Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 • illum Il-pandemija żiedet l-abbuż u l-isfruttament fuq il-ħaddiema CARMEL BORG Miljuni ta' ħaddiema madwar id-dinja, b'sogru kbir għal saħħithom u ħajjithom, baqgħu jdawru r-rota ekonomika. Fost l-eluf kbar ta' morda u mejtin hemm ħaddiema li kellhom ikomplu bil-ħidma tagħhom għax l-ebda skema ma tkopri l-waqfien mix-xogħol tagħhom jew, agħar minn hekk, ebda loġika burokratika tax- xogħol, saħħa u sigurtà ma taf bihom. Il-ħaddiema fl-ekonomija informali huma vittmi ewlenin ta' din il- pandemija. Imxerrdin ma' kull riħ tad-dinja, din l-armata ta' ħaddiema tlaħħaq madwar żewġ biljun ruħ. Dawn il-ħaddiema jżejtnu primarjament lill-ekonomiji emerġenti, għalkemm l-ekonomija informali hija wkoll preżenti fl- ekonomiji avvanzati. Ċifri ppubblikati mill-Organizazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) jindikaw li 85.8% tax-xogħol fl-Afrika, 68.2% fl-Ażja u l-Paċifiku, 68.6% fid-dinja Għarbija, u 25% fl-Ewropa huwa informali. Ir-rota ekonomika ta' ħafna pajjiżi tieqaf iddur kieku l-ekonomija informali kellha titwaqqaf zoptu permezz ta' 'lockdown' totali. Daqshekk hija preżenti l-ekonomija informali fl-ekonomiji nazzjonali u globali. Fost il-ħaddiema fl-ekonomija informali hemm min jaħdem għal rasu u jdawwar biżżejjed dħul biex jgħix b'dinjità. Oħrajn jużaw l-ekonomija informali biex ikabbru d-dħul tagħhom. L-ekonomija informali għandha wkoll għeruq fil-kriminalità organizzata. Iżda, il-massa f 'din id-dinja ekonomika hija prekarja, ġeneralment tagħmel dak li jiġi għal idejha, m'għandha protezzjoni ta' xejn, tgħix bil-ġurnata u sikwit f 'xifer il- faqar. L-ekonomija informali tagħti ħajja prekarja lill-ħafna; ħajja li tista' tkun temporanja iżda, sfortunatament, ħafna ma joħorġux minnha. 'Il-pandemija żiedet l-abbuż' Ħaddiema li jaħdmu fl-ekonomija informali jirrakkuntaw stejjer ta' abbbuż. Il-pandemija żiedet l-abbuż, u għal uħud mill-prekarji tal-ekonomija informali, il- pandemija fissret ukoll tkeċċija jew theddida tat-tkeċċija mill-pajjiż li sabu ruħhom fih fiż-żminijiet tax- xemx u l-bnazzi. Filwaqt li l-ekonomija informali taħtaf lil kull min issib dgħajjef, sew ħaddiema lokali kif ukoll 'barranin', tolqot bl-ikrah lill-prekarji 'barranin', li f 'pandemija bħal din, u aktar minn qatt qabel, jintelqu għal riħhom, f 'tiġrib li jitbandal bejn xogħol u sogru ta' mard fuq naħa waħda u waqfien mix-xogħol u faqar fuq in-naħa l-oħra. F'dan iż-żmien ikrah, ħafna ħaddiema 'barranin' prekarji qegħdin iġorru wkoll is-salib tar-razziżmu li jkompli jħajtanhom f 'dinja ta' deprivazzjoni materjali u esklużjoni soċjali. Mill-esperjenzi diretti li ġbart mill- Afrika, kontinent bi storja twila ta' ekonomija informali ndiġena u ta' tluq mill-kontinent ta' eluf kbar ta' ħaddiema bit-tama li joħorġu minn din l-ekonomija predatorja, naf tajjeb li għal numru ta' prekarji 'barranin' li mardu bil-virus jew li tkeċċew mix-xogħol, konsegwenza tal-kalma ekonomika, it-tiġrib preżenti mhux biss jirrappreżenta traġedja personali iżda wkoll disfatta familjari fis- sens wiesa' tal-kelma. Uħud minn dawn il-'barranin' sfruttati mill-ekonomija informali huma mistennija mill-familji tagħhom li jappoġġjaw il-familja estensiva. Numru kbir ta' ħaddiema mxerrdin mad-dinja kollha huma ulied mibgħuta, il-magħżula tal-familja, dawk li l-familja tkun investit bi kbir fihom b'għażla preferenzjali. Fuq l-ulied li jitilqu minn pajjiżhom tistriħ it-tama ta' ħajja aħjar għal ħafna membri tal-familja. Aspirazzjonijiet u aspettattivi li jsiru diżappunt ġenerali hekk kif il-ħolma tixxellef, u l-mibgħuta jidħlu fi sprall ta' prekarjat li jiddallam aktar b'pandemija li tisirqilhom hobżhom. 