Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248291

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 analiżi illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 finanzjarja fl-Ewropa jaqsam lill-Unjoni u jżid iż-żejt fil- magna tal-populisti u n-narrattiva tagħhom, tal-Unjoni kontra n-nazzjon. Tispikka l-Ideoloġija tas-sovraniżmu nazzjonali u donnhom li l-iskeletri tal-passat mhux daqstant imbiegħed reġgħu tfaċċaw. L-Isfida tal-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża fuq il-Bank Ċentrali Ewropew Sadattant, il-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniza sfidat il-politika monetarja tal-Quantitative Easing (QE) ta' Mario Draghi, deċiż fl- 2015, meta kien imexxi l-Bank Ċentrali Ewropew, u sfidat ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea li ddikjarat li l-QE, maħsub biex jinjetta l-flus fl-ekonomija u jqanqal l-attività ekonomika permezz ta' xiri ta' bonds u assi oħra, hu leġittimu. Il-Qorti Ġermaniza sostniet li l-QE mhux għal kollox kostituzzjonali u kkonkludiet li s-sentenza tal-Qorti Ewropea kienet "inkomprensibbli" u "arbitrarja". Il-Qorti Ġermaniża tat tliet xhur lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jiċċara l-programm tal-QE. Speċifikament, irid jiġi ċċarat jekk dan il-programm kienx sproporzjonat. Il-Qorti trid tkun taf ukoll x'kien l-effett dirett tal- QE qabel il-pandemija. Jekk mhux kostituzzjonali, il-Bundesbank, il-Bank Ċentrali tal-Ġermanja, l-ewwel azzjonist tal-Bank Ċentrali Ewropew, jista' jinżamm milli jipparteċipa fil-QE u fix-xiri ta' dejn pubbliku mill-membri taż-żona ewro. L-attakk huwa frontali kontra l-Qorti tal-Ġustizzja, meqjusa bħala l-unika qorti li tinterpreta u tapplika t-trattati tal-Unjoni Ewropea. L-isfida prinċipali hija ċara, u bil- kriżi tal-pandemija ma skoprejniex l-Amerka: kif deċiżjonjiet ta' politika monetarja fuq livell Ewropew jaffettwaw il-politika ekonomika tal-membri individwalment. Mhux ċar min qiegħed fit-tmun tar-regolamentazzjoni. Il-punt kardinali huwa jekk il-Bank Ċentrali Ewropew huwiex il-bank li jaġixxi fuq il-membri, u li jista' jgħin meta membru jkun fi kriżi, u għalhekk ikollu jżid l-infieq biex joħroġ mill-kriżi, jew jekk isaltanx il-prinċipju tal- kompetizzjoni, li jelimina dak tas-solidarjetà jew mutwalizazzjoni ta' piżijiet, anki fi żmien ta' kriżi ekonomika bħal din. Żgur li bid-dejn kif strutturat issa, dan se jaqa' fuq membri li huma anqas b'saħħithom. Il-kliem dwar Pjan Marshall ġdid huwa retorika... Fid-dell ta' dan id-diżgwid intern u tilwim legali, u fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi reali li qegħdin ngħixu fihom, bosta huma l-kummentaturi Ewropej li qegħdin isemmu l-bżonn ta' Pjan Marshall. Aħna nargumentaw li dawk kienu żminijiet oħra. Il-Pjan ta' Marshall żviluppa f 'kuntest ta' Ewropa aktar soċjali, fid-dell ta' dak li l-Ewropa tal- Punent, bħas-salvatur finanzjarju li pprovda l-manna, qieset bħala l-għadu komuni - il-komuniżmu - u fil-qafas regolatorju ta' Bretton Woods. Kien hemm kull interess li l-pjan jirnexxi. Is-solidarjetà kienet ideoloġika daqskemm kienet ekonomika. Il-biża ta' ribelljoni xellugija fil-Punent kienet reali, u l-pjan kellu l-għan li jġib is- sitwazzjoni lura għan-normal kemm jista' jkun malajr, u l-fwar tar-ribelljoni jiddawwar fl-ilma tal-paċifiżmu soċjali. F'mument storiku fejn il-kapitaliżmu huwa eġemoniku, l-aptit għas- solidarjetà internazzjonali naqas, in-nazzjonaliżmu tqawwa, is- solidarjetà tal-ħaddiem tnaqqret u l-opportuniżmu politiku żdied, żgur li l-kundizzjonijiet storiċi huma differenti ħafna minn dawk ta' Ewropa mfarrka bil-gwerra u mwerwra li l-internazzjonaliżmu aħmar jixxettel u jaħkem. Għalhekk, l-għajta għar-ritorn tal- Pjan Marshall huwa ħolm fieragħ u diskors rettoriku. L-ispiża biex l-Ewropa issalva minn riċessjoni indefinita hija ferm akbar minn ta' żmien Marshall, u l-urġenza ideoloġika u ġeopolitika mhix qiegħda hemm. U filwaqt li kulħadd ifittex l-id inviżibbli tas- suq kapitalist sabiex tirkupra xi ekwilibriju fittizju, fl-Ewropa, wara li l-Kunsill tal-Ewropa kien ta tagħlima lil kulħadd fil-mod kif tratta lill-Greċja, se naraw it- tkomplija tal-istess dramm f 'att ieħor, fil-mod kif l-aktar pajjiżi milquta qegħdin jiġu stmati u ttrattati. Id-differenzi bejn it- Tramuntana u n-Nofsinhar ħarġu fil- beraħ: il-FANG (Fillandja,Awstrija, Nederlands, Ġermanja) kontra l-PIGS (Portugall, Italja, Grecja, Spanja). Spanja pproponiet il- mutwalizazzjoni tad-dejn imma l-Unjoni mmexxija mill-Ġermanja u l-alleati tagħha ma tiimx is- sitwazzjoni hekk. Għax kif stqarret il-Qorti Ġermaniża, meta taġevola dejn pubbliku tkun qed tmur kontra l-investituri privati u l-profitt tagħhom attwali u tal-futur! Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen u ħdejha Charles Michel, President tal-Kunsill Ewropew L-UE daħlet fi kriżi imma se jinqasam il-piż?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020