Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427
22 kotba u ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 1917 (15) 10:55, 13:35, 16:05, 18:35, 21:05, 23:35 A Beautiful Day in the Neigh- bourhood (PG) 14:00, 16:15, 18:30, 20:55 Bad Boys For Life (15) 13:10, 15:45, 18:25, 21:05, 23:40 Bombshell (15) 13:40, 18:45, 21;10 Dolittle (U) 10:50, 13:55, 16:15, 18:40, 21:10, 23:10 JoJo Rabbit (12A) 13:40, 16:00, 18:20, 20:45 Jumanji: The Next Level (12A) 10:40, 13:15, 15:00, 18:25, 21:00, 23:35 Little Women (U) 16:15, 21:10 Paw Patrol: Ready, Race, Res- cue! (U) 10:45, 21:20, 14:15, 16:00, 17:50, 19:35 Playing with Fire (U) 11:45, 14:05, 16:20, 18:35, 20:50 Spies in Disguise (U) 11:30, 14:00, 18:55 The Gentlemen (18) 13:50, 16:15, 18:40, 21:10, 23:40 The Turning (15) 14:00, 16:15, 18:25, 20:35, 22:45 The Person History of David Cop- perfield (PG) 21:15, 23:45 The Rhythm Section 13:50, 16:10, 18:35, 21:05 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Jumanji: The Next Level 3D (12A) 10:50, 13:20, 15:55, 18:30, 21:10 1917 (15) 10:30, 13:25, 16:00, 18:35, 21:10 Bad Boys For Life (15) 10:45, 13:20, 16:00, 18:45, 21:15 The Gentlemen (18) 21:00 The Personal History of David Copperfield (PG) 10:40, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 Paw Patrol: Ready, Race, Res- cue! (U) 10:30, 14:00, 16:15, 18:15 Dolittle (U) 10:45, 13:30, 15:50, 18:10, 20:30 IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 • illum Films fiċ-ċinema L-Annimali tad-Dar - L-Annimali tal-Foresta Illustrazzjonijiet ta' Anne Passchier Veru li l-fekruna tħobb issajjar fuq il- barbecue fis-sajf? Veru li l-qattus iqatta' sigħat twal ikanta fid-doċċa? Veru li l-iskojjattlu juża tajra biex jgħaddi minn siġra għall-oħra? Jew li l-bulebbiet iħabbat maz-zokk tas-siġar biex iżomm ir-ritmu tal-mużika? U Veru li ċ-ċerv juża l-qrun biex jitfa' l-ballun fix-xibka? Dawn huma biss uħud mill-mistoqsijiet umoristiċi fil-kotba l-ġodda tas-sensiela popolari Annimaloskopju, is-sensiela ta' board books mill-Merlin Publishers. Wara s-suċċess tal-ewwel żewġ kotba s-sena l-oħra – u wara li ktieb minnhom, L-Annimali tas-Savana, rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-aqwa traduzzjoni bil-Malti fl-età tiegħu – Merlin Publishers estendew is-sensiela b'żewġ kotba ġodda amanti. Kotba mhux-fittizji (non-fiction) għat-tfal żgħar nett ma tantx issib – speċjalment bil- Malti – avolja hemm ħafna tfal li jaffaxxinaw ruħhom bil-kotba mhux fittizji. U hawnhekk jidħlu L-Annimali tad-Dar u L-Annimali tal- Foresta, żewġ board books li jiġbru flimkien fatti reali dwar l-annimali u illustrazzjonijiet umoristiċi li jdaħħlu element qawwi ċajtier. L-addattament għall-Malti sar minn Rachel Portelli. Għal kull annimal, hemm invenzjoni umoristika ċkejkna – dwar xi ħin tad-daħq li fil-verità l-annimal ma jagħmilx – u mbagħad li-the-flap biex taħt, issib il-fatt reali li jikkoreġi dak li kien qed jingħad qabel b'ċajta. Jiġifieri le, il-fekruna ma ssajjarx fuq il-barbecue, u meta jaqbadha l-ġuħ tiekol biss ħaxix għax hi erbivora. U le, ma tarax, il-qattus ma jkantax fid-doċċa imma jippreferi jilgħaq lilu nnifsu biex jitnaddaf! U għalkemm l-iskojjattlu ma jużax tajra biex jgħaddi minn siġra għall-oħra, xorta jirnexxilu jaqbeż għax tant hu aġli u kapaċi. L-Annimali tad-Dar u L-Annimali tal- Foresta jistgħu jingħataw lil tfal anki minn sentejn għax huma stampati f 'format hardback, bil-ġnub ittundjati, proprju biex ikunu siguri għal-logħob f 'idejn it-tfal żgħar. Għalhekk ukoll, fihom iċ-ċertifikazzjoni CE tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, flimkien ma' dawk id-dettalji u rfinituri kollha li l-ġenituri moħħhom mistrieħ li se jsibu fil- kotba Merlin. Imma huma wkoll ideali għal tfal it ikbar, li jkunu bdew jitgħallmu jaqraw l-ewwel sentenzi waħidhom. Mod ideali, insomma, kif jipprattika il-qari bil-Malti u jitbissmu fl- istess ħin. L-Annimali tad-Dar u L-Annimali tal- Foresta jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal- kotba kollha jew online direttament minn www.merlinpublishers.com