Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231095

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 analiżi IL-ĦADD 29 TA' APRIL 2020 • illum Aħna nittestjaw għall-virus... u l-virus MARIA BROWN F'ċertu aspetti l-istil ta' ħajja li ħafna qed jgħixu bħalissa jfakkarni fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet. Kienet iktar komuni li nieklu mid-dar u li nieklu flimkien; li nqattgħu ħin konsiderevoli d-dar u li l-ħarġa – dejjem jekk tista' ssir - tkun f 'post arjuż bħal fil-kampanja jew imqar dawra bil-karozza. It-televiżjoni - u ċertu xandiriet aktar minn oħrajn kienu jkunu 'highlight' tul il-ġurnata. Dak iż-żmien kien hawn inqas flus fl-idejn, inqas għażliet fis-suq, inqas globalizzazzjoni u inqas multikulturaliżmu. B'hekk l-istili ta' ħajja kienu iktar komparabbli minħabba limitazzjonjiet ta' riżorsi – eżempju, ma kienx jeżisti l-AirBnB u minn darek stess tista' tiġġenera l-introjtu billi tikri l-kamra ta' fuq. Ċertu riżorsi kienu jeżistu imma l-aċċessibilità għalihom kienet limitat għal uħud, bħal eżempju s-safar qabel ma feġġu l-linji tal-ajru 'low cost' jew li wieħed jixtri ħwejjeġ jew aġġeġġi teknoloġiċi minn barra minn Malta. Illum il-limitu mhux lir- riżorsa ma teżistix, imma l-aċċess għaliha limitat. Dan jista' jiskatta mekkaniżmi ta' 'bulk buying', kif rajna ċertu imġiba li tixhed paniku soċjali fis-'supermarkets'. F'dan il- kuntest il-kelma 'paniku' ma tfissirx neċessarjament isteriżmu; iżda interruzzjoni jew bidla drastika tar-rutina ta' kif wieħed imdorri jġib ruħu f 'sitwazzjoijiet ta' kuljum. Mekkaniżmu ieħor li ġa qed naraw jiskatta huwa li wieħed jerġa' jivvinta lilu nnifsu u r-rwoli li jaqdi, in-negozju jew ix-xogħol li jagħmel, l-ispazji li juża fid-dar, il-ħin mal-familja u r-relazzjonijiet. Kif jgħid l-Ingliż 'necessity is the mother of invention' u riħ (f 'dan il-każ virus!) ta' siegħa jnaddaf il- qiegħa li f 'ċirkostanzi normali kienet tieħu snin, deċennji jew sekli biex tinqala'. Għalhekk fil-midja u l-midja soċjali qed naraw il-kreattività ħierġa f 'oqsma differenti: • Fin-negozju hemm min qaleb għad-'deliveries', introduċa jew saħħaħ il-faċilità li tixtri 'online'; • Fl-impjiegi kellna nikkapitalizzaw fuq 'telework' u infrastruttura teknoloġika b'mod bla preċedent; • It-teknoloġija u l-kreattività spikkaw ukoll fid- djar, fejn il-familji qed jaraw kif jehdew, kif xorta jżommu kuntatt mal-għeżież li ma jgħixux taħt l-istess saqaf; kif jidħku daħka, kif jipprattikaw twemmin reliġjuż jew iżommu 'fit', kif jibqgħu parti minn soċjetà. Il-familja nukleari Jekk wieħed jiffoka fuq il- familji, il-familja nukleari, jiġifieri adult jew tnejn u, f 'każ ta' wlied, it-tfal tagħhom li jgħixu taħt l-istess saqaf għadejja minn test partikolari. Jekk il-bilanċ bejn xogħol u ħajja ('work-life balance') kien ta' sfida għall-ħafna qabel l-imxijja tal-COVID-19, issa jaf l-isfida mmoltipplikat għax dan il-bilanċ bejn xogħol u ħajja qed jipprova jintlaħaq fl-istess spazju. Dan ukoll għax ħafna mir- residenzi ċkienu u bitħa, ġnien u bejt saru lussu. Il-familji ħa jsiru aktar nukleari għax l-indipendenza minn qraba jew oħrajn li kienu jiffaċilitawhom fix-xogħol tad- dar u l-kura tat-tfal jew l-anzjani. Għaldaqstant, il-familja nukleari ħa jkollha trawwem u ssaħħaħ ħiliet bħal djalogu, empatija, tolleranza, djalogu, resiljenza, effiċenza u parteċipazzjoni iktar ekwa ta' diviżjoni tax-xogħol ('division of labour') li tista' tinvolvi kontribut aktar ugwali mill-adulti, kif ukoll parteċipazzjoni akbar mit-tfal. Interessanti li dwar dan nistgħu nitgħallmu ħafna minn djalogu (virtwali għalissa) ma' familji immigranti li jgħixu Malta għax jinvolvu ħafna familji nukleari bit-tfal li m'għandhomx qraba jgħixu Malta li jistgħu jiddependu fuqhom! Dan li qed nispjega jaf ukoll iżid ħafna stress fuq min huwa mpjegat u għandu negozju. Min Kriżi COVID-19: Reġġajna l-arloġġ lura jew tfajnieh snin 'il quddiem ? Is-Soċjologa Maria Brown tanalizza... Jekk il-bilanċ bejn xogħol u ħajja ('work-life balance') kien ta' sfida għall-ħafna qabel l-imxijja tal-COVID-19, issa jaf l-isfida mmoltipplikat għax dan il-bilanċ bejn xogħol u ħajja qed jipprova jintlaħaq fl-istess spazju.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020