'Ix-xemx tal-isfruttament qed tiddi daqs qatt qabel' Din il-pandemija waqqfet lill-ħafna prekarji mix-xogħol u tat l-aqwa opportunità lil min irid jisfrutta lill- ħaddiem biex jagħfas aktar il-morsa tal- isfruttament; għax issa hemm armata akbar ta' ħaddiema li lesta tagħmel minn kollox biex mhux biss tgħix iżda tkompli tonora l-obbligu tagħha li ssostni lill- għeżież tagħha. Lil hinn mix-xeni u r-rifletturi tas-solidarjetà, ix-xemx tal- isfruttament qiegħda tiddi aktar minn qatt qabel. Barra l-konsegwenzi ovvji ta' pandemija li tattakka l-ekonomija li tidher, qajla naħsbu fil-konsegwenzi drammatiċi għall-prekarji li jgħixu ħajja 'l hinn mir-reġistri uffiċjali. Per eżempju, għal uħud mill-prekarji 'barranin' l-għajnuna materjali li jibagħtu regolarment id-dar tagħhom - il-ftit flus li jfaddlu - mhux biss huwa obbligu lejn il-familja iżda kwistjoni ta' unur. Il-fiduċja u t-tama investita fl-emigrazzjoni tal-ulied tista' tinbidel f 'diżunur u mistħija jekk l-għajn tas-sostenn tinxef, kawża ta' waqfien mix-xogħol minħabba l-pandemija. Il- pressjoni tal-faqar tad-dar f 'pajjiżhom taf tkun wisq tqila fuq il-prekarji, ir-rifjut tal-pandemija, u l-aġir tal-individwi f 'dawk il-kundizzjonijiet mentali ħadd ma' jista' jipprevedih. Studji ta' pandemiji passati juru li reazzjoni komuni li tirriżulta mill- pressjoni fuq il-'barranin' prekarji biex jieklu u jitimgħu lil familthom estensiva hija li jkomplu jfittxu xogħol li jipperikola ħajjithom u l-ħajja ta' ħaddieħor bit- tixrid tal-mard. Għal prekarji li m'għandhomx xaħam maħżun, jekk ma jaħdmux kuljum ma jieklux. Il-biża' tad-diżappunt jew tad-diżunur, flimkien mad-dinjità mhedda mill-faqar assolut u l-konsegwenzi severi tan-nuqqas materjali jwasslu biex dawn il-ħaddiema jagħmlu dak li aħna fil-kumdità tagħna nikkundannaw bħala njoranza, sfida, kapriċċ u theddida għas-saħħa pubblika. Din hi kategorija ta' nies li l-għajta biex nibqgħu d-dar hija kundanna. Wisq anqas ma tagħmel sens għalihom it-talba biex naħdmu mid-dar, jew għaliex ix-xogħol tagħhom ma jistax isir id-dar u/jew għax il-bejta tagħhom hija kamra li jaqsmu ma' oħrajn. Xogħol il-ħafna ħaddiema fl-ekonomija informali huwa fit-toroq, fuq il-lantijiet tax-xogħol, f 'fabbriki u ħwienet tax-xogħol klandestini, fl- għelieqi, fuq il-baħar, max-xtajtiet, fid- djar u postijiet oħra fejn, ħafna drabi, jiġu f 'kuntatt man-nies. ... u fl-Amerika Latina Fl-Amerka Latina il-fqar irribellaw kontra l-'lockdown', u għandhom raġun. Ir-restrizzjoni mingħajr l-għajnuna ekonomika u soċjali hija mmorali. L-ghajta "Aħna bil-Ġuħ" dwiet ma' Plaza de Bolivar, il-pjazza ewlenija ta' Bogotá, Fl-Amerka Latina il-fqar irribellaw kontra l-'lockdown', u għandhom raġun. Ir- restrizzjoni mingħajr l-għajnuna ekonomika u soċjali hija mmorali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020