Illum previous editions

ILLUM 22 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224117

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

24 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 • illum Covid-19 Temminx kulma jingħad! X'inhuma l-fatti u x'inhuma x-xnigħat? Bl-għajnuna tal- informazzjoni disponibbli fuq is-sit li d-Direttorat għas-Saħħa Pubblika u l-Prevenzjoni tal-Mard waqqaf biex il- pubbliku jkun mgħarraf dwar il-Covid-19, il- gazzetta ILLUM tagħmel distinzjoni bejn il-fatti u x-xnigħat dwar il- Coronavirus YENDRICK CIOFFI Il-midja soċjali saret il-pjattaforma li fuqha kulħadd jgħid dak li jfettilu dwar il-Coronavirus u hawn min jemmen din l-informazzjoni, anke jekk kompletament żbaljata, aktar milli jemmen dik l-informazzjoni li ta' kuljum jisħqu dwarha l-awtoritajiet tas-saħħa. F'dinja fejn ix-xnigħat saru fatti u l-fatti sirna nistaqsuhom, il-gazzetta ILLUM se tagħmel distinzjoni ċara bejn il-fatti dwar il-Coronavirus u x-xnigħat li qed iduru fuq il-midja soċjali. L-informazzjoni hija bbażata fuq dik disponibbli fuq is-sit li d-Direttorat għas- Saħħa Pubblika u l-Prevenzjoni tal-Mard waqqaf apposta biex permezz tagħha l-pubbliku jkun mgħarraf tajjeb dwar dan il-virus u hija l-istess informazzjoni li dwarha qed titkellem l-għaqda dinjija għas- saħħa. Informazzjoni falza li ma għandekx temmen jew ixxerred Nibdew bix-xnigħat, jiġifieri l-informazzjoni totalment skorretta u li ma għandha xejn x'taqsam mal-Covid-19: • Il-vaċċin tal-influwenza jista' jipprevjeni l-Covid-19 • Rimedji naturali jistgħu jfejqu l-Coronavirus • Atleti u dawk li jagħmlu ħafna eżerċizzju fiżiku huma immuni għall-Coronavirus • Il-Coronavirus oriġina mis-soppa tal-friefet il-lejl f 'Wuhan fiċ-Ċina • Annimali domestiċi jistgħu jgħinu fit-tixrid tal-Covid-19 • Antibijotiċi jistgħu jfejqu l-Coronavirus Informazzjoni korretta li għandek taqsamha mal-familja u l-ħbieb • Il-Coronavirus u l-influwenza għandhom sintomi simili ħafna. Jekk persuna tħoss is-sintomi iżda ma sifritx f 'post fejn it-trasmissjoni tal-Covid-19 hija qawwija jew inkella ma kellhiex kuntatt dirett ma' persuni li kellhom is-sintomi u rriżultaw pożittiv, x'aktarx li għandha l-influwenza jew riħ komuni. Madanakollu, jekk tħossok ma tiflaħx ibqa' d-dar. Tmurx ix- xogħol u pprova t-temperatura spiss. Evita li tmur fi klinika jew xi spiżerija, iżda ċempel lit-tabib tiegħek jew inkella lid-Direttorat fuq 21324086. Żomm id-distanza mill- persuni li jgħixu miegħek u għatti ħalqek meta tagħtas jew tisgħol u importanti li taħsel idejk ta' spiss. • Il-virus jittieħed jekk persuna jkollha kuntatt dirett fit-tul (minimu ta' 15- il minuta) jew kuntatt viċin ħafna mal-persuna infettata. Ma jfissirx lanqas li jekk missejt ma' persuna infettata se jaqbek il-Covid-19. Madanakollu qtar, bħal ngħidu aħna dak ikkawżat mis-sogħla, l-għatis jew il-kliem jista' jgħin fit-tixrid tal- virus. Dan jista' jmur fil-ħalq jew fl-imnifsejn tal-persuna li tkun fil- viċin. Dan jivvjaġġa għal madwar metru u