Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 NOTIFIKAZZJONI MAHRUA SKONT ID-DIRETTIVA DWAR POSTIJIET Gł=łAL SWALI GHAL-LOGHOB Referenza tagfina: MGA/B2C/223/2011 27 ta' Frar 2020 Gaming Operations Ltd IZIBET, 11, Triq il-Halel, Bugibba L-Awtorita' Maltija dwar iI-Loghob (minn hawn 'il quddiem I-'Awtorita") b'dan qeghda tinnotifika lill- pubbliku li tat I-approvazzjoni taghha sabiex tinfetah fondi ghal- loghob kontrollati fl-indirizz hawn fuq indikat. Minkejja dan, din I-approvazzjoni ghadha soggetta ghar-reviżjoni finali tal-applikazzjoni mill- Awtorita'. L-Awtorita' tinnotifika lill-pubbliku li, sat- 17 ta' Marzu 2020 kopji tal-applikazzjoni, pjanti u dokumenti ohra jintwerew, bl-appuntament, fl-ufficcju tal-Awtorita' waqt il-flinijiet tal-ufficcju (jigifieri mit-Tnejn sal- Gimgha (minbarra il-festi pubblici) bejn id-9 ta' filghodu u 1-4 ta' wara nofs inhar). Kull persuna tista' toggezzjona ghall-ftufi ta' din il- fondi ghal- loghob kontrollati iżda tali oggezzjoni tista' issir biss ghal ragunijiet fejn ma jitharsux id-dispożizzjonijiet tar- Regolamenti tal-2018 dwar Awtorizzazzjonijiet ghal-Loghob (SL. 583.07 tal- Ligijiet ta' Malta). Din id-Direttiva tista' tinstab fuq il- websajt tal-Awtorita' www.mea.org.mt L-Awtorita' taccetta biss oggezzjonijiet bil-miktub u li jaslu sa mhux aktar tard mil- 17ta' Marzu 2020. L- oggezzjonijiet bil-miktub ghandhom jew jintbaghtu Iic- Chief Officer — Compliance, Malta Gaming Authority, Building SCM02-03, Level 4, Smart City Malta, Ricasoli - SCM 1001 jew b'e-maiI fuq ob i ections.mga@mga.org. mt L-oggezzjonijiet ghandhom jikwotaw ir-referenza taghna u ghandhom jinkludu d-dettalji tal-persuna li tkun qeghda taghmel I-oggezzjoni, fosthom I-isem, I-indirizz u d-dettalji ta' fejn tista' tigi kkuntatjata. L-Awtorita' sussegwentament tikkonsidra I-oggezzjonijiet li tircievi fiż-żmien stipulat u tipprocedi skont il- każ. L-AWTORITA' MALTIJA DWAR IL-LOGHOB www.mga.org.mt Biedja: 'jekk tistaqsi lill-bdiewa bħalissa jgħidulek li l-ħamrija qisha trab tant m'għamilx ilma' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-ilma bħalissa jinsab fuq fomm bosta nies, hekk kif Frar issa għadda u lanqas niżlet qatra xita, wara Jannar xott ħafna – il-ħames l-aktar Jannar xott mill-1923. Iżda l-aktar li qed iħossu din il-problema, direttament, huma l-bdiewa. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Malcolm Borg mill-Għaqda Bdiewa Attivi, definittivament għażla tajba mill-għaqda bħala kelliem għaliex huwa raġel mimli enerġija, ħeġġa u għerf dwar is-suġġett. Mal-ILLUM Alfred Baldacchino kien qal fl-2016 li Malta riesqa biex issir deżert. Imma din eseġerazzjoni? "Naħseb li m'aħniex 'il bogħod le. Jekk tkellem lill-bdiewa u tistaqsi jgħidulek li llum il- ħamrija qisha trab, bħal ramel," jgħid Borg li jfakkar fl-ovvju illi l-ilma huwa importanti biex aħna nipproduċu u nieklu l-ikel. "Hawnhekk fuq l-ikel qed nitkellmu, fuq xi ħaġa bażika. Mhux xi logħba din." Huwa jagħmel referenza għall- Coronavirus u jgħid dan l-episodju qed juri kemm pajjiżna huwa vulnerabbli u dipendenti fuq l-ikel li jipproduċi ħaddieħor. Imma ħafna jgħidu; 'U iva! Issa nimpurtaw ikel minn barra l-pajjiż!' "Imma jiena nħeġġeġ lil dawn in-nies jiftakru illi aħna nimpurtaw 70% tal-ikel minn barra l-pajjiż, l-aktar mill- Italja," jibda jgħid Malcolm Borg qabel imbagħad jistaqsi, "u jekk jgħollu l-prezzijiet x'nagħmlu? Mhux ikollna