Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films illum • IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 Carmel Bonnici Il-films mużikali ta' Rodgers u Hammerstein Il-kollaborazzjoni feliċi bejn il- kompożitur Richard Rodgers u l-liriċist Oscar Hammerstein II bdiet fl-1943 u ntemmet fl- 1959. Flimkien dan kien l-aktar duo innovattiv u influwenti tat-teatru mużikali Amerikan. Flimkien, ikkreaw sensiela ta' kanzunetti popolari fuq il-palk ta' Broadway bejn is- snin erbgħin u sittin li ġiet ikkunsidrata bħala "s-snin tad-deheb tat-teatru mużikali fl-Amerika". Meta x-xogħlijiet tagħhom ġew addattati għaċ- ċinema, il-poplu xorta waħda rrisponda b'ħerqa kbira. Dawn it-tnejn kisbu wkoll suċċess fl- 1957 b'Cinderella, proġett għat- televiżjoni. Richard Rodgers twieled nhar it-28 ta' Ġunju 1902 fi New York City. Hu ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-universitajiet ta' Columbia u Juillard. Dan il-kompożitur u kreatur ta' ħafna reċti mużikali, kemm għall-palk u kemm għall- films, beda l-karriera tiegħu b'kollaborazzjoni ma' Lorenz Hart, liriċist. Iżda meta dan sar alkoħoliku, Rodgers talab lil Oscar Hammerstein II fl-1943 jekk dan għandux pjaċir jaħdem miegħu. L-ewwel kanzunetta tiegħu tkantat fuq il-palk meta kellu biss 17-il sena u sena wara sar l-ewwel xogħol mużikali tiegħu fuq Broadway. Hu pproduċa ħafna mix- xogħlijiet tiegħu stess u wara l-mewt ta' Hammerstein anki inkariga ruħu mil-liriċi. Fil- film Main Street To Broadway (1953) għamel dehra personali fih. Il-film Words And Music (1946) kien jittratta l-istorja tal- assoċjazzjoni tiegħu ma' Lorenz Hart, b'Tom Drake jaħdem il- parti tiegħu u Mickey Rooney dik ta' Hart. Richard Rodgers miet nhar it-30 ta' Diċembru 1979 fl-għomor ta' 77 sena. Oscar Hammerstein II. Dan il-liriċist li wkoll iggradwa mill- Università ta' Columbia u għamel sena jaħdem f 'uffiċċju tal-liġi, twieled fi New York City nhar it- 12 ta' Lulju 1895. Bis-saħħa ta' zijuh, Arthur Hammerstein, produttur tar- reċti, applika għal xogħol fit- teatru. Hu kiteb il-libretti u l-liriċi ta' ħafna xogħlijiet mużikali ta' Broadway u wara kkollabora ma' Jerome Kern u George Gershwin u kompożituri oħrajn. Ir-reċti mużikali bikrin tiegħu ta' fuq il-palk ta' Broadway, Rose Marie, Sunny, Show Boat u New Moon, fis-snin sussegwenti nħadmu wkoll għal fuq il-liżar ċinematografiku. Il-kollaborazzjoni tiegħu ma' Richard Rodgers, waħda twila u speċjalment produttiva rriżultat f 'ħafna reċti u films mużikali ta' suċċess. L-aktar kanzunetta rinomata li kiteb hi Ol' Man River minn Show Boat. Hammerstein rebaħ Oscars għall-kanzunetta e Last Time I Saw Paris mill-film Lady Be Good (1941) u It Might as Well be Spring minn State Fair. Bħal sieħbu, kellu wkoll dehra personali f 'Main Street to Broadway (1953). Hu miet fl-età ta' 65 sena nhar it-23 ta' Awwissu 1960. Is-sħubija tagħhom ipproduċiet dawn il-verżjonijiet ċinematografiċi: State Fair. (1946) Dirett minn Walter Lang, bl-atturi Jeanne Crain, Dana Andrews u Viviane Blaine. Xogħol mużikali li jinteressa dwar l-avventuri ta' familja fil-Fiera Statali ta' Iowa bil-kanzunetta, It Might as Well be Spring tirbaħ l-Academy Award Dan il-film inħadem l-ewwel darba fl-1933 u fl-1962 bil-kantant Pat Boone. Oklahoma! (1955) Dirett minn Fred Zinneman