Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253531

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 ambjent IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 • illum Fil-bidu ta' Marzu 2020, il- ħidma fl-Awtorità tal-Ippjanar kienet waħda ta' rutina, b'ħafna impjegati jidħlu għax-xogħol fl- uffiċini kull filgħodu. Iżda wara li bdiet l-imxija tal-COVID-19 din ir-rutina tħarbtet u tħabblet. Kienet biss l-adattabilità spontanja, però meqjusa, li serviet bħala ċ-ċavetta għas- sopravivenza. Xahrejn wara, mhux biss l-Awtorità baqgħet topera, iżda baqgħet b'saħħitha u soda. Aktar dettalji u tagħrif dwar dan jinsabu fil-ħarġa SHAPES. Il-COVID-19 biddel il-mod ta' kif naħdmu - possibilment b'mod permanenti. Id-dibattitu dwar jekk dawn il-bidliet jegħlbux din il-pandemija, jew le, jibqa' wieħed dinamiku. Kulma nafu b'ċertezza hu li r-rutini tax-xogħol ħadu forma differenti. Il-virus ta spinta biex iktar impjegati jaħdmu b'mod remot. Entitajiet, organizzazzjonijiet u kumpaniji jridu jilqgħu din l-isfida għax inkella jaqgħu lura fil-ħidma tagħhom. Imexxu l-grupp ta' implimentazzjoni fl-Awtorità hemm l-Inġ. Stephen Ferrito (Direttur tal-ICT, Immappjar u Servizzi Diġitali), David Cassar (Assistent Direttur tal-Operat) u Mariela Dobreva (Maniġer tal- ICT). Huma jispjegaw li f 'temp ta' it jiem biss – anzi f 'jumejn biex inkunu preċiżi - l-Awtorità rnexxielha taqleb kważi mija fil- mija tal-operat tagħha fuq sistemi diġitali 'l bogħod mill-uffiċċju. Għall-Awtorità, iżda, din il-bidla ġrat wara snin ta' investiment strateġiku fl-ICT. "Mill-2018, l-Awtorità bdiet ħidma attiva biex tipprovdi faċilitajiet ta' teleworking għall- impjegati tagħha", jispjega s-Sur Cassar, li huwa responsabbli biex jistabbilixxi l-proċeduri tal- Awtorità li joħorġu minn avviżi legali. "Din it-tip ta' bidla ma tistax isseħħ malajr. Hemm il-ħtieġa ta' bidla kulturali gradwali", iżid l-Inġ. Ferrito, li huwa r-rabta kruċjali bejn il-funzjoni tal-ICT tal-Awtorità u l-operazzjonijiet tagħha. "Aħna kburin li bħala Awtorità mxejna ħafna 'l quddiem fl-ICT. F'termini ta' teleworking, dan kollu beda b'impjegati li kellhom ċerti ħtiġijiet tal-familja. Fl-2018, organizzajna proġett pilota ta' sitt xhur u, minn dakinhar 'il hawn, ħafna impjegati saru favur setup ta' xogħol mid- L-Awtorità tal-Ippjanar tadatta għad-dinja tax-xogħol waqt l-imxija tal-COVID-19 "Kien it-tim robust tagħna ta' programmaturi u esperti tal- hardware li ppermettielna naġixxu daqshekk malajr. Minħabba dan, fil-biċċa l-kbira, ix-xogħol tal-Awtorità ma xxekkilx, u qegħdin naraw bidla inkoraġġanti u progressiva"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020