Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport Tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-MFA u l-FIGC illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Fil-jiem li għaddew, l-MFA, iffirmat ehim mal-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), u b'hekk kompliet tikkonferma relazzjoni mill-aqwa bejn iż- żewġ naħat għal żmien twil. It-taqsim tal-għerf fuq materji tekniċi huma s-sinsla ta' dan il- Memorandum of Understanding (MoU) li jaqa' taħt il-parametri kemm tal-FIFA kif ukoll tal- UEFA. Dan għandu l-intenzjoni li jiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn iż-żewg assoċjazzjonijiet nazzjonali permezz ta' programmi ta' skambju li jinvolvu managers u uffiċjali, esperti tekniċi, kowċis, referis u plejers f 'diversi setturi fosthom: • kompetizzjonijiet ognaniz- zati mill-organizzazzjoniji- et rispettivi • inizjattivi tekniċi u edukat- tivi • skambji ta' esperjenza f 'dak li għandu x'jaqsam ma' ko- struzzjoni u tmexxija ta' faċilitajiet sportivi, proċe- duri ta' organizzazzjoni, xjenza tal-isport u mediċi- na tal-isport (li jiffokaw fuq il-futbol) • futbol tan-nisa • futbol tal-youths • futsal • futbol għall-persuni b'diża- bilità • uffiċjali tal-logħba (referis) L-MoU ġie ffirmat mill- president tal-MFA Bjorn Vassallo u s-Segretarju Ġenerali Dr Angelo Chetcuti, u minn Gabriele Gravina u Marco Brunelli, president u Segretarju Ġenerali tal-FIGC rispettivament, fil-kwartieri ġenerali tal-Federazzjoni tal- Futbol Taljana, f 'Ruma. Francesco Ghirelli, il-president tal-Lega Pro, kien ukoll preżenti għal dan il- ehim. Vassallo, iddeskriva l-iffirmar ta' dan l-MoU mal-FIGC bħala żvilupp importanti. Fi kliemu: "Ninsab kuntent ħafna li ffinalizzajna dan l-MoU mal- FIGC. L-MFA dejjem kellha relazzjoni mill-aqwa mal-FIGC u dan il-ehim ikompli jsaħħaħ din il-koperazzjoni li għandha ssarraf f 'benefiċċji tanġibbli, fil-proċess biex aħna ntejbu l-livell ta' ħidma tagħna f 'diversi żoni strateġiċi. Dan se jkun qed jipprovdina b'opportunitajiet ta' tagħlim għal stakeholders ġejjin minn diversi setturi, kemm tekniċi kif ukoll ta' organizzazzjoni, bl-għan aħħari jkun dak li jitjiebu l-ħiliet tal- ħidma tagħna." Dan filwaqt li l-president tal-FIGC Gabriele Gravina kkondivida l-opinjonijiet espressi minn Bjorn Vassallo. Fi kliemu: "Dan huwa dokument importanti li jkompli jikkonferma mhux biss il-ħbiberija li tirrenja bejn iż-żewġ assoċjazzjonijiet izda wkoll dik bejn iż-żewġ presidenti rispettivi. Aħna naqblu mal-pass ta' Bjorn Vassallo lejn l-iżvilupp tal-futbol li jfisser ħafna għalina. Din il- kollaborazzjoni se tkun qed tikkonsolida r-relazzjoni li teżisti bejn iż-żewġ assoċjazzjonijiet, żewġ pajjiżi li għandhom fattur komuni - ix-xewqa li jiġu promossi l-valuri tal-futbol." Dan l-MoU jipprovdi għat- twaqqif ta' programm ta' skambju fejn persuni mill-MFA se jkunu qed jingħataw aċċess għall- korsijiet u faċilitajiet tal-FIGC f 'Ruma u speċjalment iċ-Ċentru Tekniku tal-FIGC f 'Coverciano. Persuni mill-FIGC se jkunu qed jirċievu l-istess opportunitajiet f 'avvenimenti u inizjattivi organizzati mill-MFA. F'żieda għal dan, iż-żewġ partijiet se jkunu qed jimbarkaw fuq konsultazzjoni reċiproka rigward temi speċifiċi u relazzjonijiet internazzjonali, partikolarment dawk fi ħdan il- FIFA.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf