Illum previous editions

ILLUM 22 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2020 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ Miżura 16.2 – Għajnuna għal proġetti pilota kif ukoll għall-iżvilupp ta' prodotti, metodi u proċessi ġodda kif ukoll l-użu ta' teknoloġija ġdida Miżura 16.4 – Għajnuna għal kooperazzjoni bejn atturi differenti fil-katina tal-provvista Miżura 16.6 - Għajnuna għal kooperazzjoni għal provvista sostenibbli tal-bijomassa fl-użu ta' l-ikel u l-produzzjoni ta' l-enerġija u proċessi industrijali Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej jħabbar il-ftuħ mill-ġdid ta' Miżura 16 (sottomiżuri 16.2, 16.4, 16.6) taħt il-Programm tal- Iżvilupp Rurali għal Malta. Miżura 16 toffri għajnuna għal inizjattivi ġodda u innovattivi, taħt forom ta' kooperazzjoni, billi tassisti lill- operaturi biex jgħelbu sfidi preżenti fis-settur agrikolu. Din il-miżura toffri għajnuna biex tagħmel possibli li jseħħu u jiġu kreati affarijiet u attivitajiet ġodda iktar milli biex toffri għajnuna għal attivitajiet li diġà qegħdin iseħħu. Din il-miżura tista' wkoll tkun ta' għajnuna għal gruppi eżistenti ta' kooperazzjoni biex iwettqu proġetti ġodda. L-applikazzjonijiet ser ikunu milqugħa sat-30 ta' April 2020. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mis-sit elettroniku www.eufunds.gov.mt u www.eufundsmalta.gov.mt jew billi tintbagħat email fuq rdd.mfea@gov.mt pajjiżna diffiċli ma jintlaqatx' - Gordon Cordina Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-ekonomista Gordon Cordina u staqsietu jekk jaħsibx li riċessjoni hija inevitabbli, kemm jaħseb li se jintlaqat pajjiżna u kemm il-miżuri li jħabbar il-Gvern jistgħu jagħmlu differenza. Cordina sostna illi l-COVID19 hija xokk għall-ekonomija globali, "li probabbilment se twassal għal riċessjoni f'bosta pajjiżi tad-dinja. Pajjiżna ovvjament diffiċli ma jintlaqatx, għax hu miftuħ ħafna għan-negozju ma' barra, u speċjalment fit-turiżmu." Cordina hawnhekk ifakkar illi t-turiżmu mhuwiex biss dħul għal-lukandi u ristoranti, imma wkoll għal ħwienet u dawk li jipprovdu numru ta' servizzi oħra. Hawnhekk Cordina jispjega kemm is-sitwazzjoni tista' tikkumplika ruħha u jgħid illi normalment riċessjoni tista' tibda għax tintilef il-fiduċja fl-ekonomija, bir- riżultat li jonqos il-konsum u l-investiment, b'impatt aħħari fuq in-negozju u l-impjiegi. "F'dan il-każ, huwa relattivament faċli għall-gvernijiet li jsolvu s-sitwazzjoni - billi jnaqqsu t-taxxi jew jipprovdu flus fl-ekonomija li permezz tagħhom terġa' tinbena l-kunfidenza. F'dan il-każ, però, ix-xokk ġej mill-fatt li n-nies ma jistgħux joħorġu jaħdmu, jew fuq btajjel, jew għal attivitajiet oħrajn. L-ebda nfieq tal-Gvern ma jista' jpatti dan għalkollox," saħaq Cordina. Mal-illum.com.mt hu qal iżda li miżuri li ħabbar il- Gvern jistgħu jkunu kkunsidrati bħala "biżżejjed biex jirrestawra l-attività ekonomika fuq perjodu ta' tliet xhur għal-livelli normali, jekk jintilef nofs in-negozju minħabba l-Covid-19." Cordina qal illi l-miżuri żgur ma jistgħux ikunu maġija jew li waħedhom se jġibu lura lit-turisti kollha jew ineħħu t-theddid tas-saħħa. Minkejja dan qal illi l-miżuri huma intervent "bla preċedent fid-daqs u wieħed jistenna li se jiddefendu l-impjiegi u d-dħul f'termini temporanji sakemm l-għerq tal-kriżi tgħaddi." Mal-ILLUM Cordina sostna illi l-miżuri huma skont dawk li qed tipproponi l-Unjoni Ewropea bħalissa hekk kif jiffukaw fuq il-likwidità tan-negozji u għajnuna diretta biex jitħallsu l-pagi. "Nittamaw li l-implimentazzjoni tal-miżuri tkun waħda veloċi u bla problemi, biex nassiguraw li jkunu effettivi." L-Unjoni Ewropea ħabbret illi se tkun qed toħroġ €37 biljun f 'għajnuna lill-pajjiżi kollha tal- Unjoni Ewropea. Din l-għajnuna se tinqasam hekk: €18-il miljun f 'likwidità u allura fi flus li l-UE se tagħti minn issa biex il-Gvern jonfoq kif irid fuq materji relatati mal-marda Covid-19 li qed tinxtered kif ukoll €29 miljun f 'fondi mill-Baġit tal-UE, f 'fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropew. Malta, kif irrapporta s-sit illum. com.mt aktar kmieni din il- ġimgħa, se tkun qed tieħu €48 miljun f 'għajnuna, €9 miljuni f 'likwidità u l-bqija mill-fondi strutturali. L-aktar pajjiżi li se jieħdu flus huma l-Polonja (€1.1 biljun) u Spanja (€1.16 biljun), l-Ungerija (€855 miljun) u finalment l-Italja (€853 miljun). L-inqas pajjiżi li se jieħdu huma l-Irlanda (€3 miljuni) u l-Lussemburgu (€2 miljuni). 'Diffiċli ma nintlaqtux' Kemm se tieħu Malta mill-UE? minn irkupru fit-tieni nofs tas- sena. "Il-Ġappun pereżempju, probabbilment diġà qiegħed f 'riċessjoni." "Fl-opinjoni tagħna l-agħar għall-ekonomija għadu ġej, fix- xhur li għad iridu jiġu." Neil Shearing - il-Kap Ekonomista f 'Capital Economics li hija ditta tar-riċerka qal illi hu qed jara li fl-agħar xenarju r-riċessjoni se tkun inċiżiva imma qasira. Huwa qal iżda li dan jista' jinbidel minn ħin għall- ieħor. "Hekk kif il-virus ikompli jinxtered hemm ċans tajjeb li dan l-agħar xenarju li semmejt isir l-aktar xenarju reali." Intant in-New York Times tkellmet ma' Ángel Talavera l-Kap tad-Dipartiment tal- Ekonomija Ewropea f 'Oxford Economics, Londra. Hi qalet illi t-tixrid ta' din il-marda se tbiddel ix-xenarju ekonomiku (game changer) u l-mistoqsija issa hija kemm se tkun fonda u kemm se ddum għaddejja din ir-riċessjoni."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 March 2020