u jaħdmu Gordon McRae, Shirley Jones, Rod Steiger u Gloria Grahame. Verżjoni ddettaljata tal-mużikali ta' Broadway tal-1943, mimlija kanzunetti dejjem popolari. Film li jieħu fit-tul, b'ingredjenti fini u kanzunetti sbieħ bħal e Surrey with the Fringe On Top, Oh What A Beautiful Mornin', People Will Say We're in Love u dik tat-titlu. Carousel. (1956) Dirett minn Henry King, bl-atturi Gordon McRae, Shirley Jones u Cameron Mitchell. Ibbażat minn fuq ir- reċta ta' Ferenc Molnar, Lilliom, McRae jkun wieħed li jgħajjat biex jattira n-nies f 'post ta' divertiment u jipprova jbiddel ħajtu meta isir iħobb lil Jones Film b'atmosfera oskura ta' traġedja. Kanzunetti memorabbli huma June Is Bustin' Out All Over, If I Loved You u You'll Never Walk Alone (l-innu ta' Liverpool F.C.). Bħala Lilliom inħadet fl-1930 u 1934 rispettivament. e King and I. (1956) Dirett minn Walter Lang u jaħdmu Yul Brynner, Deborah Kerr u Rita Moreno. Adazzjoni eċċellenti tax-xogħol ta' Broadway ta' Rogers u Hammerstein, ibbażat minn fuq il-film (mhux mużikali) Anna and e King of Siam. Kerr, għalliema armla Ingliża tivvjaġġa lejn l-Orjent biex teduka lil ħafna tfal tar-Re ta' Siam (illum it- Tajlandja). L-akbar sfida għaliha hi meta tisfida lil dan ir-Re stinat ibiddel il-manjieri primittivi tiegħu. Brynner, li kien diġà ħadem din il-parti fuq Broadway meritatament rebaħ l-Oscar, waqt li l-film ingħata 4 oħra. Kanzunetti allegri kienu, Hello Young Lovers, Shall We Dance u Getting To Know You. South Pacific. (1958) Dirett minn Joshua Logan, bl-atturi Rossano Brazzi, Mitzi Gaynor, Juanita Hall u John Kerr. Din il-verżjoni ċinematografika ħarġet inferjuri sewwa għax- xogħol ta' Broadway ta' Rogers u Hammerstein, ibbażat minn fuq il-ħajja ta' waħda mill-gżejjer tal-Paċifiku tas-Sud waqt it-Tieni Gwerra Dinjija min-novella ta' James Michener. Xorta mżejjen b'kanzunetti sbieħ bħal Some Enchanted Evening, Bali Hai', ere Is Nothing Like A Dame, eċċ. Flower Drum Song. (1961) Dirett minn Henry Koster u jidhru Nancy Kwan, James Shigeta u Juanita Hall. Forsi l-inqas popolari mill-films mużikali kollha ta' dawn iż- żewġ mużiċisti għalkemm fuq il-palk kellu suċċess notevoli. Kanzunetti mhux daqshekk tal-widna, koreografija tajba, dwar il-problemi tas-Sindku ta' Chinatown ta' San Francisco. e Sound of Music. (1965) Dirett minn Robert Wise bl-atturi Julie Andrews, Christopher Plummer u Eleanor Parker. Blockbuster mill-aqwa dwar il-veru familja Von Trapp ta' kantanti Awstrijaċi li jaħarbu minn pajjiżhom u mill-ħakma tan-Nazi fl-1938. Sa żmienu kien l-aktar film li rawh nies! Miżgħud kanzunetti tal-widna mill-aqwa, xenarju panoramiku u veduti tal-Alpi, rebbieħ ta' 5 Oscars, fosthom dak għall-Aqwa Film. Xi kanzunetti allegri u sbieħ huma Do-Re-Mi, My Favourite ings, Edelweiss u dik tat-titlu. Tant rawh nies (kien hemm minn rah 'il fuq minn 20 darba) li daħħal kważi 300 miljun dollaru, somma fenominali għal dak iż- żmien. e Sound of Music salva lill-Kumpanija 20th Century Fox minn falliment wara d-disfatta ta' Cleopatra (1963). B'hekk, Rodgers u Hammerstein taw kontribuzzjoni siewja liċ-ċinema b'dawn il-films li għadhom popolari sal-preżent permezz tad-DVD u Blu-Ray. Richard Rogers (xellug) u Oscar Hammerstein (lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020