Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243338

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 intervista illum • IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 u l-pandemija tagħtu majnata iżda mhux bilfors għax jaf għandhom inqas stress u iktar ħin jirrilassaw b'xi passatemp jew jagħmlu attività fiżika - dejjem jekk għandhom fejn u jafu kif. Għalhekk liema tip ta' gratifikazzjoni nagħżlu hija anki affettwata mir- reżiljenza, ħiliet, mezzi u l-istat familjari ta' dak li jkun. Ma nantiċipax soċjetà li trid tibda mill- bidu fil-ġlieda kontra l-vizzji. Il-ġlieda kontra l-vizzji hija kontinwa, hawn bosta sforzi validi u professjonisti ta' ħila u dedikati. Waqt u wara l-pandemija l-ġlieda tkompli; jaf hemm ivvizzjati frott l-istress u tiġrib -il pandemija, allura li ma konniex qed nantiċipaw; oħrajn kienu ilhom bieb u għatba jew fir-risku tal-vizzju u l-pandemija tathom majnata. Iżda hemm ukoll uħud li l-pandemija għenithom jegħlbu l-vizzju, almenu f 'dawn iż- żminijiet, kif qrajna dwar testimonjanzi ta' nies li kienu jilgħabu l-flus. Nemmen pass 'il quddiem ikun li naġġornaw programmi u servizzi eżistenzi fid-dawl ta' dak li tgħallimna; speċjalment li ninvestu fit-taħriġ u kundizzjonijiet ta' xogħol aħjar ta' min jaħdem fis-setturi soċjali: minn membri parlamentari sa għalliema, 'social workers', 'youth workers' u forzi dixxiplinati. X'tip ta' soċjetà se jkollna wara din il- pandemija? Se nkunu bħal dak il-kelb il-mismut li kull ilma jaħsbu misħun? Dak li fis-Soċjoloġija nsejħulu kapital soċjali jsarraf f 'konnessjonijiet, fiduċja, interess fi kwistjonijiet soċjali bħal li tivvota, sħubija f 'għaqdiet u volontarjat. Studji u ħassieba jindikaw li l-kapital soċjali jiġġarraf f 'sistemi fejn l-individwaliżmu huwa parti mill-ħajja ta' kuljum. Hawn min qabbel il-pandemija mal- attakk terrorist tal-11 ta' Settembru 2001. Dakinhar mhux biss it-'Twin Towers' iġġarrfu, iżda anki l-fiduċja fil-proxxmu li kienet tagħmel possibbli li l-Amerka tkun assoċjata mal-opportunità. Jekk xi darba kienet verità u mhux bis mit, wara l-11 ta' Settembru 2001 żgur ma kienx vera li tista' tkun min tkun fl- Amerka biex tingħata opportunità. Għal ħafna, Musulmani, 'hijab', moskeja, saru sinonimi ta' terroriżmu. Iżda l-COVID-19 huwa differenti għax ma jħares lejn wiċċ ħadd: minn prinċipijiet sa prim ministri, minn trabi sa anzjani, minn Wuhan sa' New York. Kullħadd huwa vulnerabbli quddiem il- COVID-19. Għalkemm mhux kullħadd vulnerabbli bl-istess mod, din il- vulnerabbilità komuni għandha potenzjal li tispira solidarjetà għax nindentifikaw ma' xulxin fuq il-bażi ta' dan il-kriterju komuni. Simboli bħal bandiera u ritwali kollettivi huma frott il-fatt li l-bniedem huwa annimal soċjali u għalhekk hemm bżonn li jħossu parti minn grupp

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020