Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 analiżi illum • IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-ewwel proposta - Il-leave tal-kwarantina għandu jitħallas kollu mill-Gvern Ħarsa: il-Gvern ippropona li jħallas sa €350 għal kull ħaddiem li jkun qiegħed fuq leave ta' kwarantina. Dan kien pass 'il quddiem mill-avviż legali li poġġa r-responsabbilità tal-ħlas kollha fuq min iħaddem. Dan fil-fatt kien qajjem rabja kbira mill-GRTU. L-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA) għadha qed tisħaq illi l-leave huwa benefiċċju li jeħtieġ jitħallas kollu kemm hu mill-Gvern. It-tieni proposta - Il-Gvern għandu jagħmel tajjeb għal 50% tas-salarji, li jiġu capped wara li jkun hemm konsultazzjoni mal-Korpi Kostitwiti, ħalli b'hekk nassiguraw li ma jkunx hawn sensji bla bżonn Ħarsa: fit-tieni pakkett ta' miżuri il- Gvern ħabbar miżura simili imma aħjar, għal dawk li se jintlaqtu minnha. Il-Gvern daħal fi qbil fil-fatt biex biex jagħti €800 kull xahar lil 60,000 ħaddiem, filwaqt li min iħaddem, għalkemm jista' jkun eżenti mid-Dipartiment tar- Relazzjonijiet Industrijali, jagħti €400. Minkejja dan, il-miżura tal-Gvern għadha qed tħalli eluf ta' ħaddiema barra. Il-proposta tal-PN allura hija aktar ġeneruża għax tinkludi anke lil dawk il- ħaddiema li għad għandhom paga sħiħa jew li saħansitra għandhom paga aħjar għax jaħdmu f 'settur fejn il-produzzjoni żdiedet. Wieħed għandu jiem li l-Gvern xtaq li għalissa jgħin li min spiċċa bla xogħol u negozju magħluq bħala prijorità, biex imbagħad jgħin setturi f 'sitwazzonijiet inqas prekarji maż-żmien. Dan f 'xenarju probabbli fejn din is- sitwazzjoni ttul aktar minn xahar. Kollox ma' kollox din hija proposta tajba li jaf tkun ikkunsidrata jekk is- sitwazzjoni ekonomika minħabba l-imxija tal-Covid-19 tiggrava. It-tielet proposta- Il-Gvern għandu jidħol hu mas-settur bankarju, hekk kif diġà nafu li teżisti likwidità kbira fil-banek tagħna, li naslu għal arranġament biex jiġu posposti l-ħlasijiet fuq il-faċilitajiet tas-self Ħarsa: din il-proposta hija tajba ħafna u tagħmel ħafna sens u meta saret mill- PN kien għadu m'għamilhiex il-Gvern. Moratorju tas-self ta' proprjetà tagħti nifs lil min ikun bla paga jew inkella lil min tkun naqsitlu l-paga b'mod drastiku. Huwa importanti li l-Gvern jara wkoll, kemm jista' jkun illi din il-proposta tal-PN tkun imwessa' aktar fejn ikun hemm bżonn. Ir-raba' proposta - Il-Gvern mingħajr dewmien iraħħas b'mod sostanzjali l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma għall-familji u n-negozji b'mod li jkun jirrifletti r-roħs fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt. Ħarsa: politikament il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jibqgħu xi it ta' problema għall- PN hekk kif ħafna jiakru u jfakkru illi meta l-PN kien fil-Gvern għolla l-kontijiet u żammhom hekk, anke meta l-prezz taż- żejt kien raħas xi it. Il-kritika li kien qala' Gvern Nazzjonalista kienet kbira u l-probabbilità hija li din il-kwistjoni tellfitu eluf ta' voti. Minkejja dan u loġikament din il- proposta tagħmel sens. L-ewwel nett