Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234800

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 illum • IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 analizi Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali 12 ta' April 2020 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 PRE – AVVIŻ (Miżura 3.2) Miżura 3.2– 'Appoġġ għal attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni imwettqa minn gruppi ta' prodotturi fi swieq lokali' Id-Direttur Ġenerali tad-diviżjoni tal-Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari Għall-Fondi Ewropej jħabbar li ser tiġi varata l-ewwel sejħa tal-miżura 3.2 taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta. L-applikazzjonijiet ser jiftħu fit-13 ta' April 2020 u jdumu miftuħa sakemm ikunu utilizzati il-fondi allokati taħt din il-miżura jew sat-30 ta' Ottubru 2020 (sakemm ma jkunx ikkomunikat mod ieħor mill-Awtorita` ta' Ġestjoni. Il-Miżura 3.2 'Appoġġ għal attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni imwettqa minn gruppi ta' prodotturi fi swieq lokali' għandha l-għan li toffri għajnuna lill-attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni ta' marki ta' kwalita` kemm dawk lokali kif ukoll dawk stabbiliti mill-Unjoni Ewropea. Gruppi ta' Prodotturi, Organizzazzjonijiet ta' Produtturi, organizzazzjonijiet interprofessjonali jew tipi oħra ta' gruppi ta' entitajiet legali huma eliġibbli għal din l-għajnuna taħt din il-miżura. Il-benefiċjarji ser jirċievu sa massimu ta' 70% tat-total tal-ispejjeż eliġibbli taħt il-proġett. Aktar dettalji dwar il-proċess ta' applikazzjoni ser jiġu ppubblikati dalwaqt fuq is-siti web tal-Awtorità ta' ġestjoni www.eufunds.gov.mt u www.eufundsmalta.gov.mt. Għal aktar informazzjoni, tista' tikkuntatja l- Awtorità ta' Ġestjoni fuq rdd.mfea@gov.mt jew 2200 1108. AVVIŻ (Mizura 3.1) Mizura 3.1 – Appoġġ għall-parteċipazzjoni ġdida fi Skemi ta' Kwalità L-awtorità ta' Ġestjoni tħabbar li l-aħħar lott ta' applikazzjonijiet taħt Miżura 3.1 se jkun irċevut sat-12 ta' Ġunju 2020. Sakemm ma jkunx imħabbar mod ieħor, mhux se jiġu milqugħa applikazzjonijiet wara din id- data. X'inhuma l-aħħar appelli ta' Charmaine Gauci? Toħorġux jekk mhux għal affarijiet neċessarji; Fejn possibbli aħdmu mid-dar L-appell biex kulħadd jibqa' d-dar huwa l-aktar appell importanti u l-aktar appell li ttenni s-Supretendent tas-Saħħa. X'jiswa li tilbes l-ingwanti, il-maskri, taħsel idejk ta' spiss iżda l-ħin kollu tiġri barra u tiltaqa' man-nies? Issa l-maġġoranza tal-każi huma dawk ta' trasmissjoni lokali u allura, fi kliem Gauci, hemm riskju li meta toħroġ tiltaqa' ma' xi ħadd li jkun infettat bil-virus u tkun espost għalih. Minkejja kollox, minkejja l-appelli, għad hawn min għadu qed jinjora dan l-appell. "Naraw x'nistgħu nagħmlu mid-dar stess. Ingawdu l-familja u nevitaw li mmorru f 'postijiet fejn hemm numru ta' nies," saħqet Gauci. Dan l-appell jgħodd għal kulħadd, iżda b'mod partikolari għall-anzjani u l-persuni vulnerabbli bħan-nisa tqal jew persuni b'mard kroniku fost oħrajn. Lil dawn, Charmaine Gauci tappellalhom ħafna biex jibqgħu d-dar u lil min jgħix magħhom u anke l-kumplament tal-poplu, biex joħorġu biss għall-bżonn. Fil-fatt, tappella diversi drabi biex min jista', jaħdem mid-dar waqt li tħeġġeġ lil min iħaddem biex fejn possibbli, jippermetti li dan iseħħ. Meta tarmi l-ingwanti u l-maskri aħseb f 'ħaddieħor Ma għandekx tarmi l-ingwanti u anke l-maskri kif ġie ġie. Is-Supretendent Gauci spjegat kif jista' jkun hemm skart domestiku li jkun ikkontaminat bil-virus. Waħda mir-raġunijiet hija l-fatt li ħafna mill-pazjenti tal- Covid-19 qed jinżammu d-dar. Peress li l-virus jista' jdum "jgħix" fuq oġġetti madwar 24 siegħa u "anke aktar," meta wieħed jiġi biex jarmi l-maskri u l-ingwanti, b'mod partikolari dawk il-persuni pożittivi għall-coronavirus, ma għandhomx jagħmlu dan mill-ewwel. L-aħjar metodu jkun li dawn il-persuni jżommu l-maskri u l-ingwanti minn tal-inqas għal tlett ijiem u mbagħad jarmuhom f 'żewġ boroż biex hekk jonqos ir-riskju tat-tixrid, inkluż għal dawk il-persuni li jiġbru l-iskart. Isserraħx rasek għax ilbist l-ingwanti! Mhux biżżejjed ... aħsel idejk Tara ħafna persuni li qed imorru jagħmu x-xirjiet lebsin l-ingwanti. L-ingwanti mhux ħżiena iżda wieħed ma għandux iserraħ rasu għax sempliċiment liebes l-ingwanti. Fil-fatt, fi kliem is-Supretendent tas-Saħħa, l-ingwanti jistgħu jagħtu sens falz ta' sigurtà. Jekk persuna tkun bl-ingwanti, tmiss xi mkien, bħal xi wiċċ tal-mejda, fejn poġġa l-virus u mbagħad tmiss wiċċha, xorta waħda hemm riskju li tittieħed. Għalhekk, importanti aktar li persuna ma tmissx wiċċha u taħsel idejha ta' spiss. "Jekk tuża l-ingwanti l-ħin kollu, qisek qed tuża idejk. Jekk qed tmiss wiċċ infettat u tmiss wiċċek jew lil ħaddieħor, xorta tista' tikkontamina. L-ingwanti ġieli jagħtu sens falz ta' sigurtà. Importanti li taħsel idejk regolari bl-ilma jew inkella bil-hand sanitizers," spjegat Gauci. Tiħux riskju lanqas meta tagħmel ix-xirja Fl-aħħar jiem, il-Professur Gauci fakkret li l-Covid-19 huwa virus li jgħix fil-bniedem u meta joħroġ mill- bniedem jista' jdum 'ħaj' bejn 24 u 72 siegħa. Fil-fatt, jekk persuna infettata tagħtas jew tisol u qtar jaqa' fuq l-uċuh tal-affarijiet, dan faċilment jista' jiġi f 'kuntatt ma' idejn persuni oħra. Għalhekk li meta kienet mistoqsija mill-ġurnalisti, Charmaine Gauci appellat biex meta wieħed jagħmel ix- xirja tiegħu, anke biex iserraħ rasu, ma għandux ipoġġi l-affarijiet mill-ewwel fil-kċina. Hemm żewġ metodi li wieħed jista' jagħmel: jew iħalliha fil-ġenb (ovvjament oġġetti li jmorrux) u tiddaħħal fil- cupboards wara tlett ijiem jew inkella jimsaħ il-prodotti kollha bl-ilma u s-sapun qabel jiddaħħlu f 'posthom.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020