Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231014

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 opinjoni IL-ĦADD 5 TA' APRIL 2020 • illum Id f'Id OWEN BONNICI HUWA L-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL Owen Bonnici G ħaddejjin minn żminijiet straor- dinarji bħala pajjiż bħal ma huma straordinarji wkoll għall-kum- plament tad-dinja. L-imxija tal-COVID-19 biddlet ħafna minn dawk l-affarijiet li għal kulħadd kienu affarijiet ordinarji, komuni u li ngħaddu minnhom mingħajr wisq ħsieb. Imma dawn iċ-ċirkostanzi, minkejja li ngħiduha kif inhi, m'humiex sbieħ, madankollu qed joħroġ minnhom ukoll it- tajjeb. Anki fis-settur tal-Edukazzjoni. Hekk kif feġġet il-coronavirus kif hija misjuba b'mod komuni, fil-Ministeru tal-Edukazzjoni skattat ħidma intensiva fuq kull livell biex wasslet għal pjani komprensivi ħalli nipproteġu lill-istudent, hu min hu, qiegħed f 'liema livell qiegħed fis-sena skolastika tiegħu, hekk hux Primarja, Sekondarja, Post-Sekondarja jew Terzjarja. Mill-Kindergarten sal-Università. Din il-ħidma hija mifruxa fuq diversi aspetti. Fuq quddiem il-ħidma biex naraw li l-istudenti jkomplu għaddejjin bl-istudji tagħhom fiċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom. L-għeluq tal-Iskejjel u Stituzzjonijiet Edukattivi qatgħu ħesrem it-tagħlim bil- mod tradizzjonali kif ilna nafuh snin kbar. Imma dan ma qatgħax qalb dawk kollha nvoluti f 'kull Dipartiment, Kulleġġ jew Stituzzjoni biex iħarsu lejn metodi alternattivi ta' tagħlim. L-istudent m'għandux ikun hu l-vittma tas-sitwazzjoni miġjuba mill-coronavirus – imma fl-istess waqt ridna nieħdu l-passi biex nipproteġu saħħtu, saħħet l-għeżież tiegħu u saħħet l-edukaturi kollha. Imma kulħadd intefa' b'ruħu u ġismu u mill-ewwel it jiem bdejna mall-ewwel nibgħatu l-materjal skolastiku lill-istudenti ta' kull sena skolastika. L-edukaturi ħarġu mit-tagħlim tradizzjonali u qed narawhom ta' kuljum għaddejjin permezz tat-teknoloġija moderna, jibgħatu materjal, jirċevuħ lura, jikkoreġu – insomma għaddejjin bil-ħajja skolastika tagħhom imma mid-djar u mgħejuna f 'kull mument mid-Dipartimenti konċernati fil-Ministeru għall-Edukazzjoni. Għall-ġenituri hija wkoll sfida. Daqskemm hija sfida għall-għeżież uliedna l-istudenti. Imma nieħu gost nara li l-isfida ttieħdet mill-edukaturi, l-ġenituri u l-istudenti. Ridt nagħti l-apprezzament tiegħi għal dan ix-xogħol kollu li sar. Diġa b'mod privat tajt ir-ringrazzjamenti tiegħi mhux lanqas lis-setturi kollha li flimkien huma l-istakeholders fil-qasam edukattiv. Imma xtaqt b'mod forsi simboliku nagħmel ringrazzjament permezz ta' it żjarat. Propju l-Ġimgħa żort l-MCAST fejn segwejt xi lezzjonijiet li kienu qed isiru online bejn l-istudenti u l-edukatur mid- djar tagħhom wara l-għeluq temporanju tal-iskejjel. L-Erbgħa żort l-Università u wkoll segwejt waħda mil-lezzjonijiet li qed isiru onlajn. Fil-ljiem ta' qabel żort skejjel u stituzzjonijiet oħrajn. U dak li rajt huwa xhieda li dan iż-żmien li qed ngħixu fih bħalissa, huwa ż-żmien fejn l-edukaturi tagħna qed juru xi tfisser bil-fatti li tħobb lill-istudenti tagħna. It- tagħlim online ser jibqa' għaddej u nkomplu nħeġġu lit-tfal biex jissoktaw bit-tagħlim tagħhom għaliex aħna bħala Gvern ninsabu kommessi