Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250964

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 irridu naraw minn xiex qed jaħarbu t-tfal tagħna' 'Kollox jaffettwa ... mill-iżvilupp fit-teknoloġija għat-tip ta' djar fejn ngħixu' Dwar id-dipendenza tal- addoloxxenti Maltin fuq il- midja soċjali, il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mas-Soċjologa Maria Brown li fi kliemha dawn mhumiex riżultati li jolqtuk b'sorpriża meta wieħed iqis l-istil ta' ħajja ta' bħalissa li mhijiex fenomenu lokali iżda xi ħaġa internazzjonali. Fost l-aspetti li jistgħu jkunu qed iżiedu din id-dipendenza hemm, fost oħrajn, iż-żieda fis- suq tax-xogħol fejn aktar ġenituri qed jaħdmu u dan jista' jaffettwa l-ingaġġ li t-tfal tagħhom ikollhom mal-midja soċjali, xi ħaġa li ovvjament timxi id f 'id mal-iżvilupp fit-teknoloġija. "Hemm ukoll l-istil tal-ħajja li qed ngħixu. Għandek ukoll it- tip ta' djar li qed ngħixu fihom fejn forsi għandek familji iżgħar, b'inqas aħwa u bi spazji limitati fejn it-tfal u l-addoloxxenti jistgħu jilagħbu," saħqet Brown. Is-Soċjologa fakkret fir-riċerka li saret l-2017 miċ-Ċentru għall- Ħelsien mill-Vizzji ta' dik li kienet il-Fondazzjoni tal-President għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, liema studju nazzjonali kien stħarreġ lill-addoloxxenti ta' bejn 13 u 16-il sena fir-rigward tal-użu tagħhom tal-midja soċjali u l-Internet għar-rikreazzjoni. "Konnha sibna li t-tendenza, l-aktar li għandhom ingaġġ żejjed, jiġifieri pjuttost negattiv, kien fost is-subien aktar mill- bniet. Id-differenza kienet sinifikanti. Anke f 'etajiet iżgħar. Jiġifieri kienu aktar f 'riskju dawk li għandhom 13 minn dawk li għandhom 16-il sena," kompliet tispjega. L-istess studju kien sab ukoll korrelazzjoni bejn l-użu eċċessiv tal-midja soċjali mal-livell tal-edukazzjoni tal-ġenituri u t-tensjoni, l-ansjetà u n-nuqqas ta' rqad li kienu jassoċċjaw miegħu. "Dan juri li hemm fatturi soċjali li qed jaffettwaw dan it- tħassib li għandna dwar l-użu tal- midja soċjali fost iż-żgħażagħ," saħqet Brown. "Mhijiex xi ħaġa li wieħed jassoċċjaha biss mal- personalità tal-persuna u allura għandek tħares lejha mill-aspett psikjatriku biss iżda trid tħares lejha anke mill-aspett soċjoloġiku u għalhekk wieħed iħares ukoll lejn il-kuntesti soċjali," kompliet tisħaq is-soċjologa. 'Dan jista' jkun stil ta' ħajja li mhux nifhmu u li 'l quddiem jirriżulta f 'aspetti pożittivi' L-ILLUM staqsiet lis-soċjologa kif l-użu eċċessiv tal-midja soċjali jista' jaffettwa r-relazzjonijiet tal-addoloxxenti fil-futur, partikolarment meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol jew jaslu fil-punt li anke huma jkollhom il-familja tagħhom. Il-ġenituri x'jistgħu jagħmlu? "Ma nbassarx li neċessarjament dan se jwassal biex ikun hemm effetti negattivi biss ... aktar nibża' li nbeżżgħu bl-użu tal- midja soċjali," bdiet tispjega Maria Brown. Fi kliemha, dan jista' jkun stil ta' ħajja li llum mhux qed nimu imma li 'l quddiem, meta l-addoloxxenti jikbru, jista' jirriżulta f 'aspetti pożittivi. "Pereżempju li żżomm kuntatt. Li meta tfittex l-attività barra mid-dar ma tkunx biss għax- xogħol. Jekk inti limitat kemm tista' toħroġ barra tista' xorta timmobilità ruħek permezz tal- midja soċjali bħall-attiviżmu soċjali fejn tkun membru tal- NGO permezz tal-midja soċjali. Jista' jkun li l-midja soċjali qed tiffaċilita jew tissimplika ċertu xogħol. Dawn diġà fenomeni li qed naraw," kompliet tispjega s-soċjologa. 