Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253531

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 Miriam Dalli Sena ta' Impenn u Responsabilitajiet G ħaddiet sena minn meta saru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Kienet rebħa rekord għall-Partit Laburista u sodisfazz- jon doppju personali, għaliex 64,000 persuna fdawni bil-vot tagħhom. Dan ir-riżultat ġab miegħu r-responsabilita' li nirrapreżenta bl-aħjar mod liċ-ċittadini kollha tal-gżejjer tagħna. Ir-rwol ta' Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew ifisser ukoll li nara li l-interess ta' pajjiżna jkun imħares b'vuċi b'saħħitha u magħquda. Iċ-ċokon tagħna ma jnaqqasx mill-influwenza fil-fora Ewropej. Kienet rebħa għal pajjiżna meta nħtart Viċi-President tal-Soċjal Demokratiċi fil-Parlament Ewropew. B'aktar minn 93% tal-voti tal-membri kollha tal-grupp tiegħi, sirt l-ewwel persuna Maltija li qatt okkupat din il-kariga fil-Parlament Ewropew. Din hija s-sitt sena ta' ħidma tiegħi fil- Parlament Ewropew. Imma x-xogħol tiegħi mhux limitat għall-Parlament Ewropew. Bl-istess saħħa qed naħdem f 'pajjiżna. L-elezzjonijiet tal-2019 kienu suċċess għall- programm LEAD, b'numru kbir ta' nisa li kkontestaw, ġew eletti u llum jirrappreżentaw lill-Partit Laburista fil-lokalitajiet tagħhom. LEAD kompla din is-sena bi 32 parteċipanta ġdida. F'dan il-qasam fadlina x'nagħmlu. Se nibqa' naħdem favur rappreżentanza aktar xierqa, biex ikollna trasparenza fil-pagi u biex in-nisa u l-irġiel jaqilgħu l-istess paga għall-istess xogħol. Bl-istess mod se nibqa' naħdem biex nindirizzaw il-vjolenza domestika. Għamilt dan f 'dawn il-jiem, meta b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Ġustizzja u s-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza nehdejna inizjattiva biex tingħata assitenza legali b'xejn lil dawn il- vittmi. Is-saħħa ta' kull wieħed u waħda minnha tibqa' prijorita' ewlenija għalijja. Bħala Chair ta' Mental Health Europe Riċentement nehdejt kampanja flimkien ma' Richmond Foundation biex nilħqu gruppi differenti ta' nies li għaddejjin minn żmien diffiċli għas- saħħa mentali tagħhom f 'dawn il-mumenti ta' sfida. Bħala Viċi-Chair tal-grupp MEPs Against Cancer se nibqa' naħdem għal għajnuna akbar għall-pazjenti tal-kanċer. Għandna madwar 30 miljun pazjent madwar l-Unjoni Ewropea, inkluż f 'Malta li jsibuha diffiċli biex jaċċessaw il-mediċina għall-mard rari tagħhom. Ħdimt qatih biex ikkonvincejt il-grupp politiku tiegħi jimbotta l-kunċett ta' joint public procurement, biex pajjiżi żgħar ma jkunux żvantaġġjati fix-xiri ta' mediċini. Ksibna l-maġġoranza tal-Parlament Ewropew, u l-Kummissjoni Ewropea ħadmet fuq dan is-suġġeriment. Qed naħdem biex issa din l-istess proċedura tintuża sabiex mediċini għal mard rari jkunu disponibbli. Is-saħħa tagħna tiddependi fuq l-ambjent li ngħixu fih. Għat-tielet sena konsekuttiva, intgħazilt bħala Ambaxxatriċi għall-Unjoni Ewropea għall- Enerġija Sostenibbli. Irrappreżentajt lill-Parlament Ewropew waqt l-assemblea nazzjonali tal-Ġnus Magħquda fi New York, li ffukat fuq it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli u anke' fil-konferenza tat-tibdil fil-klima li saret f 'Madrid fi Spanja. Permezz tas-Soċjal Demokratiċi, ħdimt biex il-Parlament Ewropew iddikkjara stat ta' emerġenza dwar it-tibdil fil-klima. Il-portafoll tiegħi bhala Viċi President tas- Soċjalisti u Demokratiċi jinkludi l-European Green Deal, pakkett ambjentali