Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 sport 'Jekk jiġini ċans nilgħab barra minn Malta naħtfu' illum • IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Nikolai Micallef - plejer żagħżugħ b'talent liema bħalu li jimmilita ma' Ħamrun Spartans. M'hemmx dubju li huwa għandu futur mill-isbaħ quddiemu fl- isport li tant iħobb - il-futbol. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Bdejt ta' età żgħira ħafna. Ta' tliet snin kont bdejt minħabba ħija għax kien jilgħab il-futbol u konna nqattgħu sigħat sħaħ nilagħbu sakemm imbagħad kont dħalt ma' klabb. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Bħala format fl-opinjoni tiegħi huwa tajjeb, però għandu jiżdied rawnd ieħor biex ikun hemm iktar logħob bħall-kampjonati oħra. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Fil-futbol qatt ma tista' tgħid min se jirbaħ għax tista' tagħmel logħba sħiħa tattakka u jsibu ċans wieħed u jiskurjaw u jirbħu l-logħba. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Naqbel u ma naqbilx fl- istess ħin. Naqbel għax jekk ikun hemm barranin ta' livell, kulħadd ikun qed jiġġieled għal postu għax hekk tista' ttejjeb l-livell. Ma naqbilx għax ħafna żgħażagħ jkun diffiċli għalihom biex jilagħbu, però xorta nemmen li min ikun l-aqwa, jilgħab. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Ftit issib plejers barranin ta' livell aktar għoli għax ħafna barranin li qed jiġu f 'pajjiżna huma tal-istess livell tal-Maltin. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- Kampjonat Premier? Il-grawnds tal-Premier huma tajbin speċjalment is-Centenary Stadium però hemm bżonn li jkun hemm iktar grawnds. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Ir-referis f 'pajjiżna qed juru avvanz fil-professjoni tagħhom. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? L-ewwel ħaġa trid tkun iddedikat u trid tlaħħaq ma' kollox. Jien inkun l-iskola u wara nibqa' sejjer għat-taħriġ mill- ewwel u wara li nasal id-dar, inkun irrid nistudja. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Trid tagħmel pjan u tara x'inhuma l-prijoritajiet. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Il-ħolma tiegħi hija li mmur nilgħab barra minn Malta u jekk jiġini ċ-ċans nagħmel minn kollox biex nieħdu. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. Il-messaġġ tiegħi huwa biex iżżommu saqajkom mal-art u dejjem tkun trid aktar milli għandek biex tmur 'il quddiem.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020