Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 YENDRICK CIOFFI Sal-aħħar ta' Marzu li ġej il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jaddotta l-istatut hekk kif jiġi fi tmiemu l-proċess ta' riforma li mexxa l-eks Ministru Louis Galea fuq talba tal-Partit Nazzjonalista. Dan ħabbru l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li saret ilbieraħ u li ddiskutiet it-tibdil li għandu jsir fl- istruttura u fl-organizzazzjoni tal- Partit. Il-Kumitat Eżekuttiv qabel li bejn il-21 ta' Frar u l-5 ta' Marzu jibdew isiru laqgħat ta' assemblej bis-sehem tal-Kunsillieri tal-partit fejn matulhom isiru diskussjonijiet dwar l-abbozz tal-istatut il-ġdid li qed jipproponi Galea. B'hekk, sa Marzu li ġej, il-PN jaddotta l-istatut waqt il-Kunsill Ġenerali u wara jiskatta l-proċess tal-elezzjonijiet interni, fosthom dawk tal-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Fl-istess laqgħa, Louis Galea għamel preżentazzjoni dettaljata bil-linji gwida lill-membri tal- Eżekuttiv bħala familjarizzazzjoni mal-ideat tar-riforma, li għandhom iwasslu għall-abbozz finali tal- istatut. L-istqarrija kkonfermat ukoll dak li żvela lbieraħ s-sit illum.com.mt, jiġifieri li Ċensu Galea ġie approvat bħala l-President tal-Kunsill Ġenerali. Fis-26 ta' Jannar li għadda, il- gazzetta ILLUM kienet żvelat kif waħda mill-bidliet li qed jipproponi Galea hija fl-isem tal-Partit Nazzjonalista biex jibda jissejjaħ: 'Partit Nazzjonali tal-Poplu.' Sal-aħħar ta' Marzu l-PN se jaddotta l-istatut il-ġdid propost minn Louis Galea YENDRICK CIOFFI Frank Psaila li sa it xhur ilu kien ġurnalist fuq NET TV u anke kandidat fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew saħaq mal-gazzetta ILLUM li mhu qed jiġri wara l-ebda kariga fil-Partit Nazzjonalista u ċaħad li qed ikun imbuttat mill-Kap Adrian Delia biex joħroġ għal Segretarju Ġenerali. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' Psaila wara li Deputati Nazzjonalisti u sorsi tal-gazzetta saħqu li dan l-aħħar Frank Psaila reġa' qed jidher ħafna fl-uffiċċju ta' Adrian Delia u huwa l-kandidat favorit tiegħu biex isir Segretarju Ġenerali. Skont l-istess sorsi, waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li saret nhar it-Tlieta li għadda, Adrian Delia l-ewwel xtaq li Clyde Puli jibqa' Segretarju Ġenerali interim tal-Partit Nazzjonalista sakemm titħejja r-riforma li qed imexxi Louis Galea u eventwalment isiru l-elezzjonijiet għall- karigi l-aktar importanti fil-Partit. Madanakollu l-maġġoranza tal-Kumitat Eżekuttiv ma qabilx ma' din il-proposta u kien hawn li r-rappreżentanti tal-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista (MŻPN) u anke xi Deputati qamu pproponew l-isem ta' Francis Zammit Dimech. "Adrian Delia għamel tliet kwarti jokrob biex nagħtuh ċans tlett ijiem," saħaq wieħed mis- sorsi waqt li insista li dak il-ħin Delia ġie dahru mal-ħajt għax ma kellu lil ħadd aktar lil min jipproponi minflok Clyde Puli. Anke jekk ir-riżultat tal-vot baqa' qatt ma ġie ppubblikat, l-ILLUM tinsab infurmata li Zammit Dimech kien elett b'56 vot favur, 6 kontra u 11- il astensjoni, inkluż dik tal-Kap Adrian Delia u l-eks Segretarju Ġenerali Clyde Puli. Sors ieħor ukoll ikkonferma li Delia talab biex il-vot ma jitteħidx dak il-ħin. Fi kliemu ried jikkonvinċi lil xi ħadd "minn tiegħu," probabbilment lil Frank Psaila, biex jieħu f 'idu din il-kariga. Id-Deputati li tkellmu mal-ILLUM saħqu kif minkejja li minn wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Frank Psaila ma deherx aktar fuq it-televiżjoni tal-Partit Nazzjonalista, sikwit, speċjalment dan l-aħħar, kien qed ikun fl- uffiċċju ta' Adrian Delia. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, Psaila ċaħad kategorikament li qed ikun imbuttat minn A d r i a n D e l i a jew minn xi ħadd f i l - P a r t i t Na z z j ona l ist a biex joħroġ għall- kariga ta' Segretarju Ġenerali. Insista li hu ma għandu l-ebda intenzjoni u mhu qed ifittex li jkollu l-ebda kariga fil-Partit Nazzjonalista. Fakkar li wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kien qal li se jiddedika aktar ħin għall-famija u x-xogħol personali tiegħu iżda, fi kliemu, dan ma jfissirx lanqas li nqata' għal kollox mill-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt, Psaila kkonferma li ġieli jiltaqa' ma' Adrian Delia biex "nagħtih xi pariri u nħabbtu l-ideat." Fi kliemu, l-aktar li jitkellmu huwa fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista. "Iżda I am not aer any post," baqa' jisħaq magħna Psaila. "Anzi nifraħ lil Francis Zammit Dimech. Huwa persuna lealissimu għall-Partit Nazzjonalista." Huwa sigriet magħruf li Frank Psaila kien il- kandidat favorit ta' Adrian Delia fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew u kienet xi it jew wisq ta' disfatta meta dan ma kienx elett. Dawk viċin Delia kienu qed jittamaw li Psaila jieħu post David Casa fil-Parlament Ewropew, iżda dan ma seħħx. Fl-ewwel count, Psaila kien kiseb 13,268 vot. David Casa 20,493. 'Ma rrid l-ebda kariga fil-PN, lanqas Segretarju Ġenerali' Frank Psaila jiċħad li qed ikun imbuttat mill-Kap tal- Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex isir Segretarju Ġenerali. Jikkonferma li jiltaqa' ma' Delia biex jitkellmu u jagħtih il-pariri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf