Illum previous editions

ILLUM 22 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224117

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 23

22 kotba IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 • illum Noti mal-Fanal ta' David Aloisio Studju kritiku dwar 20 poeżija minn Mal- Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel Fis-sillabu l-ġdid tal-Malti Livell Avvanzat, hemm 20 poeżija ta' Oliver Friggieri mill- antoloġija Mal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel. U għalhekk, fis-sensiela ta' suċċess ta' noti kritiċi ppubblikati mill-Merlin Publishers u miktuba minn David Aloisio, wara Poeżija 3D, Il-Frustier u Ħoloq issa jingħaqad Noti mal-Fanal. Dan l-istudju kritiku mhux biss jgħin lill-istudenti u lil-letturi li qegħdin jistudjaw il-poeżija ta' Oliver Friggieri bi preparazzjoni għall-eżami tal-Malti fil-livell avvanzat imma huwa għodda analitika utli għal kull min irid japprofondixxi l-apprezzament letterarju tal-poeżija ta' dan il- poeta daqstant prominenti fix- xena letterarja Maltija. L-għoxrin poeżija studjati hawnhekk f 'ordni kronoloġika jinsabu miġbura fl-antoloġija Mal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel. Fi kliem l-awtur, David Aloisio, "Dan l-istudju jgħin lill-istudenti billi jipprovdi interpretazzjoni addizzjonali ta' kull poeżija, idealment wara li huma jkunu studjaw il-poeżiji waħedhom jew mal-letturi tagħhom. Imbagħad jitħalla kompletament f 'idejn l-istudenti biex jagħrfu kif jiktbu komponiment letterarju fejn iqabblu b'għaqal il-poeżiji flimkien skont it-tema li dwarha jiġu jitluba jiktbu." L-ewwel taqsima tal-ktieb tintroduċi lill-poeta Friggieri billi tanalizza l-istil partikolari li bih jikteb il-poeżija tiegħu. It-tieni taqsima toffri analizi dettljata ta' kull poeżija, filwaqt li t-tielet taqsima tinkludi eżempji ta' titli tal-komponiment letterarju. Fil-parti konklużiva ta' dan l-istudju kritiku, il-poeżija ta' Friggieri titpoġġa f 'kuntest tal- istorja tal-letteratura Maltija. Hemm ukoll glossarju ta' termini letterarji li jintużaw f 'dan il-ktieb. Noti mal-Fanal għandu jkun għodda essenzjali għal kull student li qed iħejji għall-eżami tal-Malti fil-livell avvanzat. Noti mal-Fanal jinsab għall- bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 March 2020