Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243338

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 3 TA' Mejju 2020 L-Awtorità tal-Konsumatur għaddejja b'analiżi biex tidentifika jekk hemmx abbuż fiż-żieda tal-prezzijiet YENDRICK CIOFFI L-Awtorità ta' Malta għall- Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur qalet mal- gazzetta ILLUM li fl-aħħar jiem sar eżerċizzju fuq numru ta' prodotti essenzjali min-numru konsiderevoli ta' ħwienet varji bil- għan li jkollna stampa aktar ċara ta' x'qed jiġri fis-suq. L-ILLUM tkellmet mal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur wara li mal-istess gazzetta, il-Forum Malti kontra l-Faqar appella biex apparti kontrolli fuq negozji, biex ikun assigurat li dawn ma jiħux, ikun hemm ukoll kontrolli fuq ħwienet, speċjalment dawk żgħar u li jbiegħu prodotti essenzjali, biex ikun assigurat li ma jkunx hemm abbużi fuq il-prezzijiet. Fit-tweġiba tagħha, l-Awtorità spjegat li tinsab fi proċess fejn qed tevalwa kemm ir-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet kif ukoll l-indikazzjonijiet mill-ilmenti li qed tirċievi biex tidentifika jekk hemmx indikazzjonijiet ta' prezzijiet li qed jogħlew jew sitwazzjonijiet fejn hemm indikazzjoni li qed iseħħ abbuż minħabba s-sitwazzjoni preżenti. "Ta' min ifakkar li l-prezzijiet ivarjaw bejn diversi ħwienet anki bejn dawk hekk imsejħa 'żgħar', u d-differenza fil-prezzijiet bejn ħwienet kbar u dawk żgħar mhux bilfors tfisser li hemm abbuż. Fil- fatt din id-differenza toħrog minn spezzjonijiet li jsiru b'mod regolari mill-Awtorità," spjegat l-istqarrija. Tenniet tgħid li jekk mill-analiżi li qed issir jirriżulta li jkun hemm abbuż, l-Awtorità ħa tkun qed tieħu l-miżuri kollha possibbli. 'Irċevejan diversi ilmenti...' Intant, l-Awtorità kkonfermat li fl-aħħar ġimgħat rċeviet numru ta' lmenti dwar żieda fil-prezzijiet li ġew irrappurtati kemm fuq prodotti mixtrija minn supermarkets kif ukoll minn mini-markets. Madanakollu saħqet li lmenti dwar prodotti mixtrija minn ħwienet żgħar ħafna kienu it li xejn. 'Mhux dejjem ningħataw biżżejjed dettalji' Appellat ukoll biex min jagħmel ilmenti dwar żieda fil-prezzijiet ta' prodotti essenzjali jippreżentalha d-dettalji kollha biex tkun tista' twettaq l-investigazzjonijiet tagħha. L-Awtorità spjegat li fil- maġġoranza tal-ilmenti li tirċievi, min jirrapporta ma jipprovdix biżżejjed dettalji, fosthom: minn fejn inxtara l-prodott meta kien bi prezz irħas u minn fejn inxtara u ġiet innota ż-żieda fil-prezz. "Din l-informazzjoni hija importanti li taslilna sabiex wieħed ikun jista' janalizza dawn id- differenzi," saħqet l-Awtorità. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill-MCAA x'qed tagħmel biex ikun assigurat li ma jkunx hemm abbużi fil-prezzijiet ta' prodotti essenzjali. X'informazzjoni għandu jippreżenta min jirrapporta abbuż?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020