ngħollu tagħna." Isostni li anke politikament meta niddependu wisq minn pajjiż, jista' jsir rikatt bl-ikel li jiġi minn barra. "Jekk jgħollu l-prezzijiet l-Italja, ifisser li jkollna ngħollu l-prezzijiet aħna, irridu jew ma rridux." "Irridu nifhmu li qegħdin f 'pożizzjoni vulnerabbli. Irridu niżfnu maż-żifna ta' ħaddiema." Borg jisħaq li hija ferm importanti li pajiżna jkollu s-sovranità fuq il-produzjoni tal-ikel. U f 'dan il-qafas allura n-nixfa li għaddejjin minnha – ifakkar li ma niżlitx qatra xita fi Frar – jgħid li hija determinanti biex niksbu din is-sovranità. Huwa jispjega kif l-agrikoltura ta' Malta hija maqsuma fi tnejn. L-ewwel nett hemm ir-raba' msoqqi biss bix-xita u allura meta ma tagħmilx xita l-prodott ma jikbirx. "Il-prodott klassiku hawn huwa l-qamħ. Dan ifisser li jekk ma jkunx hawn xita ma jikbirx qamħ. Issa mat-58% tal- art agrikola ta' Malta hija għall- produzzjoni tal-qamħ u allura art li tiddependi mix-xita." Ifakkar li l-qamħ jintuża għall- baqar u allura għall-produzzjoni tal-ħalib. "Huwa finalment il- ħalib li jiġi affettwat minħabba nuqqas ta' qamħ għaliex jekk ma jkunx hemm, il-produtturi jkollhom jixtru l-magħlef minn barra, li jfisser illi jogħla l-prezz tal-ħalib u li mill-ġdid inkunu niddependu minn barra." Jispjega li allura l-kumplament tal-art hija ta' dawk li jkabbru ħaxix u frott għas-suq. Ħafna drabi s-sors tal-ilma, għal dawn meta ma tagħmilx xita, kif ġara issa, huwa dak tal-pjan. Ifakkar iżda li kull darba li jintuża l-ilma tal-pjan iseħħu żewġ affarijiet. L-ewwel nett jogħla l-prezz tal-produzzjoni għaliex hemm ħafna spejjeż fit- tlugħ tal-ilma. U t-tieni, l-ilma li qed jittella' mhux qed jiġi fornut mil-ġdid permezz tax-xita. Dan iwassal biex jonqos l-ilma tal-pjan u jsir mielaħ, li mbagħad tkun tfisser illi l-ilma ma jistax jintuża mill- bdiewa. Borg jgħid li t-tama għal din is-sitwazzjoni hija dak li jissejjaħ 'new water' jew inkella ilma msaffi mid-drenaġġ. Dan huwa ilma tajjeb ħafna għar-raba', ifakkar, għalkemm jgħid ukoll li qed jingħata biss f 'ċerti żoni għax in-network ma jkoprix iż-żoni kollha agrikoli tal-pajjiż. Fil-fatt qal li ż-żoni tal-Imġarr, San Pawl u l-art agrikola fl-inħawi Ħaż- Żabbar huma moqdijin, imma ż-żoni tar-Rabat, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi – fejn hemm ħafna bdiewa – mhuwiex. Ikun hemm min jgħid li wara kollox din mhix bidla fil-klima għax tasal xitwa oħra u tkun tajba u tagħmel ħafna xita u allura din ta' bħalissa tkun biss xejra għas-sena. "Dak li qed tgħid int diġà jfisser 50%, għax jekk f '10 snin ikollok xitwa bl-ilma u oħra le jkun ifisser li l-ilma mix-xita qed jonqos b'50%. Issa x-xejra hija li qed tiżdied in-nixfa, mhux il- kontra." "Allura meta se nirrealizzaw? Meta dik il-50% ssir 100%?" Imma x'inhuma s-soluzzjonijiet? "L-ewwel u qabel kollox irridu nirrikonoxxu l-importanza tas- settur agrikolu. It-tieni nett hemm bżonn li dan is-settur jingħata l-ilma," saħaq Borg. Huwa temm jgħid li dan għandu jsir b'għaqal u b'oġġettività, "mhux nagħtu l-ilma bl-addoċċ. Lil min se jilħaq l-għanijiet tagħna." Hu qal li l-Gvern għandu jagtħi l-ilma imma b'rabta; "nagħtik l-ilma u norbtok li trid tipproduċi jew li trid tipproduċi xi ħaġa partikolari." "Kieku niggvernaw l-ilma tajjeb inkunu nistgħu nwasslu l-ilma lil kull min ikollu bżonn." (Nhar il-Ħadd li ġej aqra t-tieni parti tal-intervista li saret lil Malcolm Borg mill-ILLUM) Malcolm Borg