leġiżlattiv biex sal-2050 l-Unjoni Ewropea tkun Climate Neutral. Fil-Parlament Ewropew innegozzjajt riżoluzzjoni li ġiet approvata b'maġġoranza kbira minkejja r-reżistenza li sibt minn gruppi politiċi oħra tant li ħafna hasbu li ma kienx possibbli li nikkonvincu lill-maġġoranza timxi warajna. Se nibqa' naħdem biex nara li l-opportunitajiet ta' din it-tranżizzjoni ngawdu minnhom lokalment ukoll. Bħalissa qed naħdem fuq proġett għal qalbi ħafna: Small Changes, Big Impact. Flimkien m'aktar minn 50 persuna oħra, inkluż rappreżentanti ta' NGOs u akkademiċi, qed naħdmu fuq proposti f 'oqsma differenti, li se nippreżentaw lill-awtoritajiet Maltin u lil Kummissarji Ewropej. Irrid nara bidla pozittiva f 'pajjiżi. Il-ħatra tiegħi bħala chair tal-kummissjoni għal karozzi li ma jniġġżux għandha tgħin biex jonqos it-tniġġiż fit-toroq tagħna u biex nagħtu żmien biżżejjed ħalli jkollna karozzi nodfa fit-toroq Maltin. Dan jorbot mal-liġi li ħdimt fuqha fl-aħħar snin biex mal- Ewropa kollha jkollna karozzi li ma jniġġżux. Bħalissa qed naħdem fuq liġi li għandha taċċerta li l-karozzi fit-toroq tagħna jżommu mal-livelli tat-tniġġiż li jkollhom imniżżel fuq id-dokumenti uffiċjali, biex ma jerġax ikollna skandli bħal Diesel Gate. Dan hu l-legat li rrid nħalli lil uliedi u lil tfal oħra ta' l-eta tagħhom. Rwol ewlieni tiegħi hu li niddefendi l-interessi ta' pajjiżi barra minn xtutna. F'diskussjonijiet dwar is-saltna tad-dritt, kont ħarxa ma' dawk li jsibuha konvenjenti li jagħmlu ħsara lil Malta u lill-poplu tagħha. Insistejt mal-Kummissjoni Ewropea li għandha tipproponi mekkaniżmu b'esperti indipendenti li janalizzaw l-Istati Membri kollha b'mod ugwali, b'mod oġġettiv u b'mod ġust. Niddefendi lil pajjiżi fejn tidħol l-immigrazzjoni. Permezz tas-Soċjalisti u Demokratiċi qed naħdem biex il- Kummissjoni Ewropea toħroġ b'soluzzjonijiet u turi solidarjeta' bil-fatti. Qed nagħmel dan bil-fond għall-Ażil u l-Imigrazzjon, fejn se nibqa' ninsisti li kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu u mhux it pajjiżi biss. Niddefendi wkoll l-interessi ta' pajjiżi f 'dawn iż-żminijiet ta' Coronavirus. Kont minn tal-ewwel li ħdimt favur flessibilita' finanzjarja ħalli ċ-ċittadini u intrapriżi - partikolarment dawk żgħar u ħaddiema self-employed ma jispiċċawx iġorru piż kbir. Ħdimt biex niżgura li Malta u l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jkollhom aċċess għat- tagħmir mediku kollu kemm hu. Insistejt li dan mhux iż-żmien li kulħadd jaħseb għal rasu, u Malta ma tistax tikkompeti ma' pajjiżi akbar għax-xiri ta' materjal neċessarju. Nehdejna wkoll alleanza ta' politiċi, CEOs, trade unions u think tanks Ewropej biex flimkien nippromwovu miżuri sostenibbli biex l-ekonomija, inkluż dik Maltija, terġa' tinbena aktar b'saħħitha u sostenibbli wara l-pandemija. Nixtieq nara li l-bdiewa jkollhom dħul finanzjarju tajjeb u li titħares il- kompetittivita' tas-settur agrikolu. Flimkien ma' Friends of the Earth Malta u diversi bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin. qed naħdmu fuq kampanja b'messaġġ wieħed b'saħħtu favur ix-xiri ta' prodott lokali Malti. Inħossni kburija li ħdimt b'ħilti kollha biex nagħmel differenza f 'ħajjet kull wieħed u waħda minnha. Fis-snin li ġejjin se nkompli għaddejja bl-istess enerġija u bl-istess determinazzjoni, għax irrid li flimkien nieħdu lil dan il-pajjiż fil-Livell li Jmiss. Miriam Dalli hija l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020