li nagħmlu l-aħjar għażliet li jikkontribwixxu favur l-edukazzjoni ta' uliedna u ulied uliedna. Qed nilqa' bis-sħiħ l-impenn, id- dedikazzjoni u x-xogħol iebes li qed jintwerew minn mijiet ta' edukaturi biex jipprovdu materjal edukattiv lill-istudenti tagħhom bl-użu ta' mezzi onlajn. Intenni li dawn l-aħħar jiem urew il-professjonalità qawwija u l-impenn ta' edukaturi fi żminijiet ta' sfida bħal dawn. Inkompli nħeġġeġ lill-edukaturi biex ikomplu b'dan il-proċess ta' tagħlim onlajn għall-istudenti tagħhom. Kif ktibt aktar 'l fuq, l-appoġġ tagħna ma jieqafx. U għalhekk infakkar li l-edukaturi jistgħu jitolbu appoġġ direttament permezz tal-iskejjel tagħhom jew permezz tas-sit web u tal-linji telefoniċi għall-għajnuna https: // digitalliteracy.skola.edu.mt/. Ma nistax nieqaf nirringrazzja b'mod sinċier lill-edukaturi kollha għall-mod eżemplari li qed juru waqt l-isfida ta' din is-sitwazzjoni bla preċedent. U wkoll nesprimi l-apprezzament tiegħi lill-istaff tal-IT li tant qed jagħtu sapport biex isir dan it-tagħlim diġitali kif ukoll lill-ħaddiema tal-manutenzjoni u tat-tindif li tant qed jaħdmu biex ilestu l-iskejjel għal meta l-istudenti u l-edukaturi jidħlu lura. U wkoll infakkar li repożitorju tar-riżorsi edukattivi jinsab disponibbli fuq www. curriculum.gov.mt u qed jiġi aġġornat kontinwament. Mhux se nżomm lura milli nirrepeti kemm huwa importanti l-qari. Il-qari huwa bżonnjuż mhux biss għal skopijiet ta' edukazzjoni tal-klassi biex niehmu, imma wkoll il-qari jgħinek tiaħ oriżżonti ġodda f 'kull aspett. Lill-istudenti sinċerament nixtieq li jieħdu l-qari bis-serjetà. Jaqraw mhux biss il-kotba tal-iskola u b'hekk iservihom ta' reviżjoni, imma anki kull ktieb kemm bil-Malti u wkoll bl-Ingliż li jkollu suġġett li jinteresahom. B'hekk ikunu qed jieħdu gost jaqraw suġġett favorit tagħhom, imma fl-istess ħin ikunu qed iwessgħu l-għarfien tagħhom, il-vokabolarju u wkoll l-interessi tagħhom. * * * Fenominu ieħor li qed naraw jispikka ferm aktar mis-soltu f 'dawn iż-żminijiet huwa dak li kulħadd qed jinsa' litteralment dak li s-soltu nargumentaw fuqu fil-ħajja ta' kuljum u kulħadd jinsab id f 'id – imma min metru 'l bogħod – biex jgħin kif jista'. Qed nara studenti tal-Università li qed jagħtu sehem sħiħ fejn hemm bżonn. Naf li qed jagħmlu xogħol kbir l-istudenti tad- Dipartiment tal-Farmaċija u wkoll oħrajn. Imma anki fuq livell ieħor. Skejjel tal-Istat ingħaqdu flimkien mal- Malta Enterprise biex jappoġġjaw il-proġett ta' Invent 3D fil-produzzjoni ta' COVID-19 protecitve visors bl-użu ta' 3D printers biex ikun assigurat li l-ħaddiema li qegħdin fuq quddiem nett fl-imxija ta' COVID-19 fl-isptar Mater Dei ikollhom din il-parti importanti bħala parti mill-ilbies protettiv li huwa neċessarju f 'dawn iċ-ċirkustanzi. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni mall-ewwel offra l-għajnuna. Ġbarna dawn il-printers kollha li kienu mxerrda mal-iskejjel u li għalissa mhux qed jintużaw. Tfajnihom fl- iskola ta' Ħaż-Żabbar u qed iservu ta' mitqlu deheb għall-produzzjoni ta' dawn il-maskli, li qed jieħu ħsiehom David Sciberras sid il- kumpanija Invent 3D. Flimkien, se noħorġu minn din is- sitwazzjoni. U se nagħmlu dan bl-unuri kollha.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020