Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483
aħbarjiet IL-ĦADD 15 TA" MARZU 2020 • illum 28 Xejn eskluż dwar l-art agrikola fil-Magħtab Il-Ministru Aaron Farrugia jsostni illi Malta għandha bżonn tliet impjanti li jitrattaw l-iskart - wieħed minnhom inċineratur .... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "La kien hemm deċiżjoni jiena rrid nesegwixxiha. Minkejja dan aħna għaddejjin f 'diskussjonijiet mal-bdiewa biex nevalwaw is-sitwazzjoni u naraw jekk nistgħux, forsi, innaqqsu l-effett jew id-daqs ta' art li nistgħu nieħdu. Imma xejn mhu fuq l-ixkaffa u qed niddiskutu u nevalwaw mingħajr wegħdi." Hekk qal ma' din il-gazzetta l-Ministru tal-Ambjent, l-Ippjanar u Bidla fil-Klima Aaron Farrugia meta mistoqsi dwar l-aħħar żviluppi fil-każ tal-bdiewa tal-Magħtab li ġimgħa ilu niżlu jipprotestaw fi Triq il-Kosta u għal xi ħin għalqu it-triq ukoll. Minkejja dan, Farrugia ċċara li xi ħaġa trid issir u li jekk ma jkollniex impjanti l-miżbla tal- Magħtab tikber b'mod qawwi ħafna, "naslu sal-Qawra kieku." Farrugia jfakkar illi l-Partit Laburista għamel wegħda illi se jagħlaq l-impjant ta' Sant Antnin f 'Wied Il-Għajn, biex l-operat relatat mal-immaniġġjar tal-iskart ikun kollu fl-istess post, u din il- wegħda jeħtieġ iżommha. Din allura titfa' aktar pressjoni biex il-Gvern isib postijiet fejn jista' jirriċikla jew jarmi l-iskart. Farrugia qal illi għalhekk il- Gvern ġab esperti sabiex jifforma pjan serju dwar l-immaniġġjar tal-iskart. "Apparti dak kollu li diġà għidt il-landfill tal-Għallis trid tingħalaq is-sena d-dieħla." Farrugia qal illi b'kollox hemm bżonn ta' tliet impjanti - inċineratur state of the art, impjant li jitratta l-plastik u l-karti - jiġifieri dak tal-borża griża li bħalissa qed ikun esportat u impjant ieħor li jipproduċi skart organiku u kompost. Mistoqsi jekk hux veru li qed jintefa' ż-żibel flimkien u allura qed issir separazzjoni tal-iskart għalxejn Farrugia ċaħad. Speċifikament dwar l-inċineratur Farrugia qal li studju kkummissjonat mill-Ministru Josè Herrera juri li pajjiżna għandu bżonn inċineratur u li dan għandu jsir fiż-żona tal-Għallis. Huwa jfakkar illi inċineratur ikun state of the art, tant li f 'postijiet bħal fl-Awstrija huwa attrazzjoni turistika. Farrugia saħaq diversi drabi li hu se jieħu d-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn biex tkun indirizzata din il-problema.