Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245210

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 • illum Bi ħwienet prattikament vojta, inqas flus fl-idejn u ftit aptit għal xiri - l-kirjiet kummerċjali, bħall- ingassa, qed jgħafsu fuq in-negozji. Tliet sidien ta' negozji jilmentaw dwar il-fatt illi l-kera qed toħnoqhom... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Jiena grat għall-flus li bagħat il-Gvern, allaħares ma kinux huma. Imma s-sitwazzjoni tiegħi hija li l-kirjiet qed jixorbuli kollox. Inħallas €400 fix-xahar għall-ħanut u €800 kirja tal-post fejn ngħix. Issa dawn il-kirjiet niżlu għal €200 għall-ħanut u €500 għal fejn ngħix. Dan ifisser li minn dak li qed jagħtini l-Gvern - jiġifieri €720 għax jaqta' l-bolla - jifdalli €20. L-unika sors ta' flus huwa xi ħaġa li ġemmajt. Sitwazzjoni iebsa ħafna." Hekk sostna sid ta' ħanut tax-xagħar li sa issa għadu ma jistax jiaħ il- ħanut - f 'risflessjoni ta' kemm il-kirjiet kummerċjali qed ikunu problema kbira bħalissa, tant li f 'ċertu każi qed jitfgħu pressjoni kbira fuq sidien ta' negozji, kemm dawk li għadhom magħluqin imma anke dawk li fetħu. 'Għandi €7,000 kirja li minn din il-ġimgħa rrid nibda nħallasha u l-ħanut vojt' "Kuntrarjament għal diversi nies oħrajn aħna wasalna għal ehim li sakemm idum magħluq il-ħanut ma nħallsux il-kera. Il-kumplessi tal-ħwienet il-kbar, kollha waslu għal ehim simili li naħseb illi kien jagħmel sens, ladarba konna magħluqin. Ladarba issa aħna iżda s-sidien se jiġu għall-kirjiet, anke jekk il-ħwienet vojta. Taf kemm għandi kirja jiena? €7,000 għal żewġ ħwienet biss f 'lokalità, imbagħad għandna lokalitajiet oħrajn. Il-Gvern ma jistax ma jintervjenix inkella n-negozju se jikkrolla." Hekk sostna sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ popolari f 'pajjiżna li għandu ħwienet f 'diversi lokalitajiet; Birkirkara u Raħal Ġdid, fost oħrajn. Julian Micallef sostna illi x-xogħol matul din il-ġimgħa kien batut ħafna, "fl-ewwel ġurnata forsi daħlu fil-ħanut tmienja minn nies. Nitkellmu bejnietna aħna tal- ħwienet, kollha fl-istess ilma, hawn min lanqas €20 kuljum mhu qed ibiegħ. Żgur għandna 80% u iktar, inqas klijenti." Micallef isostni illi minkejja dan, minħabba li fetħu, ħafna sidien bdew ġejjin għall-kera. 'M'aħniex eliġibbli għall-għajnuna, ma nafux għalhiex u s-s-sidien tal-kera qed jagħfsu' Ma' Micallef tingħaqad ukoll sid ta' aġenzija tal-proprjetà li rrabjata tispjega kif filwaqt għal xi raġuni mhux magħrufa ħafna aġenziji mhumiex qed ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Gvern għall-pagi, is-sidien tal-kirjiet iridu jitħallsu. "Aħna bil-liġi kellna ngħalqu, għandi tliet uffiċċini, kollha bil-kirjiet dawn" tgħid din is- sid li xtaqet tibqa' anonima. "Jiena wasalt fejn wasalt b'ħidma u sagrfiċċju, jiena mhux qed nittallab," qalet filwaqt li fakkret illi għandha mal-€2,000 f 'kirjiet filwaqt li x-xogħol tal- proprjetà jinsab kompletament wieqaf - u ilu hekk dawn ix-xagħrejn. "Ma kellna xejn, xogħol ta' kuntratti maqbudin għax in-nutara weqfin u fl-istess ħin sid il-kera qed jagħmilli l-pressjoni," tispjega is-sid. "Min fejn se noħroġhom il-flus biex inħallas il-kera?" Hija ttemm tispjega kif għandha żewġ ħaddiema lanqas biss tħallsu sold fl-aħħar xaharejn, apparti l-aġenti kollha li bħalissa m'għandhomx x'ibiegħu. Imma ma setgħux baqgħu magħluqin? Micallef li fil-fatt ġej minn familja illi għandha dan in-negozju qal illi s-sidien tal-kera daqs kemm aċċettaw li jwaqqfu il- kirjiet daqstant ieħor, issa qed jippretendu li l-kirjiet jitħallsu ladarba n-negozji qed jiħu. "Jiġifieri ma nistax nibqa' magħluq. Li mhuwiex sew huwa li l-piż waqa' kollu fuqna - mela sid il-kera qed jieħu l-kera, il- ħaddiem qed jieħu it-€800 avolja jiena ma rċevejtx ċenteżmu u jiena? Kif se mmexxi in-negozju?" Huwa temm jgħid li ma saritx konsultazzjoni magħhom biex ikun hemm xi arranġament imqar fil-kirjiet kummerċjali. "Jiena l-kirja dejjem ħallastha, imma bħalissa għandna naslu għal xi forma ta' ehim. Li nħallsu parti minnha." Is-sid tal-ħanut tax-xagħar qal iżda li filwaqt li hu qiegħed f 'sitwazzjoni ħażina jiem ukoll illi sid il-proprjetà - li huwa anzjan - għandu dħul mill-kera tal-ħanut tiegħu u ħanut ieħor f 'Buġibba. "Anke hu jrid jara kif se jkollu d-dħul," sostna mal- ILLUM. Huwa jgħid illi għandu ġenn biex jiaħ imma imħasseb fl-istess ħin għax filwaqt li bil-uħ ikun ifisser li jibdew ġejjin il- klijenti, fl-istess ħin terġa tmur għall-kirja kif kienet "u ma nafx kif se jkun ix-xogħol." Hu jgħid illi minkejja li l-haridressers probabbilment se jkollhom domanda u allura klijenti, jemmen li xorta se jonqos ix-xogħol għax se jonqsu l-flus fl-idejn. 'Jifdalli €20 f'idejja wara li nħallas il-kirja tal- ħanut u ta' fejn ngħix'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020