Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 ta' FRAR 2020 s-sistema ġudizzjarja Maltija hija tajba. "Ejja ma nkunux boloh u naħsbu li għandna xi sistema ġudizzjarja li hawn xi stati membri oħra li huma aħjar minna. Qegħdin magħhom u f 'ċertu aspetti qegħdin aħjar minnhom," saħaq il-Ministru. Il-każ ta' Daphne tefa' kollox fid- dell? Qed issir ġustizzja? Filwaqt li huwa minnu li sar titjieb, donnu li l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia tefa' kollox fid-dell. L-ILLUM staqsiet lill- Ministru jekk jaħsibx li l-ġustizzja f 'dak il-każ hux qed issir u jekk qed issir, hijiex biżżejjed. Beda billi insista li l-qtil ta' Daphne kien wieħed faħxi u saħaq li l-pajjiż kollu għandu juri solidarjetà mal-familja kollha ta' Daphne Caruana Galizia. "Ma hemmx dubju u nkunu boloh jekk naħsbu mod ieħor, li dan ma għamilx dannu kbir lir- reputazzjoni ta' pajjiżna," insista l-Ministru iżda saħaq ukoll li ma nkunux ġusti jekk ngħidlu li l-pajjiż ma għamel xejn dwar dan. "Pajjiżna rnexxielu jtella' n-nies il-Qorti. Hemm proċess kriminali li għaddej, mingħajr indħil u mingħajr xejn. In- nies responsabbli li nstabu qed jiffaċċjaw ġustizzja. Hemm inkjesta pubblika għaddejja minn tliet persuni li ntgħażlu mal- familja," qal il-Ministru. 'Irridu nkunu boloh biex ngħidu li ma hemmx problema' Madanakollu insista li l-Gvern Robert Abela jrid jagħmel sforzi kbar biex itejjeb ir-reputazzjoni tal-pajjiż. Fi kliemu l-Gvern kollu, iżda b'mod partikolari hu bħala Ministru għall-Ġustizzja, il- Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u l-Prim Ministru Robert Abela, iridu jaħdmu biex imexxu l-pajjiż 'il quddiem. "Irridu nkunu boloh biex ngħidu li ma hemmx problema. Irridu nkunu inġenwi politikament jekk ngħidu hekk. Nafu li hemm problema. Il-Prim Ministru bl-ewwel sinjali li bagħat wera li l-Gvern hu konxju," insista l-Ministru. Saħaq li propju għalhekk li qed jiltaqgħu mal-Presidenti u ma' dawk li jmexxu l-istituzzjonijiet Ewropej biex jikkonvinċuhom li se jkun hemm proċess ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali importanti. Il-kirjiet: x'se jagħmel bl-aħħar deċiżjonijiet tal-Qorti? L-ILLUM staqsiet lill-Ministru dwar deċiżjonijiet riċenti tal- Qorti, kemm lokali u anke dawk tal-Unjoni Ewropea, dwar il- kirjiet, fejn sidien ta' proprjetajiet, inkluż każini tal-banda, rebħu kawżi, bil-Qorti tiddikjara li l-liġi tal-kera, li tipproteġi l-kirjiet ta' qabel l-1993, qed tiksrilhom id-drittijiet tagħhom li jgawdu l-proprjetà. Il-gazzetta ILLUM kienet kitbet ħafna dwar dan tant li l-Gvern kien daħħal emendi fil-liġi bil- għan li jipproteġi lis-soċjetajiet mużikali, b'mod partikolari, milli jispiċċaw 'il barra fit-triq. "Niem kemm lis-sidien u kemm lill-membri ta' dawn is- soċjetajiet mużikali li jagħmlu xogħol inkredibbli maż-żgħażagħ tagħna mill-aspett kulturali. Irid ikun hemm bilanċ," saħaq il- Ministru Zammit Lewis. Qal li huwa konxju wkoll ta' sensiela ta' sentenzi li qed joħorġu l-Qrati, kemm lokali u anke l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. "Huma ċari. