Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231095

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 analiżi IL-ĦADD 5 TA' APRIL 2020 • illum YENDRICK CIOFFI Il-coronavirus ħa ras kulħadd u xi it jew wisq nessiena affarijiet oħra li normalment ninkwetaw fuqhom bħal, ngħidu aħna, l-kriminalità, anke għax il-perċezzjoni fost ħafna hija li kull ma jmur, din qed tiżdied. Madanakollu, ir-rapport dwar il- kriminalità f 'Malta għas-sena 2019 wera li għal darb'oħra r-reati kriminali f 'Malta naqsu bi 2.1% biex hekk, fuq perjodu ta' tliet snin, il- kriminalità f 'Malta naqset b'xejn inqas minn 10%. F'dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn il-punti l-aktar importanti u interessanti ta' dan ir-rapport li jipprepara kull sena l-Professur Saviour Formosa. Punt partikolari li dwaru jinsisti ħafna l-Professur Formosa huwa l-fatt li minkejja li l-popolazzjoni kompliet tikber u magħhom żdied ukoll l-għadd tat-turisti, il-kriminalità mhux qed tiżdied kif wieħed jistenna li jiġri. Fil-fatt, għal sena oħra, ir-rapport jisħaq li suppost, meta wieħed iqis dawn il-fatturi, iż-żieda fil-kriminalità f 'Malta suppost li qed tiżdied b'1,500 każ kull sena, xi ħaġa li ma ġratx. Skont ir-rapport, iż-żieda fil- popolazzjoni, li issa tmiss l-494,000 persuna kellha tfisser madwar 1,700 vittma aktar fl- 2019, filwaqt li ż-żieda fit-turisti wkoll kellha żżid il-vittmi bi 3,900 meta wieħed iqabbel l-2019 mal-2018. Madanakollu dan ma seħħx. Tant u hekk li meta wieħed iqis dawn il- fatturi, bejn Maltin u barranin, wieħed kien jistenna madwar 21,189 reat jew vittma, għax ngħiduha kif inhi, kull reat, ifisser vittma. Minkejja dan, kif se naraw aktar 'il quddiem, l-għadd ta' rapporti matul is-sena li għaddiet kien ta' 15,589. Iż-żieda fil-popolazzjoni waslet ukoll biex ir-rata ta' kriminalità f 'Malta naqset minn 42 reat għal kull 1,000 persuna, għal 32 reat għal kull 1,000, biex hekk Malta baqgħet wieħed mill-aktar pajjiżi siguri biex tgħix fihom. Fil-fatt, fejn tidħol ir-rata ta' kriminalità, Malta tinsab sew taħt il-medja tal-Unjoni Ewropea fejn jidħlu r-reati l-aktar serji bħal dawk marbuta ma' serq mid-djar, id-droga, l-omiċidju, l-istupru, l-offiżi sesswali u oħrajn. Is-serq huwa l-uniku kategorija li fiha Malta taqbeż il-medja tal-Unjoni Ewropea u dan huwa riżultat tal-pickpocketing li fl- aħħar snin sploda f 'Malta anke jekk għal sena oħra, tul l-2019, ir-reati marbuta mal- pickpocketing naqsu b'29% biex issa reġa' jinsab fl-istess livell li kien fih fl-2012 qabel beda jiżdied sena wara l-oħra. Tant u hekk li mill-2016 'l hawn, ir-reati marbuta mal-pickpocketing naqsu b'66.5%. Apparti minn hekk, għal sena oħra, ir- rapport wera wkoll kif il-kriminalità f 'Malta qed tinbidel biex issa r-reati finanzjarji, it it, qed jiżdiedu, u dan ifisser li l-pajjiż, inkluż il- Korp tal-Pulizija, irid jinvesti aktar biex jilqa' għalihom u jiżdiedu wkoll il-kampanji ta' edukazzjoni, inkluż fl-iskejjel. Is-serq, il-ħsara, il-vjolenza domestika, il-ġrieħi fuq persuni u l-frodi jagħmlu bejniethom 87.5% tar-reati rrapporti kollha matul is-sena li għaddiet. Dan ifisser li anke jekk ir-rata ta' kriminalità naqset, ma jfissirx li ma hemmx xi jsir. Jekk nieħdu l-vjolenza domestika biss, l-għadd ta' rapporti għadu kbir. Serq: Jonqos mill-ġdid il-pickpocketing iżda jisplodi s-serq mill-vetturi Matul l-2019, is-serq ammonta għal 42.5% tar-rapporti kollha li daħlu għand il-Pulizija, żieda ta' 103 każi fuq is-sena ta' qabel. Iż-żieda kienet irreġistrata minkejja t-tnaqqis ta' 330 każ ta' pickpocketing, reat li sa it ilu kien qed jiddomina s-serq f 'Malta. Matul is-sena li għaddiet, il-Pulizija rċeviet 819-il rapport dwar pickpocketing, tnaqqis sostanzjali meta wieħed iqis li s-sena ta' qabel kien hemm b'kollox 1,149- il persuna li sfaw vittma ta' dan ir-reat. Ta' min ifakkar li fl-2017, il-pickpocketing kien jammonta għal 12.5% tar-reati kollha mwettqa. Tant hu hekk li f 