Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234800

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 rakkont Dakinhar li qomt U aħt għajnejja. Riħa ta' pirmli kienet donnha ħierġa minn kull xaqq tal-fili kollha li kellha l-kamra. Il-ħoss ta' xi tabella mkissra żżaqżaq hemm barra bir-riħ kienet donnha ilha f 'widnejja, imma kien propju dak il-mument li kienet qabdet tagħtini fastidju. Ippruvajt inqum. Ħarist madwari. Kamra bajda. Tieqa arjuża. Purtieri rqaq iperpru mar-riħ. Fejn kont qiegħed? Ġismi kien qed juġagħni u qajla stajt niċċaqlaq. Imbagħad ħarist lejn il-magni mitfijin li kien hemm maġenbi. Ġesu ħniena? Dan x'post................? Imbagħad akart. Ġejt illuminat minn dak kollu li kien ġrali. Minn dak kollu li kien ġara. Madwari Minni. Pandemija. Corona virus. Mard. Nies imutu. Oħrajn ifiequ. Kont għedt............... Kont għedt li lili ma kinitx ser taqbadni. Hekk kont ħsibt. Imma kont sejjer żball. Kuntatt ta' it mumenti. Għadu nviżibbli. Għadu qerriedi li kien beda miċ-Ċina. U beda għaddej kollox qisu film minn quddiem għajnejja! Sogħla. Qtugħ ta' nifs. Deni. U dak il-ħin, stirajt saqajja kif stajt. Kont għadni bil-papoċċ f 'saqajja. U bil- qalziet li kont dħalt bih hawn. Imma ma stajtx niakar eżatt kif dħalt. Donnu kelli ħofra f 'moħħi li kienet qiegħda ttellifni parti mill-memorja. Imma issa donnu ma kelli xejn. L-ewwel ħsieb. Idi ma' moħħi. Ma kienx jaħraq. Ma kellix deni! Kont fiqt! Kont fiqt! U niżżilt saqajja mal-art u bdejt insejjaħ lil xi nfermier biex jiġi jkellimni it. Stennejt it. Ittawwalt mill-ħġieġa mdelka tal-kamra. Il-kuritur. Baħħ. Vojt. U iva, stajt noħroġ jien u nkellimhom. Hekk jew hekk kont liebes kollox kif suppost. Ma tgħidx li kont b'xi ġagaga tal-isptar. U ħriġt barra fil-kuritur. Il-bieb jingħalaq warajja ta' kamarti, ħasadni. U dak il-ħin indunajt. Silenzju. Ma kontx qed nisma' passi kif suppost. Lanqas ilħna. Xejn. Riħa ta' mediċina biss Il-bqija kollox kien baħħ. "Hawn xi ħadd?" bdejt insejħilhom. Iżda għalkemm kont qed nistenna xi ras tittawwalli minn x'imkien u tagħtini xi ħjiel ta' ħajja, ma rajt lil ħadd u ma smajt xejn. U malli wasalt fil-kamra tal-pazjenti dik biswit tiegħi, ittawwalt. Vojta. Sodda mifruxa. Xugaman fuq il-friex. Kemmixt moħħi u mxejt sal-ewwel apertura li sibt. Bank abjad tal-injam. Vojt. Ebda nfermier. It-telefon deher maqlugħ minn postu, imdendel mill-wajer. Bdejt inħoss dehxa nieżla minn ma' ġismi. Ma kien hawn ħadd? Kieku stajt dak il-ħin, kont nitlaq niġri. Kont immur nara jekk stajtx insib lil xi ħadd. U mxejt. Kuritur ieħor. Uffiċju. Bibien miuħin. Ebda sinjal ta' ħajja. "Ġesu tiegħi............" bdejt inhewden waħdi. "Tgħidlix.............?" Tgħidlix li kien miet kulħadd? Bil-pandemija? Dik il-qaħba pandemija li kienet ħallietna żmien twil ġewwa! U akart fiha. F'Jeanelle. Tgħid kienet inkwetat għalija? Tgħid kienet taf li jiena kont marid? Nispera li ma kontx infettajtha! Jeanelle kienet tbati b'kundizzjoni! Allaħares! Imma hi kienet tgħix miegħi. Miegħi d-dar. U la kont imradt jien............ "Le.........allaħares!" bdejt inhewden waħdi. Imbagħad wasalt lejn il-bieb il-kbir ta' barra tal-ħġieġ kbir. Id-dawl ta' ġurnata sabiħa sajfija kien dieħel minn hemm barra. Għal ġo dan l-isptar vojt. Kif ma kien hawn ħadd? Ma kontx iltqajt ma ruħ! Sinjal li anke t-tim mediku kien sar jibża minn dil-pandemija! U jaf telqu kollha lejn id-dar. Għamilt idi ma' wiċċi. Kelli wiċċi kien għadu qed jaħraqni bil-pajp li donnu kelli mwaħħal miegħu xi it qabel. Imma issa billi kont fiqt, kienu neħħewhuli x'aktarx qabel telqu kollha lejn id-dar. Tbissimt. Ma naħsibx li kelli għalfejn. Imma malli sibt ruħi hemm barra, malli ħriġt fix-xemx, ħassejtni bniedem ieħor. Tajt l-aħħar titwila 'l ġewwa lejn il-kurituri vojta tal-isptar u donni għal mument wieħed rajthom kollha. Infermiera għaddejjin jaħdmu bla waqfien. Passi. Għajjat u diskors li kien jingħad biex jitrankwilla lil pazjenti. Ir-roti tal- istreċers iżaqżqu xi it hekk kif wieħed kien jimbuttahom 'il ġewwa. U tlaqt. Il-ħsibijiet kienu bdew idejquni. U hemm barra. Kien għadu kollox l-istess. Anzi agħar. Toroq vojta. Lanqas karozza waħda. Lanqas ruħ. Karti ta' xi gazzetti mqattgħin kienu qegħdin itiru mar-riħ fietel, minjaf minn fejn kienu ġejjin. Bdejt nimxi fuq saqajn mhux daqshekk kostanti għax kienu donnhom ibbiesu xi it. Tgħid kemm kont ilni hemm? Biżżejjed biex sibt sptar vojt. Biżżejjed biex sibt toroq silenzjużi aktar mill-isptar. Ħadd. Lanqas ruħ. Ħwienet magħluqin! Ħadd ma kien miuħ! Donnha d-dinja kienet marret għall-agħar! U ħaffi. Għaġġilt kif stajt. Kelli it bogħod. Iżda ridt nasal. Ridt immur id-dar. Tgħid................tgħid Jeanelle? Jeanelle kienet ħajti! Allaħares ma kinitx hemm, hi wkoll! U bla ma naf kif, wara li kont qtajt qalbi li nasal kemm-il darba, rajtha! Id-dar! Id-dar tagħna! U ġrejtha sal-bieb! Iva, ġrejtha! U wasalt. Ħabbatt. Xejn silenzju. Qalbi bdiet tħabbat b'mod abnormali u bdejt nieħu n-nifsijiet minn ħalqi. "Jeanelle?" bdejt ngħajjat b'ħanġra daqsxiex. Silenzju. Qalbi għamlet tikk! Anke Jeanelle kienet telqet magħhom! U akart. Iċ-ċavetta żejda li konna nħallu taħt il- vażun fil-kantuniera tal-parapett. Ħaffi. Għollejt il-vażun u sibtha. Ftaħt f 'nifs wieħed. U aħt. Riħa ta' moffa. U rajt l-għamara bit-trab. Fejn kienet? Fejn kien kulħadd? U dak il-ħin rajt lil xi ħadd iħares lejja minn wara t-tieqa tal-ġnien. "Jeanelle?" sejjaħtilha. Ħariġli d-dmugħ. Bdejt nibki. Ma stajtx nikkontrollah. Ġiet tiġri lejja mill-bieb tal-ġnien u qabdet tgħannaqni. "Jeannelle, fejn hu kulħadd?" staqsejtha b'leħen imqit. Donni ridt inkun naf iżda fl- istess ħin qisni bżajt. "Ejja miegħi," qaltli. Ħaditli idi f 'tagħha. Donnha riedet turini xi ħaġa li ma setgħetx tfehmni. U mxejna tul it-triq. Wasalna quddiem ir-rixtellu. U rajthom. Kien hemm xi nies miġburin, kollha mbiegħdin minn xulxin. U huma fin-nofs. Ċioe' aħna. Jiena u Jeanelle. Żewġ twiebet maġenb xulxin. Talba qasira. Difna ta' malajr. Kien propju dakinhar li qomt. Kien propju dakinhar li ndunajt li kont mitt. Iva, jiena kont vittma. Vittma tal-pandemija. Il-Covid-19. IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 • illum Sharon Calleja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020