Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 • illum Is-saħħa ta' wliedna hija prijorità OWEN BONNICI HUWA L-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL G ħidtha diġà u ma niddejjaqx nirrepeti. Għalina l-Maltin u l-Għawdxin fejn jidħlu wlied- na, saħħithom u l-edukazzjoni tagħhom, nagħmlu minn kollox. Ma nġibu xejn qabel dawn it-tliet pri- joritajiet fil-ħajja personali tagħna. U għalhekk minn meta madwar id-dinja bdiet tfaqqa' l-aħbar tal-COVID-19, it-terminu mediku tal-Coronavirus, ma setax jonqos li bħala ministeru, nibdew mal-ewwel naraw kif din is-sitwazzjoni setgħet taffettwa l-għeżież tagħna. Ma qgħadniex b'idejna fuq żaqqna nistennew. Imma bdejna mal-ewwel b'ħidma ta' prevenzjoni. U dan għamilnieh ma' sħabna l-Ewropej, li ntlaqtu ferm qabilna, u wkoll għamilnieh ma' sħabna tal-Awtorità tas-saħħa. Mal-ewwel intenni l-apprezzament tiegħi għal dawn il-ħaddiema bieżla li f 'sitwazzjoni ta' pressjoni fuqhom qed jagħmlu l-impossibbli. Kif ukoll nestendi l-apprezzament għall-edukaturi kollha u l-ħaddiema kollha tal-ministeru li id f 'id qed naħdmu f 'dawn iż-żminijiet diffiċli għalina lkoll. Minn meta faqqgħet din is- sitwazzjoni, li wara ġiet ikklassifikata bħala pandemija mill-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa, bħala Ministeru konna l-ħin kollu f 'kuntatt mhux biss mal-Awtoritajiet tas-Saħħa lokali, imma personalment kont il-ħin kollu f 'kuntatt mal-Ministri għall-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex flimkien niddiskutu s-sitwazzjoni fil-qasam tal- edukazzjoni u kif il-Coronavirus kienet qed taffettwa dan is-settur. U minn hemm bdejna nieħdu d-deċiżjonijiet. B'mod meqjus, b'mod responsabbli, mingħajr ma noħolqu allarm bla bżonn, imma b'saħħet it-tfal dejjem fuq quddiem. Bħala Gvern bdejna naġġornaw lill- poplu b'informazzjoni u deċiżjonijiet marbuta mas-sitwazzjoni dinjija. Bdejna pass pass. Għaliex fejn jidħlu sitwazzjonijiet bħal dawn, nuqqas ta' deċiżjoni hija ħażina daqs kemm hija deċiżjoni meħuda qabel il-waqt. U meta kien il-waqt li nieħdu deċiżjoni dwar uliedna – dwar l-iskejjel, ħadnieha wkoll mingħajr ma qgħadna nqisu xejn għajr dak li huwa tajjeb għat- tfal studenti tagħna. Il-Ħamis għalhekk ingħaqadt mal-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, u fost oħrajn tkellimna dwar is- settur tal-edukazzjoni. Huma deċiżjonijiet iebsa, imma responsabbli u dan juri maturità ta' Gvern li b'kabinett magħqud qed ipoġġi fuq quddiem l-interess tal-poplu Malti. Kien għalhekk li ħassejna li bil-mod kif kienet qed tiżviluppa s-sitwazzjoni, b'effett minn nhar il-Ġimgħa ngħalqu l-istituzzjonijiet edukattivi kollha kemm l-iskejjel primarji u sekondarji, post-sekondarji u terzjarji u allura l-Università ta' Malta. Se jingħalqu wkoll iċ-childcare centres sa nhar il-Ġimgħa 20 ta' Marzu. Dakinhar terġa' tingħata informazzjoni jekk il-perjodu ta' għeluq hux se jkun estiż jew le abbażi tas- sitwazzjoni ta' dakinhar. Imma dan ma kienx