Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243338
31 films illum • IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 Carmel Bonnici Il-Blockbusters - it-tieni parti Fis-snin 60 ħafna mill-kumpaniji maġġuri ta' Hollywood kienu midjunin. Biex baqgħu jferfru u anki jagħmlu profitti kbar kien hemm bżonn jinvestu ħafna aktar f 'films ta' kwalità superjuri. Irraġunaw li films kbar fejn wieħed iħallas iżjed għall-biljett tad-dħul setgħu b'hekk isolvu l-problema tagħhom. Fil-maġġoranza tal-każi din is-sistema ħadmet. L-M.G.M. baqgħet teżisti lejn l-aħħar tas- snin 60 permezz tas-suċċess enormi tal-film Dr Zhivago u l-qliegħ mill-film Gone With e Wind meta reġa' ħareġ. Il-films il-kbar, kif sostnew il-produtturi, ikollhom appell internazzjonali, l-aktar meta jaħdmu fihom atturi rinomati u/jew internazzjonali, jkollhom azzjoni qawwija tal- gwerra biex b'hekk jidhru attrajenti u movimentati għall- għajnejn il-pubbliku. It-20th Century Fox kważi falliet bi Cleopatra , imma sentejn wara e Sound of Music għamlilhom minjiera tad-deheb. Fl-1967 Dr Doolitle ukoll mar ħażin iżda Butch, Cassidy and the Sundance Kid rega' salvahom. Jack L. Warner, fl-1967 biegħ lil Warner Bros. lil Seven Arts u Paramount saret proprjetà ta' Gulf & Western. Minn dak iż- żmien 'l hawn saru ħafna iżjed kambjamenti. Is-snin 70 saru magħrufin għal sensiela sħiħa ta' films tad-diżastri. Kull xorta ta' kalamità bdiet tidher fuq il-liżar il-wiesgħa ġo produzzjonijiet, ħafna minnhom, li veru kien jixraqilhom it-titlu ta' blockbuster. L-ewwel darba li ntużat il-kelma 'Blockbuster' L-ewwel darba li ntużat il-kelma blockbuster kien f 'Ġunju tal-1975 meta Jaws ta' Steven Spielberg iddomina l-bottegin mondjali u daħħal is-somma fenominali ta' $470 miljun u anki welled tliet sequels. Minn dak il-mument, il- blockbuster sar regola għall- istudjos. Sentejn wara, Star Wars (li meta reġa' ħareġ issemma' Star Wars Episode IV: A New Hope) daħħal mas-$700 miljun u kompla f 'serje ta' films verament profittabbli li baqgħu jinħadmu sa it ilu. Fl-1981 kien Raiders of e Lost Ark li għamel profitt ta' $400 miljun. Bomba kien il-film! Il-kelma blockbuster minnha nnifisha tnissel l-idea ta' splużjoni, għajn ta' gid. Din ma kinitx xi kelma ġdida għax fit-Tieni Gwerra Dinjija hekk kienu jsejħulhom bombi kbar, li mill-ajru kienu kapaċi jeqirdu blokk bini iżolat. Meta naraw xi film li jogħġobna ħafna u jistaqsuna dwaru ngħidu li kien "bomba!" Il-gwerra fil-Box-office fil- preżent qed tkun missielta bejn minn kapaċi jippreżenta l-iżjed blockbusters. Il-kumpaniji huma dejjem lesti biex joħorġu flejjes enormi ħalli jaħdmu dawn il- produzzjonijiet. Xi minn daqqiet il-bagit għal film wieħed jiskorri sewwa l-$150 miljun, barra r-reklamar li jsir. Fil-maġġoranza assoluta tal-każi, dawn ix-xogħolijiet qed irendu lura profitti kbar, għalkemm kultant xi wieħed imur żmerċ. B'effetti speċjali viżwali kważi mirakolużi anke l-films animati għall-familji qed imorru tajjeb u d-dominanza f 'din l-isfera m'għadiex ta' Disney/Pixar jew Dreamworks biss. Il-blockbusters li nħadmu matul dawn l-aħħar 15-il sena, bejn wieħed u ieħor, qed joħorġu wkoll bit-3D u anki fuq il-lizar ġgantesk tal-IMAX, kif ukoll bil- proċess normali [2D]. Minn Superman Minn mindu fl-1978 il-film Superman, kontra kull previst, għamel suċċess kbir, is-supereroj saru l-kampjuni tal-Box Office. B'hekk, mis-snin 90 'l quddiem bdiet taqtigħa ħarxa bejn żewġt idjar tal-kotba komiks - DC Comics u Marvel Comics - għas- supremazija. Il-kumpaniji kollha ta' Hollywood, speċjalment Disney Enterprises u Warner Bros. għandhom id-drittijiet għas-Supereroj tagħhom. Biex ma jitilfux dan id-dritt, kull tant żmien iridu joħorġu film dwar l-eroj tagħhom. Minħabba din il-ħaġa, qed jinħadmu sequels, prequels (x'ġara qabel), reboots (l-istess storja trattata mod ieħor) spinoffs (dwar xi karattru ġieli sekondarju mill-film originali) jew anki issa supereroj jeħodha kontra ieħor. Inżid ukoll li anki films animati dwar dawn is-super eroj ġieli joħorġu għall-wiri. Hawn min hu tal-fehma li din it-tendenza tal-blockbusters dwar dawn l-eroj, dalwaqt tispiċċa għalkemm sa issa, mid-dħul tal- flus ma jidhirx li se jiġri hekk. F'każ li jigri dan, Hollywood ikun dejjem ippreparat biex johorgu blockbusters ta' ġeneri oħra.