jsib postu fuq l-uċuħ tal- affarijiet. Għalhekk ipprova żomm distanza ta' mqar metru mill-persuni li huma morda jew li għandhom is- sogħla, b'mod partikolari jekk dawn siefru riċentament. Importanti mmens li taħsel idejk ta' spiss bis- sapun jew inkella b'hand sanitiser. Żomm l-uċuħ, bħal dawk tal- imwejjed, nodfa. Naddaom spiss, speċjalment dawk li jinsabu viċin persuni morda. • Il-Coronaviruses huma familja kbira ta' viruses. Fil-fatt dawk magħrufa bħala MERS (Middle East Respiratory Syndrome) u SARS (Severe Acute Respiratory Syndrome) huma wkoll Coronavirus. Bejn l-2002 u l-2003, is-SARS ħalliet 10% tal-persuni infettati mejta. Sa issa jirriżulta li r-rata ta' mortalità għall-Covid-19 hija bejn 3-4%. • Is-sintomi l-aktar komuni tal- Covid-19 huma d-deni, is-sogħla u l-qtugħ tan-nifs. Is-sintomi x'aktarx li joħorġu bejn jumejn u 14-il ġurnata wara li persuna tkun ġiet infettata. • Għandi nilbes maskla? Il-maskli jgħinu l-aktar lil dawk il-persuni li huma infettati bil-virus biex ma jgħadduhx lil ħaddieħor. Sa issa ma jirriżultax li l-maskli huma effettivi biex jipproteġu lil dawk li mhumiex infettati. • Għandi nilbes ingwanti? Is- Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci kienet ċara u tonda. L-ingwanti jagħtu sens falz ta' protezzjoni. "Jekk taħseb li għax tilbes l-ingwanti, inti sigur, sejjer żbaljat." Fi kliem Gauci, il-ħasil regolari u kif suppost tal-idejn huwa ħafna aktar effettiv mill-użu tal- ingwanti. Fil-fatt saħqet li jekk xi ħadd qed juża l-istess par ingwanti regolarment, daqslikieku mhu qed jilbes xejn għax bihom xorta waħda jista' jxerred il-mard. • Jekk nirċievi pakkett minn barra minn Malta naċċettah? Aċċettah għax ma hemmx problemi, anke jekk ġew miċ-Ċina jew l-Italja. Fil- fatt, mir-riċerka u anke mill-istudji li saru, jirriżulta li l-Coronaviruses ma jgħixux fit-tul fuq oġġetti, bħal ittri jew pakketti. • Tinstema' taċ-ċajt jew tad-daħk iżda fuq il-midja soċjali għad hawn min jistaqsi jekk għandux jiekol jew jordna ikel Ċiniż. Jekk tħobb daqshekk iċ-Ċiniż li ma tistax tgħaddi mingħajru, ma għandekx problemi. Il-Coronavirus mhuwiex trasmess mill-ikel. Għalhekk tista' tiekol Ċiniż kemm trid. Kieku niġu f 'dan, lanqas parmiġġan ma nistgħu nieklu għax kulħadd jaf x'inhi s-sitwazzjoni fl-Italja. Mill-banda l-oħra kulħadd għandu jassigura l-iġene tal-ikel u li dan jissajjar tajjeb. Kif se nipproteġi lili nnifsi u lil dawk ta' madwari? • Evita kuntatt ma' persuni morda, partikolarment dawk bis-sogħla • Aħsel idejk bl-ilma u s-sapun għal 20 sekonda. Tista' taħsel idejk b'diżinfettant tal-idejn regolarment • Għatti mnieħrek u ħalqek b'tissue jew inkella bil-minkeb meta tisgħol jew tagħtas • Tgħatasx f 'idejk għax tista' tikkontamina l-affarijiet jew il- persuni li tmiss • Armi t-tissues li tuża minnufih u tħallihomx jiġru • Evita li tmiss għajnejk, imieħrek u ħalqek qabel taħsel idejk • Żomm distanza ta' metru jew aktar meta tkellem persuna ma tiflaħx

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 March 2020