'Jinkwetani li l-midja soċjali ttellef mis-sens tal- bodylanguage' Iżda hawn fakkret li l-kuntatt inter-personali jibqa' importanti u l-midja soċjali tista' ttellef mir- rikezza u l-importanza ta' dak magħruf bħala 'body language.' "Jista' jkun li l-ġenerazzjonijiet tal-futur, fejn jirrigwardja l-qari tal-bodylanguage se jkunu limitati fiha. Ma jimux kemm hu importanti li wieħed jiem mhux biss dak li jingħad imma kif jingħad minn dik il-persuna speċifika u dak il-ħin. Din iva, tinkwetani," insistiet Brown. 'Bżonn urġenti ta' studju nazzjonali dwar il-litteriżmu diġitali mit-tfal sal-adulti' Fejn jidħlu l-ġenituri, is- soċjologa fakkret li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed isir diffiċli għalihom li jsibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. "Dan nistgħu narawh anke f 'dan iż-żmien tal-COVID-19. Anke jekk forsi wieħed iħossu xxurtjat li jista' jagħmel telework, dan iġib miegħu wkoll l-istress f 'kuntesti familjari għax hemm inqas distakk bejn ix-xogħol u l-kura t a t - tfal," insistiet Brown. Madanakollu saħqet li affarijiet sempliċi jistgħu jgħinu, bħal pereżempju meta l-ġenitur jiċċekja x'qed jaraw it-tfal u li wieħed juża l-kontrolli fuq ċertu s-siti. Kien hawn li appellat għal aktar edukazzjoni f 'dan il-qasam u anke biex il-pajjiż ikollu studju, li għalissa għad ma għandux, dwar il-litteriżmu diġitali. "Imbilli l-ġenituri jafu jużaw Facebook, jew jiċċekja min huma l-ħbieb tat-tfal fuq Facebook dak mhux neċessarjament huwa biżżejjed biex ġenitur jagħti edukazzjoni diġitali lill-uliedu. Hemm bżonn urġenti ta' studju dwar il-litteriżmu diġitali, mit- tfal sal-adulti," temmet tgħid is- Soċjologa. Ir-rapport Health Behaviour in School-aged Children (HSBC), ippubblikat mill-Uffiċċju Reġjonali tal-Għaqda Dinjija għas- Saħħa għall-Ewropa, wera kif l-addoloxxenti Maltin huma fost l-aktar dipendenti fuq l-użu tal- midja soċjali. Fil-fatt, l-istess rapport ipoġġi lill-adoloxxenti Maltin fuq nett tal- iskala dwar l-użu "problematiku" tal-midja soċjali, fejn fi kliem sempliċi l-użu tal-midja soċjali huwa wieħed eċċessiv u jista' jitqies bħala vizzju. Tant hu hekk li r-rapport jispjega kif l-użu "problematiku" tal-midja soċjali huwa kkaraterizzat minn sintomi bħalma huwa n-nuqqas ta' kontroll li jkollu impatt fuq aspetti oħra imporanti tal-ħajja. Għalhekk, f 'dan il-każ, l-użu eċċessiv tal- midja soċjali jiġi b'dettriment għar- relazzjonijiet personali, kemm mal- ħbieb u l-ġenituri, fost oħrajn. L-istudju sab kif fost l-addoloxxenti Maltin ta' 13-il sena, 20% tal-bniet u 13% tas- subien huwa dipendenti fuq l-użu tal-midja soċjali. Il-figuri jibqgħu kważi kważi l-istess fost dawk li għandhom 15-il sena, fejn 18% tal- bniet u 17% tas-subien jagħmlu użu eċċessiv mill-midja soċjali. Fost l-addoloxxenti li għandhom 11-il sena, dawk Maltin irreġistraw fit-tieni post wara dawk fl- Ażerbajġan. B'mod globali, jiġifieri mhux f 'Malta biss, 7% tal-adoloxxenti huma dipendenti żżejjed fuq l-użu tal-midja soċjali. X'sab eżett dan ir-rapport dwar l-addoloxxenti Maltin? Is-Soċjologa Maria Brown

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020