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-piż fejn jidħlu l-kirjiet protetti jrid jieħdu l-Gvern u mhux il-privat," saħaq il-Ministru. Zammit Lewis saħaq li r-riformi li daħħal fis-seħħ il-Ministru Bonnici f 'dan ir-rigward huma importanti u hu jaqbel magħhom tant li ħadem spalla ma' spalla miegħu fuqhom. "Hija sfida kontinwa. Soluzzjonijiet mhux faċli. Irridu nsibu dejjem bilanċ bejn id- drittijiet tal-privat li għandu dritt skont il-Konvenzjoni Ewropea u d-drittijiet tal-inkwilini. Jiena se nkun hemm u nara li dan il-bilanċ jinżamm. Konxju ħafna mis- sitwazzjoni. Mhux faċli. Iżda meta se jiġu dawn is-sitwazzjonijiet se nibqgħu nieħdu d-deċiżjonijiet biex dan il-bilanċ jinżamm," saħaq Zammit Lewis. 'Il-legat ta' Joseph Muscat ma nistgħux ninsewh' Jekk hemm xi ħaġa li dwarha l-Gvern Laburista ġie kkritikat u kkritikat bl-aħrax, bla dubju ta' xejn hija l-governanza. X'se jagħmel Zammit Lewis bħala l-Ministru responsabbli mill- governanza? "Ma nistgħux nibqgħu ngħidu li ma kienx hemm problema," saħaq il-Minstru. Waqt li rrifletta fuq l-aħħar snin ta' Gvern Laburista, jiġifieri mill-2013 'l hawn, Zammit Lewis insista li sar ħafna tajjeb. Semma l-ekonomija, id-drittijiet ċivili, l-aspett soċjali, il-benefiċċji soċjali u oħrajn. "Il-legat ta' Joseph Muscat ma nistgħux ninsewh. Inkunu boloh jew ninsewh. Tant sar ġid u n-nies ħassewh li jkun żball jekk ninsewh. L-akbar sfida ta' dan il-Gvern huwa li nżommu l-momentum li kien hemm, filwaqt li nagħmlu r-riformi li tkellimna dwaru," saħaq il-Ministru. Madanakollu saħaq kif minkejja l-ħafna deċiżjonijiet tajbin, "il- mod kif naħdmuhom u l-mod kif jiżvolġu jkun hemm nuqqas ta' trasparenza." "Ikun hemm perċezzjoni, u ħafna drabi hija perċezzjoni, li dak li sar ma sarx sew. Irridu ninvestu aktar fil-proċessi," insista Zammit Lewis. Kien hawn li appella li mhux biżżejjed li d-deċiżjonijiet ikunu tajbin iżda jridu jidhru li qed isiru b'mod tajjeb. "Irridu ngħaġġlu imma mhux b'detriment tal- governanza u t-trasparenza," qal il-Ministru Saħaq li llum it- tessut soċjali nbidel. Qal li llum hemm l-NGOs u s-soċjeta ċivili li tistenna mill-Gvern it-trasparenza u jrid jaħdem id f 'id magħhom. 'Ir-rieda tajba trid tiġi miż-żewġ naħat...' Mistoqsi jekk mill-aspett ta' governenza hux lest jaħdem ma' NGOs bħal Repubblika, il- Ministru Zammit Lewis saħaq li r-rieda tajba trid tiġi miż-żewġ naħat. 'Li qed ngħid irrid nagħmlu. Ir-rieda tajba trid tiġi min-naħa tagħhom ukoll. Se noffru l-id tal-ħbiberija u tad-djalogu. Fejn ikollhom raġun, nagħtuhom ir- raġun u nbidluhom. Nistenna l-istess atteġġjament min-naħa tagħhom. Qed ngħid għal kull NGO u entitż. Iridu jinfatmu minn kull partiġġjaniżmu politiku ... jiena qiegħed fil-Gvern għax in- nies għażluna. Ma għażlux lil Delia ... ma għażlux lil Repubblika. Id- deċiżjonijiet se neħduhom aħna imma b'konsultazzjoni u djalogu," temm jgħid il-Ministru. għall-ħatra tal-ġudikanti fil-ġimgħat li ġejjin Robert Abela għandu din il- konvinzjoni. Jiena għandi din il-konvinzjoni. Se nkunu qed nissorprendu lin- nies bil-bidliet li se nagħmlu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf