Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 • illum 'Qegħdin fi gwerra kontra mikrobu jridu jiġġildulu ... aħsbu fina' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Coronavirus jinsab fuq fomm kulħadd, fil-fatt din il-ħarġa hija waħda speċjali dwar din il-marda, li bil-mod il- mod qed tinfirex f 'kull rokna tad-dinja u tħalli ħerba ta' mewt u ħerba ekonomika. L-ILLUM għalhekk ma setgħetx ma tintervistax lill-persuna li tirrappreżenta lill-aktar nies li jinsabu fuq quddiem f 'din il-battalja kontra virus li qed iqajjem pandemonju sħiħ u jħalli pajjiżi sħaħ magħluqin: Paul Pace, il-President tal- Unjin Maltija tal-Infermiera u Qwiebel. 'Qisna għax għalaqna l-iskejjel għal ġimgħa solvejna l-problema' Kemm qed tinkwetak din is-sitwazzjoni? Kemm taħseb li se ndumu b'din is- sitwazzjoni? Se nsibu vaċċin? Hemm xaqq ta' dawl fl-aħħar tal-mina? Pace jwieġeb għal dan l-elenku ta' mistoqsijiet fl-affermattiv. "Iva dażgur li tinkwetani, l-ewwel nett bħala ċittadin u l-mod ta' kif ngħixu. Għall-inqas jekk inħarsu lejn il-pożittiv affarijiet bħal dawn ikunu jfissru aktar ħin mal-familja u forsi xi ħarġa fil-kampanja. Huwa qal imma li lil hinn minn dak li jħoss hu hemm inkwiet fost is-settur dwar ir-riżorsa u l-ammont ta' ħaddiema. "Jingħadu ħafna affarijiet pereżempju li jingħalqu l-iskejjel," qal Pace it biss qabel mal-Prim Ministru ħabbar li l-iskejjel se jingħalqu kollha. Kien fil-fatt mal-ILLUM l-ewwel li Pace spjega kif din se toħloq problema kbira għax tnaqqas l-ammont ta' infermiera fi żmien fejn tant hemm bżonnhom. "Ir-riperkussjonijiet huma kbar u kellna nagħmluha biss bħala l-aħħar għażla. Din se tfisser illi n-numru ta' infermiera jonqsu b'bejn 20% u 30% fl-aktar żmien li se jkollna bżonnhom. U dan biex, naturalment, dawn jibqgħu jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom id-dar." Huwa qal li ħafna nies ħaduha bħala xi ħaġa frivola li jingħalqu l-iskejjel. "Qisna għax nagħlqu l-iskejjel għal ġimgħa se tkun għaddiet il-Coronavirus. Kellu bżonn jiġri hekk, imma wara għaxart ijiem se nkunu fejn aħna llum jekk mhux agħar ukoll." Huwa reġa' saħaq illi din il-miżura, anke jekk tista' tkun tajba se żżid il-piż fuq l-infermiera, fuq il-piż li diġà qed jiżdied permezz ta' aktar sodod. "Tajjeb li jkollna aktar sodod, imma x-xogħol qed jiżdied l-infermiera mhumiex," qal Pace. Huwa qal li f 'dan li qed jgħid mhux qed jinkludi l-fatt li fost l-infermiera hemm uħud li jkollhom mard li jipprevenihom milli jikkuraw nies bil-Coronavirus. 'M'għandniex il-lussu nġibu infermiera minn reġjun ieħor' Imma din il-gazzetta tfakkru li ta' Malta mhix l-ewwel pajjiż li għalqet l-iskejjel - l-Italja u l-Greċja fost oħrajn għalquhom ukoll. Pace jgħid li hemm differenza bażika u ġeografika. "X'għamlu Lombardija, għax dan reġjun li ntlaqat ħafna iktar minn oħrajn? Issejħu l-infermiera minn reġjuni fejn il-marda ma laqtitx daqstant lill- komunità. U l-istess il-Greċja." Pace jgħid Malta m'għandhiex dan il- lussu, li tgħajjat lill-infermiera, minn reġjun ieħor. 'Ippreparaw għall-gwerra' Din il-gazzetta tistaqsi allura jekk iħossx li Malta u l-qasam tas-saħħa kienx lest għal din l-eventwalità, xi ħaġa li l-Kap tal- Oppożizzjoni qal li ma konniex. Huwa jgħid li konna lesti "sa ċerta numri iva. Din bħal dgħajsa, sa ċerta mewġ tkun tiflaħ." Huwa qal li l-problema hija li wieħed ma jkunx jaf eżatt kif jiżviluppa dan il-virus, li bħalissa jidher li qed jissaħħaħ aktar kemm jgħaddi għand nies. Pace jikkwota lill-PM Ingliż Boris Johnson; "ippreparaw għall-gwerra." Mill-endemija sal-pandemija Minn hemmhekk induru it lejn il- virus u l-fatt li kien iddikjarat pandemija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Pace jispjega x'inhi d-differenza bejn endemija, epidemija u pandemija. Endemija hija n-norma, jiġifieri pereżempju fix-xitwa jkollok 1,000 każ ta' persuni bl-influwenza. Din hija xi ħaġa komuni. Epidemija hija meta din il-marda tikber b'tali mod li ma tibqax in-norma imma tibqa' fl-istess pajjiż. Pandemija, bħal Covid-19 hija meta dik il-marda tinxtered mad-dinja. 'Ma setax ħoloqha l-bniedem l-Coronavirus' Konspirazzjoni li qed iddur hija li din hija xi ħaġa li għamel il-bniedem. Jista' jkun li vera? "Le. Il-bniedem ma jistax jivvinta virus. Li jista' jagħmel - f 'każi estremi għall-armi bijoloġiċi - huwa li jimmodifika virus. Il-Coronavirus huwa magħmul b'mod naturali u dan fil-fatt mhux l-ewwel Coronavirus." Ifakkar li din mhux l-ewwel darba li kellna pandemija u it iktar minn 100 sena ilu, fl-1918, kienet inxterdet l-Ispanish Fly li qatlet miljuni kbar ta' nies. "Dan kien mikrobu li nbidel b'tali mod li sar b'saħħtu u għamel straġi. Issa llum aħna ħafna aktar attrezzati," jispjega. Id-dinja, inkluż Malta, maqbudin f'morsa ta' biża' hekk kif il- Covid-19 tkompli tinxtered. Fuq quddiem hemm l-infermiera, it-tobba u dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa. Il- gazzetta ILLUM titkellem mal-persuna li tirrappreżentahom ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020