Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
31 sport illum • IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 ħajja aktar sana' ħafna aktar ħin u ħsieb. Wieħed irid ukoll ħafna drabi jżomm 'il bogħod minn ħafna ħruġ soċjali u jorqod u jiekol tajjeb sabiex jirkupra malajr biex ikun jista' jerġa' jitħarreġ kif suppost. Fi ġranet fejn nitħarreg darbtejn, inkun irrid inqum kmieni ħafna biex nagħmel it-taħriġ qabel ix-xogħol. It-tieni parti ssir imbagħad tard wara nofsinhar wara l-ħin tax-xogħol. Madankollu, jien inħoss li l-bilanċ huwa essenzjali u jekk tagħraf tkun bilgħaqal fl-għażliet tiegħek, ikun hemm ħin għal kollox. Għalkemm l-atleti li tikkompeti magħhom huma wkoll ħbieb tiegħek, ninsab persważ li jidħol ukoll ċertu sens ta' kompetizzjoni fejn wieħed ikun irid jikseb ħin aħjar mill-ieħor. X'tikkummenta dwar dan? Bħalma fil-fatt semmejt int, aħna l-atleti speċjalment dawk li nkunu niġru ħinijiet simili, kollha ħbieb. Ta' sikwit niċċajtaw flimkien fuq il-mezzi soċjali jew inkella ngħidu kelma waqt il-'warm up' jew il-'cool down' wara xi tellieqa. Ikun hemm uħud li ovvjament tkun aktar viċin tagħhom minn oħrajn. Finalment jiddependi ħafna drabi mill-karattru tal- individwu. Jien inqis ruħi bħala bniedem kompetittiv, u nemmen li hekk għandek tkun biex tikseb dak li tixtieq f 'dan l-isport. Madankollu, importanti li wieħed qatt ma jonqos fir-rispett lejn l-atleti sħabu u dejjem ikun hemm biex joffri l-għajnuna fejn hemm bżonn. Waqt il-ħin tal-kompetizzjoni, iva jkun hemm ċertu sens ta' ansjetà imma malli tispiċċa t-tellieqa jerġa' jmur kollox lura għan-normal. Wara kollox, l-aktar ħaġa importanti u essenzjali hi li ntejtbu l-ħin personali tagħna u nagħmlu prestazzjoni tajba. Imbagħad jekk ikun hemm ċans ta' xi podju, għaliex le - bonus! X'kompetizzjonijiet prinċipali se tieħu sehem fihom fil-futur qrib? Jien inħobb nagħmel diversi tlielaq barra minn xtutna. Fil-fatt għadni kif irritornajt Malta minn Seville (Spanja) fejn ħadt sehem fin-nofs maratona fejn irnexxieli nikseb l-aqwa ħin personali f 'din id-distanza sa issa. Bħala kompetizzjonijiet ta' importanza u li qed nitħarreġ għalihom hemm in-nofs maratona ta' Malta f 'Marzu, u l-World Company Sports Games li se jsiru f 'Ateni (Greċja) f 'Ġunju. Għal darb'oħra se nkun qed nifforma parti mill-kontinġent tal- MESA għal dawn il-Logħbiet. F'Ottubru li ġej, imbagħad se nkun qed nieħu sehem fin-nofs maratona ta' Valencia (Spanja). Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis- serjetà li jibdew jipprattikaw l-atletika. Il-messaġġ huwa wieħed ta' inkoraġġiment u li fil-verità qatt ma huwa tard wisq biex tibda. Illum il-ġurnata hawn diversi opportunitajiet fejn it-tfal qegħdin jiġu esposti għall-isport tal- atletika minn età tenera. Fi żmieni dan żgur ma kienx il-każ speċjalment f 'Għawdex, fejn jekk ma kontx tajjeb għall-futbol, ma kont tkun tajjeb għal xejn. L-opportunitajiet kienu wisq fqar dak iż-żmien. Għad baqa' ħafna x'naqdfu f 'dan is-settur, iżda l-progress jidher li qiegħed hemm. L-isport verament jikkontribwixxi għal ħajja aktar sana fejn dak li jkun iħossu aħjar anke bih innifsu. Huwa mod tajjeb biex taqta' ftit mill-istudju, fejn il-moħħ jistrieħ u opportunità biex tagħmel ħbieb ġodda. Il-ħolma tiegħi hija l-istess waħda tal-ewwel ġurnata li fiha ħadt l-atletika bis-serjetà - dik li nkompli ntejjeb il-ħinjiet tiegħi