Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248291

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 • illum 'Jekk mhux se jkun hemm pjan u għajnuna se jkollna katastrofi' Ittra lill-PM minn diversi sidien ta' ħwienet żgħar u medji illi fiha jappellaw għal pjan u għajnuna qabel ikun tard wisq ALBERT GAUCI CUNNINGHAM 64 sid ta' negozju żgħir jew medju - li flimkien jammontaw għal 130 ħanut - bagħtu ittra lill-Gvern illi fiha qed jgħidu illi jekk ma jkunx hemm xi forma ta' għajnuna u fl-istess ħin pjan strutturat ta' fejn sejjer pajjiżna dan se jkollu "riżultati katastrofiċi" b'ħafna negozji żgħar u medji jkollhom jgħalqu u jkeċċu lill-ħaddiema. Dan għaliex, fuq naħa il-bejgħ jiddiskrevuh bħala "viċin ix- xejn" b'miżuri li jgħidu illi ħonqu ċ-ċans li jibda n-negozju u minn naħa l-oħra, kirjiet ta' eluf li ħafna ma kinux qed iħallsu meta kienu magħluqin u li issa jridu jibdew iħallsu għax sidien tal-kera ġew għal flushom. Din l-ittra minn 64 negozjant li fil-fatt setgħu jiħu l-ħwienet mill-4 ta' Mejju tgħid illi dan il-uħ tal-ħwienet tal-ħwejjeġ, aċċessorji, żraben u ġojjellerija, fost oħrajn, sar b'għaġġla u mingħajr konsultazzjoni ta' xejn. Fl-ittra li rat din il-gazzetta dawn l-64 negozjant żgħir u medju, filwaqt li qalu illi malli semgħu l-aħbar li l-ħwienet jistgħu jiħu ħassewhom kuntenti li n-negozju tagħhom se jerġa jibda, mill-ewwel bdew jindunaw li r-riżultat jista' jkun katastrofiku għal ħafna negozji bħalhom. "Wara it, kienet ċara li l-bejgħ ser ikun ħafna inqas minħabba żewġ fatturi. L-ewwel fattur kien li waqt li ngħatalna l-permess li niħu, fl- istess messaġġ baqa' jintqal biex in-nies jibqgħu d-dar. Dan l-appell aħna nimuh, għaliex is-saħħa tiġi l-ewwel, pero dan l-appell kellu japplika biss għal nies vulnerabbli la darba aħna ngħatajna l-permess li niħu," tgħid l-ittra lill-Prim Ministru. "It-tieni fattur kien ir- restrizzjonijiet fuq l-ippruvar tal- ħwejjeġ, li nies li jaħdmu f 'dan is-settur jafu li huwa essenzjali għall-klijenti, li wieħed jipprova l-ħwejjeġ qabel jixtrihom. Nemmnu li din ir-restrizzjoni kienet raġuni ewlenija għat- tnaqqas sostanzjali fil-bejgħ li rajna din il-ġimgħa." F'eku ta' dak li qalulna tliet sidien ta' negozji nhar il-Ħadd li għadda l-ittra ssemmi l-kirjiet: "L-ispejjeż tal-ħwienet tagħna huma kbar, speċjalment il-kirjiet, u l-bejgħ baqa' viċin ix-xejn. Dan," ikomplu jgħidu f 'din l-ittra, "se jwassal għal problemi kbar biex jitħallsu l- ispejjeż, li fit-tul iwassal għal riperkussjonijiet ikbar." Dawn is-sidien ta' negozji sostnew li mit-tliet saffi - sidien tal-kera, huma u l-ħaddiema - huma l-aktar li qed ibatu u skonthom l-aktar illi huma importanti biex kulħadd jibqa' jkollu dħul. L-ittra lill-PM tgħid hekk: "Is-sidien ta' propjetajiet li aħna nikru l-ħwienet mingħandhom, kif ukoll in-numru kbir ta' impjegati li nħaddmu magħna, jiddependu minnha u bħal katina, aħna nistgħu nqisu ruħna li aħna l-mutur tagħhom. Dan għaliex aħna ninsabu fis-saff tan- nofs, u kemm is-saff ta' fuqna (il-proprjetarji) u ta' taħtna (il- ħaddiema) jikkrollaw magħna la darba nikkrollaw aħna." Filwaqt li rringrazzjaw lill-Prim Ministru tal-Wage Supplement u faħħru l-miżura fakkru wkoll li l-pagi tal-ħaddiema mhuma xejn ikkumparat mal-kirjiet illi jfakkru illi kienu fl-ogħla tagħhom fl-aħħar snin. Nhar il-Ħadd li għadda, Julian Micallef, li għandu żewġ ħwienet f 'Birkirkara li huma ikbar fid- daqs spjega kif iħallas €7,000 kull xahar. Aġenta tal-proprjetà li ma tistax tiaħ spjegat kif għandha €2,000 kull xahar għal żewġ uffiċini filwaqt li hairdresser, li sa issa ma jistax jiaħ lanqas, spjega kif normalment iħallas €400 fix- xahar għal ħanut żgħir ħafna f 'Santa Venera. Fid-dawl ta' dan, dawn is- sidien tan-negozji appellaw biex isir pjan ħolistiku ta' kif se jiġi evitat falliment "Fosthom qegħdin nitolbu sabiex ikun hemm pjan dettaljat bil- ġranet ta' uħ ta' stabbilimenti oħrajn (bħal ristoranti u postijiet ta' rikreazzjoni) biex il-poplu jkun mħeġġeġ u mħajjar jixtri iktar la darba jkun jaf li se jerġa' jirritorna għan-normal fi żmien qarib," sostnew dawn l-64 sid. Din l-ittra intbagħtet qabel is- sit illum.com.mt fil-fatt żvela kif il-PM għada se jkun qed iħabbar liema negozji jistgħu jiħu fiż- żmien li ġej - bir-restaurants mium illi se jkunu fost dawk in- negozji li jistgħu jiħu b'numru ta' restrizzjonijiet u linji gwida. Finalment dawn is-sidien talbu għal-laqgħa mal-Gvern dwar is- sitwazzjoni tagħhom, talba li sa issa għadha ma ntlaqatx. "Nisperaw li l-karba tagħna tinstema' u jittieħdu deċiżjonijiet f 'dan ir-rigward, peress li wisq nibżgħu li jekk dan ma jseħħx, ikun ifisser il-falliment ta' dawn il-ħafna negozji li jdawru l-ekonomija interna," ittemm tgħid l-ittra lill-PM. L-64 firmatarju li rat din il- gazzetta jinkludu ħwienet ta' kull tip li setgħu jiħu mill-4 ta' Marzu u huma mxerrdin ma' lokalitajiet differenti fil-pajjiż.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020