Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243338

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 opinjoni Għawdex – storja ta' suċċess F iż-żmien straordinarju li qiegħ- din ngħixu fih, inkunu ħerqana għal aħbarijiet li joffrulna xaqq ta' tama u pożittività. Propju f 'nofs dan kollu, il-gżira t'Għawdex reġgħet ibbrillat, kemm fin-numru ta' każijiet reġistrati, iżda fuq kollox, fil- mod ta' kif affaċċjat din l-isfida unika. Għalkemm żgħar u mdawrin bil-baħar, il-virus sabna wkoll. Biegħdna mill- għeżież tagħna, u saħansitra ħa l-ħajja ta' uħud. Iżda fl-aħħar l-aħbar tajba bdiet tasal ukoll u magħha qed jonqsu wkoll ir-restrizzjonijiet fuq il-ħajja tagħna ta' kuljum. Minkejja li għadu kmieni biex wieħed jiċċelebra u jerġa' lura għan-normal, u minn hawn xorta nappella għal kawtela, is-sitwazzjoni preżenti tikkonferma numru ta' fatti; fosthom li l-gwida mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa hija tajba, u li grazzi għall-ħidma tal-Gvern, imxejna fid-direzzjoni t-tajba minkejja d-dubji u l-insinwazzjonijiet kollha. Mhijiex kumbinazzjoni li smajna b'dawn l-iżviluppi pożittivi. Huwa minnu li ċ-ċokon tagħna jgħin, iżda l-aħbarijiet li qiegħdin jaslulna minn madwar id- dinja juru bl-iktar mod ċar li ċ-ċokon waħdu mhuwiex biżżejjed. Il-verità hi li Għawdex kien preparat: b'infrastruttura moderna u effiċjenti, b'entitajiet u ħaddiema li kienu kapaċi jwieġbu għall- isfida tal-virus b'mod immedjat. L-Oppożizzjoni ilha snin tattakka s-sistema medika Għawdxija. Din il- ġimgħa stess, f 'nofs pandemija, ressqu mozzjoni fil-Parlament sabiex jattakkaw il-ftehim tal-Gvern ma' Steward Healthcare, li huma responsabbli għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Waqt li l-Oppożizzjoni kienu mehdija jinterpretaw il-kuntratt il-Gvern kien ilu li assigura illi f 'Għawdex kien hemm biżżejjed tagħmir mediku biex naffaċċjaw il-virus. Filfatt, żdiedu l-ventilaturi u l-magni għad-dijaliżi, minkejja l-iskarsità tagħhom fuq livell Ewropew. Żdiedu wkoll is-sodod, u ġew trasferiti l-persuni anzjani, sabiex ikunu f 'post iktar sigur. Il-fatti ċari: Għawdex ma kellux bżonn karità biex jikkumbatti lil dan l-għadu inviżibbli, Iżda anke jekk il-battalja medika tidher kważi mirbuħa, m'għandix dubju li l-isfida soċjali u ekonomika għadha magħna. Ir-restrizzjonijiet, ġustament, għadhom ma tneħħewx kompletament, u dan qed ikollu effett konsiderevoli fuq is-saħħa mentali tagħna u l-aċċessibilità għal servizzi li kienu jagħmlulna ħajjitna iktar faċli Għalkemm għadu kmieni biex wieħed ikun jaf b'mod preċiż l-impatt tal-virus x'ser ikun, l-ekonomisti qed jistmaw illi l-impatt finanzjarju se jkun konsiderevoli, speċjalment fuq l-intrapriżi żgħar u medji fl-oqsma tat-turiżmu u trasport. Għal gżira ċkejkna li tiddependi preċiżament mill- industrija tat-turiżmu, u mit-trasport bil-baħar minħabba l-insularità doppja tagħha, dan jista' jfisser riperkussjonijiet kbar – jekk ma jittiħdux deċiżjonijiet responsabbli f 'dan il-mument. Id-deċiżjonijiet li nillimitaw l-aċċess għal Għawdex, li jingħalqu l-ħwienet u r-ristoranti, kienu neċessarji, u kienu proprju dawk li wassluna għal dan l-istadju pożittiv. Bl-istess mod, għandna bżonn strateġija rebbieħa biex nirkupraw ukoll fuq livell finanzjarju minn din il- pandemija. Issa iktar minn qatt qabel, neħtieġu s-solidarjetà sħiħa tal-Unjoni Ewropea. Jekk verament nemmnu li aħna lkoll ħaqqna noħorġu minn din is-sitwazzjoni bl-aqwa mod; irrispettivament jekk aħniex min-nofsinhar tal-Ewropa jew mit-tramuntana tagħha; irrispettivament jekk ngħixux qalb il-muntanji jew fuq gżejjer fil-periferija tal-kontinent; mela allura neħtieġu rispons qawwi u ko- ordinat mill-istituzzjonijiet Ewropej. Dan ir-rispons ikun verament ekwu meta jżomm f 'moħħu d-diffikultajiet tar-reġjuni partikolari. Fil-fehma tiegħi, hu ċar li l-bżonnijiet ta' gżira bħal Għawdex, li ssofri mill-insularità doppja u li ekonomikament tiddependi mit-turiżmu se jkunu differenti u ferm ikbar minn dawk ta' reġjuni fil-qalba tal- kontinent Ewropew. Fl-Ewropa diġà rnexxielna naqblu fuq miżuri importanti. Il-qafas temporanju dwar l-għajnuna mill-istat, li hu ferm iktar flessibbli, se jkun għodda kruċjali f 'idejn il-Gvernijiet nazzjonali sabiex nindirizzaw il-problemi li qiegħdin jiffaċċjaw negozji żgħar u medji, speċjalment dawk ta' likwidità. Konvinta li l-pass li jmiss għal din il-miżura hi għandu jkun li, għall-gżejjer tiġi estiża u titkompla wara li tieqaf l-imxija tal- virus, sakemm l-ekonomija tal-gżira terġa' tiġi fuq saqajha. L-Għawdxin diġà urew snienhom fil-battalja medika kontra l-virus. B'deċiżjonijiet responsabbli, konvinta li se nagħmlu l-istess, u iktar, kontra l-isfida ekonomika. illum • IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Josianne Cutajar L-Għawdxin diġà urew snienhom fil-battalja medika kontra l-virus. B'deċiżjonijiet responsabbli, konvinta li se nagħmlu l-istess u iktar kontra l-isfida ekonomika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020