l-ewwel pass. Bdejna mal-ewwel nieħdu ħsieb. Fil- kulleġġi, skejjel u istituzzjonijiet kollha l-Ministeru mal-ewwel ħa ħsieb biex jitqassmu l-hand sanitizers fejn tqassmu 2,300. Dan apparti li l-istituzzjonijiet edukattivi kollha mal-ewwel kienu infurmati permezz ta' ċirkolarijiet interni b'kull deċiżjoni u wkoll informazzjoni relatata, dejjem id f 'id mal-Awtoritajiet tas-Saħħa. F'dan kollu kienet u għadha importanti wkoll il-komunikazzjoni. Qed jinżamm kuntatt kontinwu wkoll mal-unjins li jirrappreżentaw il-ħaddiema fis-settur tal-edukazzjoni. F'dan is-sens nesprimi sodisfazzjon li ntlaħaq qbil mal-MUT għal twaqqif ta' task force li se tieħu ħsieb tara l-impatt fuq il-kurrikulu u kif ukoll tara li jintużaw mezzi online ta' kif jista' jitkompla ċertu tagħlim bis- saħħa tal-informatika f 'dan il-perjodu temporanju. Tħabbru wkoll restrizzjonijiet f 'attivitajiet tal-massa, u b'effett immedjat intalab li fejn hemm attivitajiet tal-massa dawn ma jsirux sakemm mhux għax ikun hemm il-bżonn – u dan japplika wkoll għall-qasam sportiv. Dak li sar huwa messaġġ ċar li s-saħħa ta' wliedna hija prijorità u tiġi qabel kollox. F'dak li huwa għeluq tal-iskejjel bħala pajjiż aħna ninsabu f 'minoranza minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea li għalqu l-iskejjel, fil-fatt 8 biss għamlu dan, u dan qed isir għax is-saħħa tat-tfal u l-istudenti verament tiġi l-ewwel. Il-Gvern qed ikun responsabbli u qed jagħmel il-parti tiegħu b'mod mitqies. L-appell huwa għall-ġenituri li jerfgħu responsabbiltà fejn jidħlu mhux biss uliedhom imma wkoll il-qraba u dawk kollha li jmissu magħhom. L-għeluq tal-iskejjel mhuwiex estenzjoni tal-btajjel tal-Għid. Ikun tajjeb li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu. Il-ġenituri huma mħeġġa biex dan il- perjodu jgħaddu ħin mat-tfal u filwaqt li jispjegawlhom x'qed jiġri, imma jieħdu ħsieb li jqattgħu ħin magħhom jaqraw, jagħmlu reviżjoni tas-suġġetti tal-iskola, jaraw il-komunikazzjoni tal-edukaturi magħhom b'informazzjoni li qed jibagħtu, anki ta' materjal skolastiku. Filwaqt li l-edukaturi jinsabu fid-djar ikomplu wkoll bil-ħidma tagħhom, hemm oħrajn li qed ikomplu x-xogħol amministrattiv – li jrid ikompli għaddej anki f 'dawn iċ-ċirkostanzi. Hemm dawk li jieħdu ħsieb l-indafa tal-iskejjel u dawk li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-iskejjel li qed jieħdu l-okkażjoni ta' skejjel battala u ntefgħu b'ruħhom u ġisimhom fuq il-lant tax-xogħol. Dawn insellmilhom u nirringrazzjahom minn qalbi. Fil-Ministeru wkoll għaddejjin bix- xogħol amministrattiv tagħna. Dawn mhumiex btajjel, imma rridu nkomplu naħdmu anki f 'dawn iċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom. Hemm min jiltaqa' ma' problemi jew jiġuh mistoqsijiet. Għalhekk ħadna ħsieb ukoll li waqqafna helpline u għalhekk, għal assistenza relatata mal-qasam tal- edukazzjoni, wieħed jista' jagħmel kuntatt magħna fuq 2598 1000. Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020