Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245210

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 'Inutli toqgħod tibki u teqred fuq Facebook ... minn Jannar 'l hawn rebus' – Neville Gafà dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni X'kien eżatt l-irwol ta' Neville Gafà biex 51 immigrant jintbagħtu lura l-Libja? Il- gazzetta ILLUM iċċempillu u tistaqsih YENDRICK CIOFFI "Inutli tikteb fuq Facebook kull filgħodu. Il-problema tissolva mil-Libja. Inutli toqgħod tibki u teqred fuq Facebook." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM l-eks uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Neville Gafà meta kkuntattjat mill-gazzetta ILLUM biex jiċċara l-irwol li kellu nhar it-13 ta' April, l-għada tal-Għid, biex dgħajsa b'għadd ta' immigranti, inkluż ħames katavri, tintbagħat lura lejn Tripli. L-irwol li Gafà kellu f 'din l-operazzjoini baqa' mċajpar għax minkejja li hu, taħt ġurament, qal iswed fuq l-abjad li kien involut "f 'missjoni biex dgħajsa b'51 immigrant irregolari abbord, fosthom tmien nisa u tliet minuri, jiddaħħlu fil-port ta' Tripoli," min- naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela insista li Gafà ma kkoordina xejn f 'isem il-Gvern, iżda ntalab biss juża l-kuntatti tiegħu. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, biex jirreaġixxi u allura jiċċara aħjar x'kien l-irwol tiegħu, Gafà insista li ma kellu xejn iżjed xi jżid ma dak li diġà qal, jiġifieri li tqabbad mill- OPM biex jikkoordina direttament mal-Ministeru tal-Intern Libjan kif ukoll mal-Gwardji tal-Kosta. Insista biss li s-soluzzjoni tinsab il- Libja u mhux fuq Facebook. "Il-problema tissolva mhux imbilli toqgħod titkellem ma' tal- Vatikan jew mal-Unjoni Ewropea, toqgħod tibkilhom u teqred. Minn fejn ġejja l-problema? Mil-Libja. Il- bqija mhux se tissolva l-problema," insista Neville Gafà mal-ILLUM. Meta xhur ilu kien qed jixhed fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Neville Gafà kien qal li hu "waqqaf " eluf ta' immigranti milli jaslu Malta u għalhekk l-ILLUM staqsietu x'kien qed jagħmel differenti hu, meta kien għadu uffiċjal fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru u kien tiela' u nieżel il-Libja. "Il-problema tissolva kif konnha nsolvuha aħna," beda jispjega Gafà b'referenza għaż-żmien l-amministrazzjoni tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat. "Jien kont ninżel hemm isfel, niltaqa' mal-istakeholders u l-problema tissolva. Żammejna s-sitwazzjoni taħt kontroll." Il-problema "splodiet," fi kliem Gafà, għax dan ma għadux isir. "Meta kont hemm jiena, kont ninżel ta' spiss u s-sitwazzjoni kienet taħt kontroll. Minn Jannar 'l hawn, rebus," insista Gafà li rriżenja mill-kariga tiegħu fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru it biss wara li Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra. Mistoqsi jekk hux qed jgħid li ma għadux jeżisti dan il- koordinament, Gafà wieġeb ċar u tond: "hija ċara li ma hemmx koordinament." L-ILLUM staqsiet ukoll lil Gafà dwar il-posts li jtella' kontinwament fuq Facebook dwar is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni, b'ritratti ta' dak li jkun qed jiġri 'l barra u mal-kosta Libjana. "Jiena llum ċittadin privat ... jiena rrid nuri x-xogħol li għamilt jiena," wieġeb Gafà b'rabja. Gafà kien akkużat ukoll li f 'din "il-missjoni," kontra kull liġi internazzjonali, għen biex twettaq pushback. Mistoqsi jekk iħossux komdu dwar dan, Gafà qal biss li "mhux se nikkummenta għalissa." Madanakollu, fl-aħħar jiem insista li hu qatt ma kkoordina push backs, iżda kien qed jara li dgħajjes ma jidħlux fiż-żona ta' salvataġġ Maltija. Kemm-il darba naqraw rapporti dwar immigranti li ġew ittorturati, abbużati u stuprati fil-Libja mit- traffikanti. Għalhekk l-ILLUM staqsiet lil Gafà jekk jagħtix garanzija li dawn l-immigranti li ttieħdu lura lejn Tripli ġewx stmati tajjeb. "L-IOM (l-organizzazzjoni internazzjonali għall- Immigrazzjoni) iżżurhom kull ġimgħa," insista Gafà. "Nassigurak li jinsabu tajba." Aħbar li ġiet irrapportata wkoll fuq il-midja internazzjonali Din l-aħbar kienet irrapportata wkoll min-New York Times, bir- rapport kien jisħaq li l-Gvern Malti, permezz tal-użu ta' tliet dgħajjes tas-sajd privati, interċetta l-immigranti biex dawn jintbagħtu lura fil-Libja. Skont ir-rapport, din l-informazzjoni għaddhieha lilhom kaptan ta' waħda minn dgħajjes, kmandant tal-gwardji tal- kosta Libjani u anke "eks uffiċjal Malti" li kien involut. Ir-rapport jisħaq li d-dgħajjes, Dar Al Salam 1, Salve Regina u Tremar, operaw fuq struzzjonijiet tal-Forzi Armati ta' Malta. Fuq Twitter u anke fl-istess artiklu, il-ġurnalist li kiteb dan l-artiklu, Patrick Kingsley saħaq li l-Gvern Malti baqa' ma weġibx il-mistoqsijiet li bagħat hu, inkluż mistoqsijiet li bagħat liċ-Chief of Staff f 'Kastilja, Clyde Caruana. Qal ukoll li bil-kummenti tiegħu dwar Gafà, il-Prim Ministru ammetta wkoll l-involviment tiegħu. SCOOTER 001 SHARING THE PRESENT, SO WE CAN BUILD A BETTER FUTURE. One app. Over 450 shared vehicles. Pay per minute, per hour or per day. goto.com.mt/download * Rate per minute for Scooter trips on the GoTo Business Plan. Terms and Conditions apply. €1.50 PAGE 2 PAGE 5 Silvio Schembri apologises for 'unfortunate' foreign workers comments Banking customers offered home loan moratorium due to Covid-19 THURSDAY 19 MARCH 2020 • ISSUE 50 WWW.BUSINESSTODAY.COM.MT DAVID HUDSON A rescue package worth €1.8 bil- lion has been unveiled to mitigate the impact of Covid-19 on the economy. PAGE 3 PAGE 2 Editorial PAGE 9 RIDING OUT THE STORM AND SAVING JOBS Coronavirus Government announces €1.8b rescue package to mitigate crisis Robert Abela BOV registers pre-tax profit of €89.2m • Government to pay companies €350 per employee on quarantine leave • Businesses ordered to shut down temporarily, will receive two days of assistance per week per employee Id-dinja dieħla f'riċessjoni? U Malta? www.illum.com.mt ARA PAĠNI 12 u 13 €1.25 IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 • NRU 701 'Il-Gvern huwa rrassenjat li se nitilfu x-xogħol. Mentri aħna rridu nsalvawh' 'ROBERT GĦINNA QABEL IKUN TARD WISQ' Il-GWU, l-MHRA, il-GRTU, il-FATTA u l-UĦM mal-ILLUM iwissu li jekk il-Gvern mhux se jħabbar miżuri ġodda se jibdew jingħalqu n-negozji u jintilfu l-impjiegi, speċjalment fit-turiżmu, fir-ristoranti u d-divertiment! ARA PAĠNI 4 u 5 PAĠNI 10 u 11 SUNDAY • 22 MARCH 2020 • ISSUE 1064 • PUBLISHED EVERY WEDNESDAY AND SUNDAY €1.95 maltatoday This won't work, Robert EDITORIAL MT2 ROBERT Abela's package does not go far enough and will not work. Malta has entered a war which has destabilised the economy and all its workers. Abela cannot be scared of spending and rack- ing up the necessary government debt needed for a national stim- ulus now: the risks of not acting will be greater than what lies ahead in the next months. He must alleviate economic hard- ship during the epidemic to pre- vent lasting damage to the econ- omy by stopping this recession from turning into the next Great Depression. What Malta needs is a form of universal credit for all, to keep aggregate demand up and so that idle workers at home can return straight to work at the end of the crisis and restore the supply chain. STAY IN, STAY SAFE, WE ARE IN THIS TOGETHER WWW.MALTATODAY.COM.MT/COVID19 Our appeal is simple: Maltese businesses must be sustained by keeping workers in a job with a social insurance that sustains their wages CLAUDIO GRECH 'We cannot allow Maltese businesses to fail. We would be failing society' INTERVIEW MT2 Never before has your support of free and independent journalism been so crucial Support us with a subscription or a donation maltatoday.com.mt/maltatodaydigitaledition

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020