Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231095

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 opinjoni Lejn normal differenti L -imxija tal-coronavirus għadha fl-istadji bikrija tagħha. In-numri ta' dawk identifikati bħala infetta- ti, s'issa, s-servizzi tas-saħħa qed ilaħħqu magħhom. Nittamaw li l-affarijiet jibqgħu hekk, anke jekk in-numri inevita- bilment ser jiżdiedu. Dan ser ikun jidde- pendi fuq diversi fatturi, ewlieni fosthom li lkoll kemm aħna qed nosservaw dak li jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa biex b'hekk tonqos il-possibilità li l-virus ikun trasmess fuq skala kbira. Bla dubju, l-mistoqsija fuq fomm kulħadd hi: kemm ser jgħaddi żmien biex il-pajjiż jirkupra minn dan kollu? F'waħda mill-intervisti li tiegħu, l-Prim Ministru Robert Abela indika li l-kriżi tal-coronavirus tista' twassal sal- bidu tas-sajf. Jista' jkun, iżda, li din iddum ferm iktar: possibilment anke sa tnax-il xahar ieħor! Il-medja internazzjonali qed tispekula dwar jekk il-firxa tal- coronavirus tonqosx fis-sajf biex imbagħad tirritorna iktar tard bħall- influwenza "normali" li tkun magħna kull sena. Il-possibilità tat-tieni mewġa tal-coronavirus m'għandiex tkun injorata, għax, jekk dan iseħħ jista' jkollha impatti konsiderevoli fuq dak li jkun baqa'! Meta ser niġu lura għan-normal? Il-ħajja f 'Malta ser tirritorna għal dak li mdorrijin bih jew ser nieħdu l-opportunità biex nibnu normal ġdid u differenti? Il-pajjiż jeħtieġlu ż-żmien biex jerġa' jiġi fuq saqajh, ħafna iktar minn kemm hu meħtieġ biex ikun eliminat il- coronavirus minn fostna. Iż-żmien ta' stennija nistgħu nagħmlu użu tajjeb minnu billi nibdew nippjanaw bis- serjetà dwar kif ser nibnu mill-ġdid ir-reputazzjoni tal-pajjiż. Huwa iktar diffiċli li nibnu r-reputazzjoni tal-pajjiż milli nsewwu l-ħsara kkawżata mill-firxa tal- coronavirus. Reċentement ġew ippubblikati żewġ dokumenti bi proposti li jistgħu jkunu ta' għajnuna kbira f 'din il-ħidma li hi tant meħtieġa. L-ewwel dokument ippubblikat huwa dokument konsultattiv li ippubblika xi ġimgħat ilu l-Kummissarju għall- iStandards fil-Ħajja Pubblika. Dan hu intitolat: Towards the Regulation of Lobbying in Malta. It-tieni dokument huwa intitolat Review of the Ethical Framework guiding public employees u kien pubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika iktar kmieni din il-ġimgħa. Hi ħasra li, safejn naf jiena, ma teżisti l-ebda verżjoni bil- Malti ta' dawn id-dokumenti. Dan ukoll hu nuqqas amministrattiv li għandu jkun rimedjat. Il-Malti hu lsienna u proposti ta' din ix-xorta jeħtieġ li jkunu ppubblikati bil-Malti ukoll. Fid-dokument konsultattiv tiegħu l-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika jargumenta favur it-trasparenza permezz tar-regolamentazzjoni tal- lobbying, materja li s'issa hi nieqsa mill- liġijiet tagħna. Hu biss permezz ta' transparenza rigoruża tal-proċess politiku li nistgħu nassiguraw il-kontabilità u allura l-iskrutinju pubbliku tal-formazzjoni ta' proposti politiċi kif ukoll tal-proċess tat- teħid ta' deċiżjonijiet. Ilkoll konxji li sakemm il-lobbying ma' jkunx regolat, dan ser jibqa' sors ewlieni tal-kontaminazzjoni tal-proċess politiku. Meta nirregolaw il-lobbying, min-naħa l-oħra, nistgħu jkollna proċess politiku infurmat u allura nkunu qed nikkontribwixxu b'mod effettiv għall- kontabilità. Fit-tieni dokument, l-Awditur Ġenerali jeżamina r-regoli dwar l-imġieba etika li huma mifruxa fl-Att dwar l- Amministrazzjoni Publika, fil-Kodiċi tal-Etika u fil-Kodiċi dwar it-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku li flimkien jirregolaw il-mod kif jopera is- servizz pubbliku. L-Awditur Ġenerali ġustament josserva, illi, meta tqis il-kontenut ta' dawn it-tlett dokumenti flimkien jirriżulta li hemm nuqqas ta' ċarezza, liema nuqqas joħloq l-inċertezza, u b'hekk tkun imnaqqsa l-effettività tagħhom. Huwa jemfasizza illi r-regoli huma ultimament effettivi skond kemm huma kapaċi jwasslu għal azzjoni konkreta. Jiġifieri r-regoli għandu jkollhom il- kapaċita li jittraduċu l-prinċipji f 'azzjoni reali. Permezz tal-proposti tagħhom il- Kummissarju għall-iStandards fil- Ħajja Pubblika u l-Awditur Ġenerali qed iwasslu messaġġ għat-tisħieħ tal-pedamenti tal-amministrazzjoni pubblika. Bħala riżultat ta' dan, jista' jkun possibli li nibnu "normal ġdid" u differenti minn dak li drajna bih sal-lum. Normal fejn il-governanza tajba ma tkunx iktar eċċezzjoni imma tkun l-imġieba normali li nistennew mingħand dawk fil-ħajja pubblika u fl- amministrazzjoni pubblika għas-servizz tal-pajjiż. Il-waqfien tal-pajjiż ħtija tal-mixja tal-coronavirus hi ukoll opportunità għal riflessjoni tant meħtieġa. Huwa l-waqt li l-paroli kollu dwar governanza tajba nittrasformawh f 'azzjoni konkreta. Il-pajjiż għandu bżonn ta' normal ġdid, ta' normal differenti minn dak imdorrijin bih. IL-ĦADD 5 TA' APRIL 2020 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Il-waqfien tal-pajjiż ħtija tal-mixja tal-coronavirus hi ukoll opportunità għal riflessjoni tant meħtieġa. Huwa l-waqt li l-paroli kollu dwar governanza tajba nittrasformawh f'azzjoni konkreta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020