq teżi dwar l-oriġini tas- sunett Spanjol u ħareġ bl-unuri. Għarwien fil-Ġnien tal-Għeden Minn banda kollu għaltaxejn. Kif jilmenta f 'Lejl 32, safrattant baqa' bir-rabja tqarraslu sidru, bil-ħarsa mxajtna fuq wiċċu, bir-ragħwa roża tlebbet f 'ġismu. Kif kiteb il-pijunier mitopoetiku Robert Bly fil-klassiku Iron John – A Book About Men, "ix-xebgħat, id-daqqiet ta' ħarta fil-wiċċ, is- swat bil-fomm huma korrimenti". Jissokta jfannad Bly: "It-tfal jgħixu fil-fond ġewwa d-dar psikika tagħhom, ġol-kastell ta' ruħhom. F'dika d-dar it-tfal jistħoqqilhom ikunu sovrani. Meta ġenitur iwarrab is-sovranità tat-tfal billi jinvadiha t-tfal ma jħossux biss għadab iżda wkoll mistħija". Forsi hawnhekk, minkejja kull aljenazzjoni, f 'dar-rigward xejn mhu iktar pertinenti mill-ittra- bomba li Franz Kaa kien kiteb lil missieru. "Il-kitbiet tiegħi kienu kollha dwarek. Kulma għamilt hemmhekk, wara kollox, kien li nigreż dak li ma stajtx nigreż fuq sidrek", kien qallu. Bħal Gregor Samsa ta' Kaa għaldaqstant, Cassar ħtieġlu – bil-mod tiegħu sintendi – iġarrab bilfors xi proċess ta' metamorfosi. Bil-kontra ta' bosta l-kittieb Vladimir Nabokov irroa l-interpretazzjoni li anke n-novella ta' Kaa Il-Metamorfosi kienet fis-sew dwar ir-rapport xejn feliċi tal-awtur ma' missieru. Hu x'inhu, sewwasew bħal Gregor Samsa, fis-sura l-ġdida tiegħu Cassar sabha bi tqila joħroġ mis- sodda bħas-soltu. Fl-intervista mal-Prof. Grima stqarr illi malli ħarġet il-ġabra Erbgħin Jum it li xejn ħassu komdu jitħaddet dwarha fil-beraħ mal-istampa. Ħass dan l-iskonfort iriegħxu għall-ewwel darba waqt intervista minn Rachelle Deguara għas-sensiela radjufonika Taħt il-Qoxra. Dakinhar Cassar litterament xtaq jibqa' taħt il- qoxra. Dak il-ħin għal mument nesa d-dwiewi tal-mixi u l-amar tal-kitba ta' Jum 35: "Isma' f 'passejk il-polz tal-poeżija". Għandu mnejn ma żammx amment lanqas tan-natura serja u solenni tal-versi tal- ħdax. Bħal Adam fil-Ġnien tal- Għeden f 'daka l-waqt bħal donnu tkexkex mill-Missier Etern – li jekk ser noqogħdu fuq Freud mhu xejn għajr projezzjoni eżaltata tal-missier bijoloġiku – għax dlonk intebaħ illi issa kien għarwien. Cassar ma sarx insett bħal Gregor Samsa, iżda xorta waħda waqa' fl-għarakuża għax safa għeri. Aktarx dan l-eżilju tar-ruħ Cassar dam iġarrbu tul ix- xhur sħaħ "f 'tarf il-mina" – xejn inqas minn sentejn – li dam jikteb l-aħħar sitt poeżiji tal-ġabra huwa u jikkontempla jekk għandux jaħfer lil missieru. Lil hinn mill-mistħija tal-Għeden Bil-għamla l-ġdida tiegħu Gregor Samsa kien kexkex lil kulħadd. Żgur mhux l-inqas lil missieru – jekk niġu f 'dan – li jreġġgħu lura f 'kamartu bil-forza minnufih u saħansitra jidorbu. Iżda kif Antoine Cassar baqa' għaddej. Bħalma jistqarr f'Jum 35 – baqa' għaddej bi ħsiebu hemm, b'siequ hemm u b'qalbu magħhom "bħal żiffa ssefsef is-sajf ". Baqa' għaddej lil hinn mill-ġenniji tal- "iskrin tat-tfulija". "Tħallinix nistħi wkoll għax insir nixbhek", kien widdeb bl-aħrax lil missieru fl- anti-pregjiera dagħmija ta' Lejl 4. Għaldaqstant Cassar fl-aħħar mill- aħħar baqa' għaddej saħansitra lil hinn mill-mistħija tal-Għeden. Tella' l-beritta u baqa' għaddej għax tul dawk is-sentejn kien fehem li "pass wara pass, kull triq twassal sax-xatt". Baqa' għaddej aktarx għax fehem ukoll – kif qalilna l-mitologu Joseph Campbell fil- volum e Hero With a ousand Faces – li "l-eroj tal-bieraħ isir it- tirann t'għada kemm-il darba ma jsallabx lilu nnifsu llum". In-numru 40 jidher fil-Bibbja mal-146 darba. Iżda l-40 jum pellegrinaġġ fil-griż ta' Antoine Cassar – minkejja t-titlu tal- ġabra u l-apostrofi mqanqla lil Kristu f 'Lejl 34 – m'għandux wisq mir-redenzjoni reliġjuża ta' Dante, Coleridge jew Eliot. Madankollu wieħed jittama li l-fidwa ta' Cassar mit-"trab tat- tfulija" u mill-mistħija tal-għera tal-Għeden tabilħaqq għandha – mill-ġdid lura għal Kaa – mit-Trasformazzjoni mill-Ġdid ta' Gregor Samsa skont Karl Brand. Is-sekwela ta' dan il-kittieb espressjonista Ċek tintemm bl- esklamazzjoni "ħajja ġdida sejra tibda!" Għaldaqshekk, daqstant ieħor, jalla Cassar jibqa' jiakar f 'dan il-vers minn Lejl 22: "għada nqumu friski għal mixja ġdida [...] / bil-pass il-pass, u b'daħqa ta' tmien snin". U mhux li kien, daqsinsew, li aħna l-qarrejja ta' Erbgħin Jum għad xi darba ntennu dana l-vers immortali minn ċerta traduzzjoni maġġuri ta' Erin Serracino Inglott. Żgur li Cassar jafu ben tajjeb: "u ħriġna m'nn hemm naraw mill- ġdid il-kwiekeb".

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf