Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114
coronavirus 07 illum • IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 numri, fatti, miżuri u appelli Divertiment: Jingħalqu diversi postijiet soċjali bil-għan li jonqos it-tixrid tal-Coronavirus. L-istabbilimenti magħluqa huma: barijiet, ristoranti, kafetteriji, snack bars, ċinemas, gyms, mużewijiet, wirjiet, klabbs, diskoteki, swieq fil-miftuħ, il-pixixni fil-magħluq, il-pixxina nazzjonali, l-istabbilimenti kollha tal-logħob, inkluż swali tal-bingo, casinos, ħwienet tal-gaming... Edukazzjoni: L-iskejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji u l-universitajiet jibqgħu magħluqa sa tmiem il-vaganzi tal-Għid, fis-17 ta' April. Mhux eskluż li dan il-perjodu jitwal. Magħluqa wkoll iċ-ċentri kollha taċ-Childcare Vjaġġar: Mill-bieraħ waqfu t-titjiriet kollha lejn il-pajjiż. Permessi biss titjiriet għall-merkanzija, raġunijiet umanitarji u għal każijiet ta' ripatrijazzjoni Miżuri oħra mħabbra fil-jiem li għaddew u li jibqgħu fis-seħħ: Attivitajiet: Ma hemmx massimu jew minimu. L-attivitajiet kollha tal-massa ma jsirux inkluż dawk tal-futbol Anzjani: Iż-żjajar fid-djar tal-anzjani jkunu sospiżi sakemm jingħata avviż ieħor Mater Dei: Viżitatur wieħed ħdejn kull pazjent; Ħinijiet iqsar għall-viżitaturi: mill-11:30 sa 12:00 u mill-17:00 sas-18:00 Knisja: Il-quddies kollha fil-knejjes qed ikunu sospiżi sakemm jingħata avviż ieħor mill-Kurja Kwarantina obbligatorja • Spot checks u multa ta' €3,000 għal kull min jinqabad jikser il-kwarantina obbligatorja • Barranin li jgħixu u għandhom permess biex jaħdmu f 'Malta, jekk jiksru l-kwarantina obbligatorja, se jeħlu l-multa, ikollhom il-permess tax-xogħol revokat u jiġu ddeportati lura mill-pajjiz. • Il-kwarantina obbligatorja jridu jsegwuha dawk kollha li waslu: • Mill-Italja, iċ-Ċina, Singapore, il-Ġappun, l-Iran u l-Korea ta' Isfel mis-26 ta' Frar 'il quddiem; • Minn Franza, Spanja, il-Ġermanja u l-Iżvizzera mill-11 ta' Marzu 'l quddiem; u • Dawk kollha li mit-13 ta' Marzu 'l quddiem waslu Malta permezz tal-ajru jew il-baħar. Appelli mill-Gvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa • Jekk mhux neċċessità, evita li toħroġ mid-dar • Teleworking: jekk possibbli, aħdem mid-dar. • Anzjani: l-anzjani huma l-aktar vulnerabbli; toħroġx bla neċessità • Tfal: it-tfal ma għandhomx iżuru lill-anzjani, la dawk li jgħixu fir-residenzi tagħhom u lanqas dawk fid-djar tal-anzjani • Safar: jekk mhux neċessarju evita li s-siefer lejn il-pajjiżi milquta mill-Coronavirus • Trasport Pubbliku: Tivvjaġġax bil-karozza tal-linja jekk ma tiflaħx • Tiġijiet: It-tiġijiet huma meqjusa attivitajiet tal-massa. Jekk possibbli, ipposponi Helplines • 111: Ċempel BISS biex tistaqsi dwar xi sintomi li qed tħoss. Qabel żur is-sit covid19.gov.mt • 21324086: Għal aktar informazzjoni dwar il-Coronavirus • 21411411: Għal dawk li jinsabu fi kwarantina obbligatorja u għandhom bżonn xi ħtiġijiet • 2590 200: Għal mistoqsijiet dwar l-operat tal-Qorti • 25903030: Għall-anzjani li ma għandhomx min idur bihom u għandhom bżonn qadjiet ta' kuljum • 2598000: Għal assistenza relatata mal-qasam tal- edukazzjoni • 2546911: Għall-kumpaniji tal-gaming li jeħtieġu informazzjoni u għajnuna • 79241281: Għal dawk li jkollhom mistoqsijiet urġenti relatati mal-ħidma tal-Arċidjoċesi Maltija ta' 56 sena Marret l-Ingilterra bejn il-5 u t-13 ta' Marzu Fil-15 ta' Marzu kellha l-ewwel sintomi: deni, sogħla u wġigħ ta' ras Ma taħdimx. Tgħix mar-raġel u qiegħed fi kwarantina Raġel ta' 34 sena Dan kien vaganza ma' pazjent ieħor (pożittiv ukoll fil-jiem ta' qabel) li kien mar Barċellona Marru fis-6 ta' Marzu u rritornaw fl-10 ta' Marzu Fl-14 ta' Marzu kellu l-ewwel sintomi: sogħla u ftit deni u sar it-test Jaħdem f'kumpanija privata u kien mar ftit ix-xogħol Għaddej l-assessjar fil-kumpanija biex ikun magħruf x'kuntatt kellu u jekk hemm persuni f'riskju Żagħżugħ ta' 15-il sena Kien Malta ma' grupp ta' ħbieb. Meta kien sejjer lura Spanja, waqt li kien l-ajruport, ħassu ma jiflaħx Ġew iżolati fil-klinika tal-ajruport Iż-żagħżugħ ta' 15-il sena rriżulta pożittiv Inżammew hawn Malta u sħabu tpoġġew fi kwarantina Taljana ta' 49 sena Tgħix u taħdem Malta Ma sifritx, iżda r-raġel tagħha siefer Ruma u Montenegro bejn l-4 u l-5 ta' Marzu Kellha s-sintomi fil-15 ta' Marzu Is-suspett huwa li ttieħdet minn sintomi ħfief li kellu r-raġel Ir-raġel tagħha ma kienx mar għax-xogħol għax sema' mill-pariri tal-awtoritajiet Ingliż ta' 32 sena Resident hawn Malta Ġie fit-13 ta' Marzu u fl-14 ta' Marzu ħarġulu s-sintomi Sema' mill-pariri u kien fi kwarantina Il-mara tiegħu tinsab fi kwarantina wkoll Sar ukoll kuntatt mal-passiġġiera li kienu bilqiegħda viċin tiegħu fuq l-ajruplan Żagħżugħ ta' 19-il sena Ukoll relatat ma' pazjent ieħor li fl-aħħar jiem irriżulta pożittiv għall-Coronavirus Kienu marru Dublin. Siefer bejn il-5 u l-10 ta' Marzu Kien sar kuntatt miegħu meta sieħbu kien irriżulta pożittiv Għalhekk ma kienx mar l-università Iżda mar ftit ħin ix-xogħol u għalhekk qed isir kuntatt mal-kumpanija biex ikun magħruf x'kuntatti kellu Raġel ta' 36 sena Ħaddiem tas-saħħa Ittieħed minn ħaddiema oħra tas-saħħa (li rriżultat pożittiv fil-jiem ta' qabel) Kien identifikat meta sar il-contact tracing u għalhekk kien tpoġġa fi kwarantina Dan ħarġulu s-sintomi fl-14 ta' Marzu Peress li fil-ġranet ta' qabel kien mar ix-xogħol sar l-assessjar mal-kollegi tiegħu Ir-riskju għall-pazjenti huwa wieħed minimu Tfajla ta' 23 sena Ħaddiema tas-saħħa Ittieħed ukoll minn ħaddiema oħra tas-saħħa (li rriżultat pożittiv fil-jiem ta' qabel) Fit-13 ta' Marzu ħarġulha s-sintomi Kien identifikata meta sar il-contact tracing u għalhekk kienet tpoġġiet fi kwarantina Sar l-assessjar biex ikun magħruf x'kuntatt kellha mal-kollegi Ir-riskju għall-pazjenti huwa wieħed minimu Ħaddiema oħra tas-saħħa li kienet Għawdex Ħarġulha s-sintomi fl-14 ta' Marzu Meta rriżultat pożittiv kienet Għawdex. Tniżżlet Malta b'ambulanza u bi vjaġġ apposta tal-Gozo Channel Din ma kinitx imsiefra fil-ġranet ta' qabel. Is-sorsi setgħu kienu tnejn: Tgħix ma' persuna oħra, Taljan, li kien imsiefer Kellha wkoll kuntatt ma' ħaddiem ieħor tas-saħħa f'Malta li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 Tifel Malti ta' tliet snin Kellu kuntatt ma' persuna oħra (li rriżultat pożittiva għall-Covid-19 fl-aħħar jiem) Kien identifikat mill-awtoritajiet tas-saħħa Fil-15 ta' Marzu kellu l-ewwel sintomu: deni u rriżulta pożittiv L-iskejjel magħluqa u għalhekk it-tifel ma kellux kuntatt ma' tfal oħra Missier u iben Taljani Familja sħiħa bil-Covid-19. L-Omm irriżultat pożittiv fl-aħħar jiem Il-missier mar Ruma bejn l-1 u l-5 ta' Marzu Il-missier ta' 58 sena u t-tifel ta' 15-il sena ħarġulhom is-sintomi u rriżultaw pożittiv Dawn kienu fi kwarantina u għalhekk ma kellhomx kuntatt Ingliża ta' 59 sena Tgħix Malta Daħlet Mater Dei minħabba xi ksur fil-5 ta' Marzu Fit-13 ta' Marzu bdiet taqta' nifisha. Sarulha t-testijiet u rriżultat pożittiv Is-sors tal-virus għadu mhux ċert Kellha kuntatt żgħir ħafna ma' ħaddiem tas-saħħa li fil-jiem li għaddew irriżulta pożittiv Kienet għadha fi żmien tal-inkubazzjoni u għalhekk setgħet ittieħdet minn barra Mater Dei Il-pazjenta l-oħra li kienet magħha fil-kamra tpoġġiet fi kwarantina Fi kwarantina wkoll il-ħaddiema kollha tas-saħħa li ġew f'kuntatt magħha Is-sala tingħalaq u l-pazjenti l-oħra qed ikunu osservati Maltija ta' 26 sena Siefret l-Ingilterra u waslet lura fit-13 ta' Marzu Kienet fi kwarantina Fl-14 ta' Marzu kellha s-sintomi ta' deni u wġigħ ta' ras. Sar it-test u rriżultat fil-pożittiv Peress li s-sintomi ħarġu ġurnata wara t-titjira, qed isir il-contact tracing tal-passiġġieri li kienu biswit tagħha Raġel ta' 62 sena Ukoll ġie mill-Ingilterra. Kien fuq l-istess titjira mat-tfajla ta' 26 sena Fil-15 ta' Marzu beda bis-sintomi Kien fi kwarantina meta ħarġulu s-sintomi Malti ta' 28 sena Ma kienx imsiefer Fejn jaħdem kien hemm nies oħrajn li kienu msiefra. Kellu kuntatt ma' persuna li kien Sqallija imma dan ma kellu l-ebda sintomi Ma kienx qiegħed imur għax-xogħol wara li żviluppa s-sintomi Malti ta' 52 sena Ma sifirx Lanqas ma kellu kuntatt ma' persuni li siefru jew persuni f'riskju għoli Fl-10 ta' Marzu kellu deni u sogħla u ħareġ pożittiv Jaħdem f'kumpanija privata u bħalissa għaddej il-contact tracing mal-impjegati Is-sors għadu mhux magħruf. Ir-raġel jattendi gym. Jista' jkun li kien hemm xi ħadd infettat fil-gym Anzjan ta' 70 sena L-ewwel anzjan bil-Coronavirus Ħarġulu s-sintomi fid-9 ta' Marzu u tkellem fis-17 ta' Marzu Kellu wġigħ fi ġriżmejn, sogħla u deni Kuntatti ma tantx kellmu Is-sors tal-virus għadu mhux magħruf Żewġ nisa Maltin ta' 26 u 27 sena Kienu l-Ġermanja u l-Polona Waslu minn Berlin fil-11 ta' Marzu Bdew bis-sintomi fid-9 ta' Marzu meta kienu msiefra Kellhom deni, sogħla, qtugħ ta' nifs u ħassewhom għajjiena Daħlu fi kwarantina mill-ewwel Sar contact tracing mal-passiġġiera fuq l-istess titjira Koppja Taljana li għandhom 34 sena Jgħixu u jaħdmu Malta Ma kinux imsiefra Kellhom kuntatt ma' persuna oħra fuq il-post tax- xogħol u li rriżulta pożittiv fil-jiem li għaddew Il-mara bdiet bis-sintomi fit-12 ta' Marzu: għajjiena, sogħla u wġigħ fil-muskoli Ir-raġel beda fit-13 ta' Marzu: uġigħ fil-muskoli Maltija ta' 48 sena Kienet Londra bejn l-1 u s-7 ta' Marzu Fis-17 ta' Marzu bdiet bis-sintomi Kif ġiet lura minn Londra bdiet mill-ewwel bil-kwarantina Tgħix ma' familja ta' erbgħa. Jinsabu fi kwarantina Żewġ pazjenti oħra Mater Dei Wara li Ingliża rriżultat pożittiva waqt li kienet Mater Dei fi ksur saru testijiet fuq pazjenti oħra Żewġ pazjenti oħra jirriżultaw pożittiv għall- Coronavirus Kienu fl-istess sala iżda differenti minn dik tal-Ingliża Dawk li kienu fil-kamra magħhom irriżultaw fin-negattiv Is-sala fejn kienu ngħalqet Il-ħaddiema tas-saħħa kollha jinsabu fi kwarantina Malti ta' 37 sena Ma sifirx Beda bis-sintomi fid-9 ta' Marzu: deni, uġigħ fil-muskoli u sogħla Irriżulta li kellu kuntatt fuq il-post tax-xogħol ma' barrani li kien l-Ingilterra Mhux eskluż lanqas ħa l-virus mill-komunità Qed isir il-contact tracing mal-ħaddiema l-oħra li jaħdmu miegħu Tfajla ta' 26 sena Tiġi minn persuna li kienet irriżultat fil-pożittiv fil-jiem li għaddew Tiġi wkoll mit-tifel ta' tliet snin li wkoll irriżulta pożittiv L-ewwek każ kienet tfajla li siefret il-Belġju Il-pazjenti l-oħra ġew identifikati waqt il-contact tracing Din it-tfajla, għalhekk kienet mill-ewwel fi kwarantina u meta ħarġulha s-sintomi ma kinitx marret ix-xogħol Maltija ta' 56 sena Tiġi minn persuna li kienet irriżultat fil-pożittiv fil-jiem li għaddew Kienet imsiefra Brussell Hija waħda minn grupp (cluster) ta' sitt persuni li kienu ġew identifikati u kollha rriżultaw fil-pożittiv we Malti ta' 29 sena Kien l-Ingilterra bejn it-8 u l-15 ta' Marzu Fil-15 ta' Marzu bdewlu s-sintomi: sogħla, għejja u qtugħ ta' nifs Minn meta wasal Malta, kif titlob il-liġi, mar mill- ewwel fi kwarantina Spanjol ta' 33 sena Residenti u jaħdem Malta Mar Madrid bejn id-29 u d-9 ta' Marzu Fit-12 ta' Marzu beda bid-deni u ħassu għajjien Kien mar ix-xogħol fl-10 ta' Marzu, qabel is-sintomi Xorta sar kuntatt man-nies tax-xogħol anke jekk għalihom ma hemmx periklu Malti ta' 35 sena Mar Brussell u wara lura fil-11 ta' Marzu Ftit wara kellu s-sintomi ta' sogħla u wġigħ ta' ras Kien mill-ewwel fi kwarantina u allura ħadd aktar ma kien espost Malti ta' 64 sena Jiġi minn persuna li rriżultat pożittiv fil-jiem li għaddew Marru l-Ingilterra u ġew lura fit-13 ta' Marzu Is-sintomi ħarġu fis-17 ta' Marzu: Sogħla u wġigħ fi griżmejn Segwa l-liġi u kien mill-ewwel fi kwarantina Għawdxi ta' 69 sena Raġel li fis-16 ta' Marzu beda bis-sintomi: kellu d-deni u għejja La siefer u lanqas kellu kuntatti ma' nies oħrajn infettati Fl-10 ta' Marzu kellu laqgħa ma' ħafna nies; x'aktarx li ħa l-virus minn din il-laqgħa rfMalti ta' 63 sena Mar btala fit-8 ta' Marzu fit-Tramuntana tal-Italja Fl-14 ta' Marzu beda bis-sintomi ta' deni, uġigħ ta' ras u sogħla Meta ħarġet l-ordni tal-kwarantina mandatorja mill-ewwel obda Ma espona lil ħadd għall-virus anke għax jgħix waħdu Malti ta' 45 sena Mar il-Brażil u għadda minn Istanbul Wasal lura fis-17 ta' Marzu Kien ma' persuna oħra u din sarulha t-testijiet għax żviluppat is-sintomi Is-sintomi bdew kif ġie lura eżatt u għalhekk qed isir contact tracing man-nies fuq l-ajruplan Ħaddiema tas-saħħa ta' 49 sena Taħdem fil-privat Fis-17 ta' Marzu kella għejja, deni u wġigħ fil-muskoli Ma kinitx imsiefra u lanqas kellha ma' persuni bis-sintomi Beda l-contact tracing mal-familja u n-nies li jaħdmu magħha Każ ieħor ta' trasmissjoni lokali Maltija ta' 71 sena Is-sieħba ta' każ ieħor kkonfermat Din il-persuna taħdem ukoll mat-turisti Ħaddiema tas-saħħa ta' 36 sena Bdiet bis-sintomi fl-14 ta' Marzu X'aktarx kellha kuntatt ma' ħaddiem tas-saħħa ieħor li rriżulta pożittiv Din kienet fi kwarantina Qed ikun stabbilit ma' min kellha kuntatt, inkluż pazjenti Spanjol ta' 54 sena Jgħix u jaħdem Malta Mar Madrid bejn is-7 u s-17 ta' Marzu Dakinhar stess beda bis-sontomi ta' wġigħ fil-griżmejn u deni Kif ġie mar mill-ewwel fi kwarantina L-uniku nies esposti huma n-nies li kienu miegħu fuq it-titjira Indjan ta' 31 sena Residenti u jaħdem Malta Huwa relatat ma' grupp ta' persuni infettati (jaħdmu flimkien) X'aktarx ittieħed minn fuq il-post tax-xogħol Grupp ta' erba' persuni u tlieta minnhom jaħdmu flimkien Beda bis-sintomi fil-15 ta' Marzu: uġigħ fil-muskoli, griżmejn, deni u sogħla Għalhekk qed isir l-appell għax-xogħol mid-dar fejn possibbli Anzjan ta' 61 sena u martu Beda bis-sintomi fit-13 ta' Marzu Ilbieraħ iddaħħal l-isptar għax is-sintomi baqgħu jiżdiedu Għandu infezzjoni qawwija fiż-żewġ pulmuni, riżultat tal-virus Jaqleb għall-agħar u jiddaħħal fl-ITU Il-mara tiegħu wkoll riżultat pożittiva għall-Covid-19 Dawn iż-żewġ persuni jaħdmu flimkien u fuq il-post tax-xogħol kien hemm persuna li siefret Mara ta' 30 sena Omm it-tifel ta' tliet snin li rriżulta pożittiv fil-jiem li għaddew Tinsab fi stat ta' saħħa tajba Żvillupat is-sintomi fit-18 ta' Marzu: uġigħ fil- griżmejn u nifs misdud B'kollox, f'dan il-grupp ta' persuni hemm tmien persuni infettati u kollox beda minn persuna li kienet siefret Maltija ta' 21 sena Ma kinitx imsiefra iżda qariba waħda waslet mill- Ingilterra fid-9 ta' Marzu Din il-persuna kellha d-deni u kellha kuntatt mill-viċin magħha Il-pazjenta bdiet bid-deni fid-19 ta' Marzu Hija studenta tal-Università iżda peress li din tinsab magħluqa ma attendietx lectures Kellha biss kuntatt ma' persuna li tgħix magħha Somalu ta' 44 sena Jgħix u jaħdem Malta Mar Brussell bejn it-12 u l-15 ta' Marzu Beda bis-sintomi fis-17 ta' Marzu u kellu deni u wġigħ fl-istonku Obda l-ordni tal-kwarantina Kuntatt biss ma' żewġ persuni li jgħixu miegħu Raġel ta' 41 sena Miżżewweġ Maltija u jgħix Malta La siefer u lanqas kellu kuntatt ma' pazjenti pożittivi Beda bis-sintomi fl-15 ta' Marzu: sogħla, qtugħ ta' nifs u għejja Is-sors tal-virus mhux magħruf: każ ta' trasmissjoni lokali Qed isir contact tracing mal-kollegi u dawk li jgħixu miegħu Malti ta 55 sena Ma sifirx u ma kellux lanqas kuntatti ma' persuni bis-sintomi Beda bis-sintomi fl-14 ta' Marzu: deni u wġigħ fil-muskoli Jaħdem ma' kumpanija privata u mar ix-xogħol ġurnata qabel ħarġu s-sintomi Beda l-contact tracing fuq il-post tax-xogħol Maltija ta' 25 sena Tgħix l-Ingilterra iżda ġiet Malta fid-19 ta' Marzu Kellha sintomi ħfief: uġigħ fil-muskoli u għejja Kienet fi kwarantina f'appartament waħedha Xorta qed isir contact tracing tat-titjira Taljana ta' 24 sena Tgħix l-Awstralja u ġiet Malta fl-14 ta' Marzu Bdiet bis-sintomi fid-19 ta' Marzu: Deni u sogħla Obdiet il-kwarantina L-uniku kuntatti kienu l-persuni li kienu fl-istess dar magħha. Jinsabu fi kwarantina Maltija ta' 49 sena Ma sifritx Kellha kuntatt ma' persuna li rriżultat pożittiv fil-jiem li għaddew u li kienet siefret L-awtoritajiet kienu jafu biha bis-saħħa tal-contact tracing Bdiet bis-sintomi fl-10 ta' Marzu: deni, sogħla u wġigħ ta' ras Żewġ persuni jgħixu magħha: jinsabu fi kwarantina Taħdem fi skola iżda l-iskejjel jinsabu magħluqa u għalhekk ma hemmx riskju għat-tfal Indjan ta' 30 sena Jgħix Malta Ma jaħdimx u għalhekk ma hemmx kuntatti ma' nies fuq il-post tax-xogħol Ma sifirx Beda bis-sintomi fit-18 ta' Marzu: Deni, sogħla u wġigħ ta' ras Jgħix ma' persuna oħra li kienet irriżultat pożittiv fil-jiem li għaddew Il-persuni li kienu fil-kumplament tal-post fejn jgħix kienu fi kwarantina Ingliża ta' 68 sena Tgħix Malta Waslet lura fis-16 ta' Marzu Għamlet kwarantina Ma kellha l-ebda kuntatt ieħor Bdiet bis-sintomi fit-18 ta' Marzu: sogħla u deni Ħarsa lejn il-każi ġodda f'Malta fl-aħħar ġimgħa (Mit-Tnejn) Miżuri mħabbra fuq parir tal- Awtoritajiet tas-Saħħa Il-maġġoranza tal-każi jibqgħu importati, jiġifieri relatati ma' safar. Hemm każijiet oħra ta' trasmissjoni lokali li huma relatati mal-istess gruppi. Dawn il-persuni qed ikunu identifikati mill-contact tracing li qed isir meta jfeġġ każ ġdid u għalhekk dawn ikunu mill-ewwel fi kwarantina jew infurmati biex jitkellmu mill-ewwel jekk ikollhom xi sintomi. Qed jiżdiedu wkoll il-każijiet trasmessi fil-komunità. Din il-ġimgħa kien hemm l-ewwel każ f 'Għawdex u l-ewwel każ li fih inqalgħu kumplikazzjonijiet.