Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231095

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' APRIL 2020 • illum Xi membri tal-Kabinett mhuma qed jaqblu assolutament xejn mad- deċiżjoni tal-Ornis li proponiet li jinfetaħ l-istaġun tal-kaċċa minn din il-ġimgħa - f 'dak li hu mifhum li huwa l-eqqel tal-kriżi tal-coronavirus, f 'Malta u madwar id-dinja. Sorsi qrib il-Gvern li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi għalkemm wieħed jifhem li din hija deċiżjoni tal-Ornis, il-Gvern għandu jieħu pożizzjoni kontriha u ma jiftaħx l-istaġun. "Mela sewwa qed ngħidu lil kulħadd biex joqgħod ġewwa, waqqafna kollox u waqqafna l-passatempi ta' kulħadd, imma lill-kaċċaturi se nħalluhom joħorġu? Ma tagħmilx sens!" qal wieħed mis-sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta. Dan huwa sentiment ta' wħud mill-membri tal-kabinett għalkemm huwa mifhum li hija l-fehma ta' minoranza żgħira - bil-maġġoranza sa issa jidhru li huma tal-fehma li l-istaġun għandu jiftaħ. "Jekk għandna l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom ikunu huma li jiddeċiedu x'għandu jsir u x'mgħandux. U l-Ministru tas-Saħħa għandu jkollu s-saħħa li jgħid iva jew le, f 'dawn il- każijiet." Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata illi saret diskussjoni dwar dan is-suġġett fil-Kabinett, għalkemm sa issa għad ma kienx hemm stqarrija uffiċjali u pubblika mill-Gvern dwar din il- materja - jiġifieri jekk il-Gvern jaqbilx jew le mal-proposta tal-Ornis. Sakemm kien qed jinkiteb dan l-artiklu l-PM wkoll għadu ma kkumentax. L-ILLUM rrimarkat mas-sorsi tagħha illi l-kaċċa ssir fl-għelieqi u fil-kampanja mhux qalb in- nies, bis-sors qrib il-Gvern jisħaq illi b'dak l-argument messu kulħadd jitħalla jmur fil- kampanja wkoll mill-10 ta' April. Din il-proposta, f 'dan il- mument partikolari ġabet ir-rabja mhux biss ta' 11-il għaqda ambjentali jew kulturali mmexxijin mill-Birdlife, imma wkoll dubji dwar kemm se jkun possibbli li l-Unit tal-Pulizija tal-Infurzar (ALE) - li bħalissa qed jieħu ħsieb l-infurzar tar- regolamenti tal-Covid-19 - ilaħħqu. Fil-fatt hija l-ALE li normalment tieħu ħsieb l-infurzar waqt l-istaġun tal- kaċċa. Il-Birdlife qalet illi dan se jfisser li l-masskaru tal-għasafar u l-illegalitajiet se jkunu ħafna ikbar minn normal. B'kollox huma dawn l-għaqdiet li qed jopponu l-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa din is-sena: Birdlife Malta, Nature Trust- FEE Malta, Friends of the Earth Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA), Greenhouse Malta, Moviment Graffitti, Bicycle Advocacy Group, Din l-Art Ħelwa, Futur Ambjent Wieħed, Animal Liberation Malta u Ramblers' Assocation of Malta. Minoranza żgħira tal-Kabinett mhix komda bil-ftuħ tal-istaġun tal- kaċċa fl-eqqel tal- kriżi u t-tixrid tal-coronavirus - l-istaġun suppost se jiftaħ nhar il-Ġimgħa l-Kbira Skumdità fil-kabinett ukoll għall-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa f'nofs l-imxija tal-coronavirus

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020