Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245210

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 aħbarijiet waħedha u trid tindifen malajr' Dei... żvog. Aħna mhux tal-ħadid. Ilna xahar u nofs ngħixu l-isptar. Nip- provaw inkunu hemm għal xulxin. Niħu qalbna ma' xulxin." Iżda mhux kollox dlam. Patri Bertrand saħaq li hemm affariji- et oħra li jgħollulu l-moral, fost- hom ir-rispett tal-istaff u anke t-talb, il-messaġġi u xi telefonata tal-ħbieb u l-qraba tal-pazjenti. "Il-President ukoll qed joffri l-ikel lill-istaff u għamel pressjoni biex anke aħna l-Patrijiet nirċievu." Patri Bertrand faħħar ukoll ħafna l-miżuri li ttieħdu fl-isptar. Fi kliemu, l-isptar inbidel, kważi kważi ma tarfux għax fi kliemu tħejja għall-agħar li jista' jiġri. "Għall-bidu anke dan qanqal fina ċertu biża'. Meta smajt li se jiżdiedu 500 sodda, bżajt," saħaq il-Patri. Anke jekk għall-Patrijiet ukoll dan huwa żmien iebes, Patri Ber- trand qal mal-ILLUM li kuljum, it-talba tiegħu hija waħda: "Mulej żommna fuq saqajna. B i e g ħ d n a m i n n k u l l periklu fir-ruħ u fil-ġisem, ħalli nkun nistgħu nkomplu bis-sos- tenn spiritwali u emozzjonali għall-pazjenti." Kompla jirrakkonta kif min dan kollu ħareġ aspett pożittiv ukoll. Fi kliemu il-fatt li l-Patrijiet qed jgħixu hemm, kabbar aktar il-viċinanza tagħhom mal-istaff. "Hawn kollha ninsabu f 'baħar wieħed. Il-pastorali tagħna ma jieqafx mal-pazjenti. Kemm-il dar- ba nkun waħdi fil-kappella u jiġi membru tal-istaff, ipoġġi ħdejja biex jitkellem it," irrakkonta. Temm b'messaġġ wieħed: "Dan il-virus ġiegħlna nimu li aħna ma għandnix il-kontroll ta' kollox. Hemm xi ħadd, li aħna nsejħulu Alla, li jkollna nduru lejh u ngħid- ulu: Mulej ħu ħsiebna ... minkejja li aħna midinbin ukoll, il-preżenza tagħna hawn toffri raġġ ta' tama li Alla huwa magħna. Patri Bertrand Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020