Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240938

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 27

02 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta National Pharmacy, Ħamrun Drugshop Dispensary, Qormi The Local Dispensary, Birkirkara St. Luke Pharmacy, Pietà St. Julians Pharmacy, San Ġiljan Mrabat Pharmacy, Sliema Medica Pharmacy, Balzan Sgħajtar Pharmacy, Mosta Brown's Pharmacy, Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Milia's Pharmacy, Birgu St. Peter Pharmacy, Żabbar Britannia Pharmacy, Birżebbuġa Pasteur Pharmacy, Safi The Bypass Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Azzopardi Pharmacy, Victoria, Gozo Nadur Pharmacy, Nadur, Gozo 9:00AM – 12:00PM MIA Airport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 4 li jsir Punent forza 4 għal 5 Baħar Moderat li jsir ħafif għal moderat Imbatt Baxx mill-Majjistral L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita possibilment bir- ragħad Viżibilità Tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent Majjistru forza 3 għal 4 li jsir Majjistral forza 4 Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Ħamest irġiel arrestati wara li esportaw żewġ opri tal-baħar lejn il-Libja mingħajr permess Investigazzjonijiet twal u intensivi mill-Iskwadra tal-Pulizija ta' Kontra t-Terroriżmu, wasslu għall- arrest ta' numru ta' Maltin li allegatament kissru is-sanzzjonijiet li hemm imposti fuq il-Libja mill- Unjoni Ewropea. L-investigazzjonijiet bdew wara li l-Pulizija Maltija kellha informazzjoni li kumpanija reġistrata Malta, allegatament, esportat żewġ opri tal-baħar lejn il-Libja mingħajr l-awtoriżżazzjoni tal-awtoritajiet Maltin. Mill-istħarriġ li sar irriżulta li dan seħħ qrib Ġunju tas-sena l-oħra, wara li sar kuntratt kummerċjali bejn kumpanija Maltija u kumpanija oħra fl-Emirati Għarab Magħquda. Il- kumpanija Maltija bagħtet l-imsemmija opri lejn il-Libja biex jintużaw għall-evakwazzjoni f 'każ ta' emerġenza fil-Libja tal-ħaddiema tal-kumpanija tal-Emirati Għarab Magħquda. Is-Supretendent George Cremona, responsabbli mill-Iskwadra tal-Pulizija ta' Kontra t-Terroriżmu qal li "f 'dan il-każ partikolari, l-investigazzjoni prinċipali kienet fuq il-ksur ta' sanzzjonijiet fuq il- Libja, però b'enfasi speċifika fuq possibilment ħasil ta' flus. Għaldaqstant qabel ma bdew il-proċeduri tal-Qorti, intalbet dik li tissejjah 'attachment order' li ġiet approvata mill-Qorti Kriminali." Il-Ġimgħa wara nofsinhar, is-Supretendent George Cremona u l-Ispettur Omar Zammit mill- Iskwadra tal-Pulizija ta' Kontra t-Terroriżmu ressqu l-Qorti ħamest irġiel Maltin, sid ta' kumpanija ta' vapuri ta' 41 sena residenti l-Mellieħa u erba' impjegati tal-istess kumpanija : żewġt irġiel ta' 63 sena u 45 sena residenti l-Mellieħa, raġel ta' 47 sena residenti l-Floriana, u ieħor ta' 44 sena residenti San Pawl il-Baħar, kif ukol inħarġu akkużi fil-konfront tal-istess kumpanija Huma kienu akkużati li bħala cittadini Maltin u tal-Unjoni Ewropeja u bħala kumpanija reġistrata f 'Malta rispettivament, mingħajr awtoriżżazzjoni, biegħu, trasferew jew esportaw, b'mod dirett jew indirett, żewġ opri tal-baħar tal-għamla 'RHIBS' reġistrati Malta. Dan bi ksur tar-Regolamenti tal- Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar miżuri restrittivi fil-Libja. RHIBS huma tip ta' opri wżati mit- traffikanti tal-bnedmin. Is-Supretendent George Cremona qal li "t-talba tal-iffriżar tal-assi kemm fuq il-persuni kif wkoll fuq il-kumpanija intlaqgħet waqt li l-investigazzjonijiet għadom għaddejin. Fl-istess proċeduri ser jsiru wkoll dawk li jissejhu Ittri Rogatorji sabiex informazzjoni meħtieġa tinġieb mill-pajjiżi konċernati b'mod formali u li tkun tista' tintuża fil-proċeduri". Il-ħames persuni tressqu l-Qorti quddiem il- Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak u wieġbu mhux ħatja tal-akkużi. Huma ngħataw l-libertà proviżorja fuq diversi kundizzjonijiet. Mill-istħarriġ li sar irriżulta li dan seħħ qrib Ġunju tas-sena l-oħra, wara li sar kuntratt kummerċjali bejn kumpanija Maltija u kumpanija oħra fl-Emirati Għarab Magħquda

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020