Illum previous editions

ILLUM 22 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 letteratura illum • IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 tħeġġiġhom Jekk qed tfittex liema kotba se tixtri biex taqra mat-tfal jew tħeġġiġhom jaqraw diġà għamilt pass siewi immens. It-tieni wieħed għandu jkun li tagħti titwila lejn ir- rebbieħa u l-finalisti tal-Premju Terramaxka 2019! Bosta pubblikaturi għandhom mezzi tajbin, u jwasslulek il-kotba d-dar li se jkollha tirriskja taħrab minn hemm f 'nofs ta' lejl…hemm ġew Amina se tiskopri żewġ stejjer, waħda ġejja mill-passat, u l-oħra ġejja minn ġo fiha. Meta toħroġ minn wara dak il-kanċell, se tkun Amina differenti. Kotba maqlubin għall-Malti għat- tfal bejn 0-7 snin L-Annimali tas-Savana: Il-Verità Kollha fuq l-Annimali (Merlin Publishers) "Iż-żebra tħobb toqgħod waħidha tixrob belgħa te fuq is- sufan? U le! Ma tarax!" Dal-ktieb iwiegħdek solennement li jagħtik xejn inqas mill-verità dwar l-annimali tas- savana! Għal dawk it-tfal li diġà qed juru interess biex ikunu jafu aktar dwar id-dinja ta' madwarhom, dan huwa l-ktieb perfett għax huwa forma ta' ktieb-logħba li jgħaqqad l-illustrazzjonijiet mar- ritratti biex titgħallem u fl-istess ħin tieħu gost. Il-ktieb inqaleb mill-Franċiż (Les animaux de la savane ta' éditions Auzou) għall-Malti minn Rachel Portelli. Kotba maqlubin għall-Malti għat- tfal bejn 8-12-il sena Missjoni: Insalvaw il-Pjaneta l-Blu (Merlin Publishers) Dan huwa ktieb f 'waqtu immens għax jagħti gost u fl-istess ħin irawwem fit-tfal imħabba lejn id- dinja bħala post li rridu ngħixu fih ilkoll u fl-istess ħin nieħdu ħsiebu ħalli jieħu ħsiebna. L-istorja jgħidhielna Gwi Do, aljen li jdur id-dinjiet u jgħinhom biex ma jinqerdux. Għandek idea kif tidher il- pjaneta tiegħek mill-għoli? Globu blu bl-abjad bl-inħawi abitati mniġġsa, ilma inkwinat, irqajja' ta' żejt fil-baħar, artijiet maħtufa mill-ispekulaturi, foresti qodma jaqbdu … Xħin Gwi Do jara did-dehra orribbli, jaqbad il-vettura spazjali tiegħu u jibda jterraq fl-ispazju sa ma jasal fid- dinja bil-għan li jsalvaha. Int u hu, flimkien, se terħulha madwar l-erbat irjieħ tal-pjaneta biex issewwu l-ħsara li għamlulha l-umani. Se ssaffu l-arja u x-xmajjar, tagħtu r-ruħ lill-ħamrija, issalvaw l-eqdem foresti u titgħallmu tirriċiklaw l-iskart. Dan il-ktieb eċitanti u mimli avventuri se jdawrek mad-dinja ambjentali. Il-futur tad-dinja f 'idejk — minnek jiddependi tintemmx jew tibqax teżisti! Il-ktieb adattah għall-Malti Dwayne Ellul, u ġie kkofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal- Litteriżmu tal-Ministeru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol. Il-Premju għall-Aħjar Produzzjoni ta' Ktieb Lorella u l-Ġenju li ma kienx Jaf Jaqra (BDL Publishing) Minbarra l-premji tas-soltu, ikollna anki premju għall-aħjar ktieb għall-mod kif ikun ġie stampat u x-xogħol li jkun mar fih. Lorella u l-Ġenju li ma kienx Jaf Jaqra jinkludi bosta karattri fittizji magħrufa mat-tfal. Dawn daqqa jidhru lil Lorella minn hawn daqqa jidhrulha minn hemm… sakemm tiaħ il-bieb u jidħol dat-tifel nifsu maqtugħ li mhu ħadd ħlief il-ġenju tal-lampa! Qalilha li qed ifittex fejn se jaqta' t-tielet xewqa lil xi ħadd, u Lorella sabet ix-xoqqha f 'moxtha għax talbitu jgħinha tikteb komponiment. Imma, bużillis ta' kull bużillis, dal-ġenju tal-lampa la jaf jikteb u lanqas jaqra! L-awtriċi hija Rita Saliba u l-illustratriċi Moira Scicluna Zahra, u l-ktieb ġie ppubblikat bil- għajnuna tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Ċerti li anki lilek bħala adult għoġbuk xi kotba minn dawn! Tista' tixtrihom online jew tikkuntattja lill-pubblikaturi sabiex tistaqsihom dwar offerti li għandhom bħalissa. Uħud minnhom saħansitra qed iwasslulkom il-kotba d-dar b'xejn! www.ktieb.org.mt HOME DELIVERY ORDER YOUR FAVOURITE NEWSPAPER TODAY One-month SPECIAL delivery fee of just €1 per day for orders up to 5 newspapers per address! To subscribe… 1 Email us with your choice of newspaper(s), recipient's name, address and contact number to production@millermalta.com 2 Forward cheques payable to Miller Distributors Ltd to address: Miller House, Airport Way, Tarxien Road, Luqa. LQA1814 *For queries on any other newspaper / magazine contact us at production@millermalta.com Mon-Fri Sat Sun Malta Today midweek €1 N/A Malta Today €1.95 BusinessToday €1.50 N/A ILLUM €1.25 The Malta Independent €1 €1 The Malta Independent on Sunday €1.95 Times of Malta €1 €1 Sunday Times of Malta €1.95 Nazzjon €1 €1 Mument €1.20 Orizzont €1 €1 Torca €1.50 Daily Mail €2.40 €2.40 Mail on Sunday €3.30 Daily Mirror €2.50 €2.50 Sunday Mirror €2.70 The Sun €2.50 €2.50 Sun on Sunday €2.50 Daily Express €2.50 €2.50 Sunday Express €3.30 Daily Star €2.20 €2.20 Sunday Star €2.50 Daily Telegraph €4.50 €5.00 Sunday Telegraph €5.70 The Times €4.50 €5.00 The Sunday Times €5.70 Financial Times €3.70 €4.50 People €2.70 Guardian €3.90 €4.60 Observer €4.90

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 March 2020