żgur illi tkompli tgħin biex tittaffa l-problema ta' spejjeż fuq in-negozji u anke l-familji. It-tieni nett jagħmel sens li ttaffi l-problema f 'dan il-mument għaliex minħabba li kulħadd qed jibqa' d-dar, dan ifisser illi l-użu tad-dawl u l-ilma, speċjalment f 'każ ta' familji, se jkun qed jiżdied. U fl-aħħar nett jagħmel sens għaliex il-prezz taż-żejt niżel bil-qawwi u allura dan għandu jkun rifless fil-kont meta u kif possibbli. Il-ħames proposta - Il-Gvern għandu jikkunsidra bis-serjetà l-proposti li sitt kmamar tal-aħbarijiet diġà ressqu lill-Prim Ministru fosthom li jingħataw eżenzjoni mit-taxxa jew almenu ikun hemm tnaqqis fit-taxxa. Il-Gvern għandu jikkontribwixxi lejn is-salarji tal-ġurnalisti li xogħolhom f 'dawn iz-żminijiet qiegħed jiffoka primarjament fuq il-kriżi bl-imxija tal-COVID-19. Ħarsa: dawn iż-żewġ proposti magħqudin f 'waħda jagħmlu ħafna sens u sakemm kien qed jinkiteb dan l-artiklu ma kinux għadhom ġew milqugħa. Il-kmamar tal-aħbarijiet - fiċ-ċentru ta' bumbardament ta' gideb, aħbarijiet foloz u suppożizzjonijiet - flimkien mal- awtoritajiet qed ikunu mezz affidabbli ta' komunikazzjoni u ta' twassil tal-messaġġ. Dan apparti li l-kmamar tal-aħbarijiet iħaddmu għexieren ta' nies. Dawn qalgħu daqqa madornali hekk kif kważi kull għajn ta' dħul permezz ta' riklamar ixxotta u allura kompla jiggrava marġini, ġeneralment żgħir jekk mhux ineżistenti, ta' profitt. Dan qed jhedded impjiegi, filwaqt li numru oħrajn ġew itterminati jew inkella ħaddiema jintbagħtu d-dar bil/bla ħlas ta' leave. Huwa komendabbli li l-PN fil-fatt ħareġ b'dawn il-proposti ħafna qabel mal-Gvern se jħabbar xi forma ta' għajnuna. Is-sitt proposta - Minħabba li hemm studenti li kienu għadhom ma spiċċawx is-sillabu kollu jagħmel iżjed sens li jitressqu d-dati tal-eżamijiet bi ftit xhur bit-tama li s-sitwazzjoni tiġi lura għan- normal mill-iktar fis u jonqsu l-istress u l-ansjetà Ħarsa: apparti li se tkun problema loġistika s-sitwazzjoni tal-preżent għandha titħalla tgħaddi qabel jittieħdu deċiżjonijiet u jsiru eżamijiet. Naturalment din il-kwistjoni kollha se tkun tefgħet lis-sistema tal-edukazzjoni lura diversi ġimgħat. Is-seba' proposta - Dawk il-priġunieri li waslu biex jispiċċaw is-sentenza tagħhom, ikompluha fuq house arrest billi tintuża teknoloġija biex dan ikun assigurat. Dan biex jonqos l-iffullar. Jekk, kif qal id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, fil-ħabs hemm 200 ċella b'aktar minn priġunier wieħed, dan - filwaqt li jinhiem f 'ċirkostanzi normali - bħalissa jista' jkun ta' periklu u riskju fuq saħħet il-priġunieri. Din il-proposta l-Gvern ma wettaqhiex u jekk iwettaqha jeħtieġ jara li jkun hemm it-teknoloġija u l-apparat meħtieġ biex kull persuna ssegwi l-house arrest. Jekk issir b'dixxiplina u b'serjetà din taf ttaffi mill-piż tal-ħabs. CORONAVIRUS ANALIŻI TA' SEBA' PROPOSTI TAL-PN Il-PN bħalissa qed jagħmel diversi proposti. Din il-gazzetta tħares lejn seba' minnhom u tevalwa fil-qosor jekk jagħmlux sens u jekk il-Gvern huwiex qed jagħmel xi ħaġa dwarhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020