'Novembru tal-2017, il-gazzetta ILLUM kienet irrapportat li l-għassa ta' Tas- Sliema kienet qed tirċievi mal-10 rapporti kuljum ta' pickpocketing. M a d a n a k o l l u jidher li kien hemm ċaqlieqa m i l l - pi ckp o cke t i ng għal reat ieħor li sploda fl-aħħar sena, jiġifieri s-serq mill-vetturi hekk kif b'kollox, tul l-2019 kienu rrapportati 513-il każ jew inkella żieda ta' 66% meta wieħed iqabbel mas-sena 2018. Fejn jidħol is-serq, kien hemm żieda ta' reati fi 18-il sotto-kategorija u tnaqqis fi 30. Apparti s-serq mill-vetturi, żdied ukoll is-serq mis-siti ta' kostruzzjoni (38%) u anke mid-djar (4%). Is-serq mir-residenzi żdied b'24 każ biex is-sena li għaddiet il-Pulizija ħadmet fuq 647 rapport. Matul l-2019 irriżulta li kien hemm żieda wkoll ta' serq mill-fabbriki mill-impjegati, mill-knejjes, u mill-ħwienet, fost oħrajn. Fejn l-aktar kien hemm serq mill- karozzi? Mir-rapport jirriżulta li s-serq mill- karozzi kien komuni l-aktar f 'Ta' Xbiex, il- Marsa, il-Furjana u l-Pieta. Ta' min wieħed jinnota u dan jagħmlu wkoll ir-rapport, li dawn huma l-lokalitajiet li jipprovdu l-aktar faċilitajiet ta' parkeġġ, bħal ngħidu aħna l-Park and Ride u anke attivitajiet oħra marbuta mat-trasport. Il-każi ta' vjolenza domestika għadhom ħafna! Qatt mhu biżżejjed biex nitkellmu dwar il-vjolenza domestika u jsiru kemm isiru kampanji dejjem se jibqa' jkun hemm vittmi li ma jitkellmux għax jibżgħu. Ir-rapport dwar ir-reati kriminali għall-2019 wera li f 'sena t-tnaqqis fejn tidħol il-vjolenza domestika kien wieħed minimu u kważi kważi insinifikanti hekk kif naqas biss minn 1,341 każ fl-2018 għal 1,326 każ is-sena li għaddiet, ammont li għadu għoli ħafna. Anke jekk kull numru inqas ifisser vittma inqas u allura pass 'il quddiem, ma għandnix għaliex inserrħu rasna. Ngħiduha kif inhi, 1,326 vittma mhux ċajta. Fil-fatt, jirriżulta li dak magħruf bħala 'stalking' jiġifieri meta persuna ssegwi l-passi ta' ħaddieħor kemm fiżikament, imma anke permezz tal-mezzi soċjali u dawk ta' kommunikazzjoni, fost oħrajn, żdied b'xejn inqas minn 61% f 'sena waħda biss. Irriżulta wkoll li kien hemm żieda ta' 3% fejn tidħol il-ħsara psikoloġika, li tħalli impatt negattiv fuq il-persuna daqskemm meta persuna terfa' idejha fuq ħaddieħor, jekk mhux aktar ukoll. M i r - r a p p o r t i li daħlu għand il-Pulizija kien hemm ukoll żieda ta' 4% f 'dawk il-każi fejn persuna użat il- forza fiżika fuq oħra u kkawżatilha ġrieħi gravi. Minn fejn l-aktar daħlu rapporti marbuta mal-vjolenza domestika? Ħafna mir-rapporti marbuta mal- vjolenza domestika waslu għand il-Pulizija minn persuni li joqogħdu f 'Ħal Kirkop, il- Furjana, l-Isla, Bormla u Santa Luċija. Qed insemmu dawn il-lokalitajet mhux biex nittimbrawhom jew inpoġġuhom f 'dell ikrah iżda għax dawn il-fatti huma importanti meta wieħed jiġi biex jimplimenta miżuri ta' prekawzjoni, fosthom bħall-introduzzjoni tal- community policing fl-ibliet u l-irħula. Community Policing ifisser li f 'kull lokalità jkollok numru ta' pulizija 24 siegħa kuljum, liema grupp ta' pulizija jkunu dejjem l-istess u għalhekk ikunu familjari mal-lokalità u anke r-residenti. Għall-ħames sena jiżdiedu l-offiżi sesswali u jonqsu drastikament ir-reati dwar droga Ir-reati marbuta ma' offiżi sesswali żdiedu wkoll b'21% jew b'25 każ fuq is- sena li għaddiet. Fil-fatt, mill-2015 'l hawn, dawn ir-reati żdiedu sena fuq l-oħra. Kategorija ta' reati li rat tnaqqis sostanzjali ta' rapporti, kienet dik marbuta mad-droga, x'aktarx riżultat ukoll tat- tnaqqis tad-droga fil-ħabs. Fil-fatt, ir-rapporti dwar abbuż mid- droga naqsu b'54%, jiġifieri 189 każ inqas mis-sena li għaddiet. Dan it-tnaqqis segwa L-KAROZZA ATTENT FEJN TĦALLI Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn ir-rapport dwar il-kriminalità għas-sena 2018. Liema reati żdiedu? Liema naqsu? Min kienu l-vittmi? Il- kriminalità qed tiżdied jew qed tonqos?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020