Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226901
19 editorjal Nippremjaw lil min ħallas mhux min evada I llum fil-faċċata ta' quddiem ta' din il-gazzetta qed nippubblikaw ċifra, pjuttost allarmanti, ta' biljuni li baqgħu qatt m'għaddew għand il-Gvern. Biljuni ta' flus li l-Gvern qata' qalbu li se jiġbor issa. Ikun hemm min għax miet, min għax falla, imma jkun hemm ukoll min ma ħallasx jew min iddikjara dħul li ma jirri-flettix il-verità. Kollox ma' kollox €1.1 biljun għadhom ma tħallsux f 'taxxi u bolla u €2.7 biljun qatt ma tħallsu f 'VAT. Minn dawn €95 miljun huma self employed, però €223 miljun huma arretrati ta' kumpaniji u min iħaddem. Mis-snin ta' meta kellna sistema tat-taxxa fejn toqgħod timla l-formola int - jekk intix ħaddiem jew tħaddem - il-Gvern għadu ma ġabarx it in-qas minn €600 miljun. Imbagħad hawn min kważi min jeħodha bi kbira għax ma tantx hawn min jagħti kas politiku li jrekken xi ħaġa għalih jew ma jħallasx it-taxxi dovuti. Imma dak mhux l-argument bħalissa. L-argument huwa li f 'ġieħ il-ġustizzja soċjali u dak li huwa sew, nittamaw illi dawk il-kumpaniji li ilhom snin ma jħallsux bolla u taxxa u forsi anke VAT, ma ngħatawx xi skoss għajnuna mill- Gvern u diferiment ta' aktar bolla. Tagħti differiment lil min mhux qed iħallsek? U allura tajjeb li l-Gvern jara illi meta qed jagħti għajnuna mhux qed jagħtiha lil min ilu 'jabbuża' mill-qagħda tiegħu ta' saħħa ekonomika biex ma jħallasx dak li huwa dovut! Inkella jekk ngħinu lil min ma ħallasx sehmu għall-pajjiż, imma ma ngħinux lil min ħallas inkunu qed nagħmlu travestija tal-ġustizzja soċjali u disservizz lejn min dejjem ħallas dak li kellu jħallas lill-Gvern, jiġi-fieri l-onest. Mhux komfort tal-kuxjenza li l-Gvern xorta jrid jagħmel tajjeb għal dan il-biljun u aktar f 'bolla, billi xorta jħallasha hu. Kull ċenteżmu li għandu jmur fi ħlas għall-pajjiż għandu jitħallas, in-kella serq istituzzjonalizzat ikun dan! Id-dinja qaltilna biex nagħmlu l-wisa' ħalli tfieq Kemm hu importanti li nisimgħu mill-awtoritajiet! Kemm hu im-portanti li nimu illi l-Awtoritajiet tas-Saħħa mhux biss jafu x'inhuma jgħidu, imma fil-fehma tagħna qed jagħmlu biċċa xo-għol tajba ħafna, qed ikunu kawti u qed jieħdu l-miżuri li hemm bżonn jittieħdu biex dan il-virus ma jkomplix jixtered u jilħaq numri kbar. L-aħħar appell huwa biex dawk kollha 'l fuq minn 65 sena, dawk kollha morda, li għandhom problemi tal-qalb jew inkella li kellhom kanċer u kimoterapija, kif ukoll dawk li għandhom iz-zokkor u jridu l-insulina u nisa tqal, fost oħrajn, qed ikunu mitlu-bin jibqgħu d-dar. Din hija miżura bla dubju ta' xejn iebsa ħafna u li se twassal għal ammont ta' tbatija psikoloġika. Jeħtieġ iżda wieħed jiem li din il-miżura qiegħda ssir biex kemm jista' jkun il-marda tinfirex in-qas. F'dan il-punt, minkejja li hija l-agħar u l-aħħar miżura, xenarju ta' lockdown totali lanqas jibqa' jidher daqstant ta' impossib- bilità. Il-prijorità bħalissa, mhux biss ta' Malta, imma tad-dinja kollha hija illi kemm jista' jkun malajr din il-pandemija li ħakmet lill- pajjiżi kollha u li waqgħet bħal seħta fuqna tintrefa' u tispiċċa. Dan huwa test għall-umanità li ntalab - u bil-goff - biex jagħti l-ġenb lill-pjaneta tagħna ħalli titnaddaf, tissewwa u terġa' tieħu dak in-nifs li r-rgħiba u sistema politika kapitalista u mater-jalista, bdiet toħnoq. Is-sagrifiċċji li se jkollna nagħmlu fiż- żmien li ġej - ikkumparati biss mill-akbar sagrifiċċji li batiet id-dinja fi gwerer - se jagħtu l-frott xi darba. U meta jagħtu l-frott se nimu aħjar kemm is-sagrifiċċju ta' bħalissa huwa bżonjuż. illum • 29 TA' MARZU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham