Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253531

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 'Bl-għaks ibati kulħadd iżda mill-ġid se jgawdi kulħadd' Is-Sindku tal-Belt Valletta jappella biex kulħadd, mill-awtoritajiet għar-residenti u n-negozji, jiġbdu ħabel wieħed biex malajr kemm jista' jkun il-ħajja fil-Belt Valletta terġa' tieħu l-ħajja YENDRICK CIOFFI "Il-Belt se terġa' tkun kif ħallejniha qabel il-COVID-19. Il-Maltin iħobbuha l-Belt," hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM is- Sindku tal-Belt Kapitali, Alfred Zammit u dan fid-dawl tal-fatt li kawża tal-pandemija, il-Belt Valletta reġgħet bdiet tmur torqod kmieni u t-toroq tagħha żvojtjaw mill-attività li kienu draw biha sa tard bil-lejl. Zammit, apparti li huwa resident Belti huwa wkoll sid ta' negozju u għalhekk jista' jiem kemm lir-residenti iżda anke l-bżonnijiet tan-negozji fil-Kapitali li minkejja li reġgħu fetħu l-bibien tagħhom fl-aħħar ġimgħat u jiem, għadhom ma rrankawx, forsi aktar minn dawk f 'lokalitajiet oħra. Bdejna nitkellmu fuq in- negozju, partikolarment ir- ristoranti li minkejja li fetħu ma kellhomx kjuwijiet. "Jiena nemmen li l-Belt bdiet tieħu r-ruħ meta l-Gvern ta l-permess lir-ristoranti biex joħorġu l-imwejjed barra. Sakemm wieħed jimxi mar- regolamenti, il-Belt hekk sabiħa. Ma naqbilx li l-Belt Valletta tkun Paceville ieħor iżda għandu jkun hemm divertiment li jixraq lill- Kapitali. Minn hu Belti veru jippreferi l-Belt kif ħallejniha qabel il-COVID-19, milli kif inhi bħalissa," beda jispjega Zammit. Insista li l-Belt għadha ma qabditx, għax il-Maltin jekk se jidħlu f 'ristorant se jieklu u se jonfqu l-flus u mhux imdorrija bir-restrizzjonijiet, anke jekk jiem li bħalissa dawn huma bżonnjużi. Hemm ukoll il- perċezzjoni u hawn libes il-kapell ta' sid ta' ristorant, li tar-ristoranti kellhom xeba' ikel maħżun u issa jridu jeħilsu minnu. "Mhu veru xejn. Ħafna ħwienet qasmu l-ikel fid-djar tat-tfal. Min se jabbuża?" staqsa Zammit. "In- nies għadhom mhux konvinti." 'Żgħażagħ Beltin tilfu x-xogħol ... oħrajn imdendla' Fi kliemu, kull pandemija għaddiet u bħalha se tgħaddi wkoll dik tal-COVID-19. "Imma biex il-Belt terġa' tieħu l-ħajja rridu naħdmu id f 'id, residenti, sidien u awtoritajiet" saħaq Zammit. Filwaqt li insista li hu jiem l-ilmenti li xi kultant ikun hemm minn residenti, fosthom minħabba l-parkeġġ, fakkar li n-negozji huma importanti wkoll anke għax dawn iħaddmu ħafna Beltin. "Jiena ma niddejjaqx ngħid li jiena pro-business. Ma jfissirx li tabbanduna lir-resident. Anzi trid taħdem id f 'id. Il-Beltin jippreferu li jaħdmu il-Belt. Allura anke l-ħaddiem Belti ħa daqqa. Hemm ħafna żgħażagħ Beltin li tilfu x-xogħol. Hemm oħrajn li huma inċerti. Hemm sidien Beltin li wkoll batew. Bl-għaks ibati kulħadd u bil-ġid igawdi kulħadd," insista s-Sindku Belti. 'Il-Belt mhijex Pariġi ... kirja ta' €150 kuljum hija ħafna' Semma wkoll il-problema tal- kirjiet. "Qed nagħtu l-impressjoni li l-Belt hija bħal Pariġi. Illum ħanut jinkera €150 kuljum. Ħafna. Jekk mhux se nagħtu kas din il-problema se nbatu. Din hija sfida li qed niffaċċjaw ukoll fil-proprjetà. Vera li l-valur ogħla imma jfisser li t-tfal Beltin mhux qed jaffordjaw li jibqgħu jgħixu fil-Belt. Irridu nagħtu kas ukoll il- komunità Beltija," saħaq Zammit. Kien hawn li s-Sindku saħaq li bħala Gvern Lokali, il-Kunsill irid jieħu ħsieb, l-ewwel u qabel kollox lir-resident iżda ma jistax jinsa lanqas il-komunità kummerċjali. "Sfortunatament għad hemm min ma jistax jiem li aħna ngħixu f 'Belt Kapitali. Irridu naċċettaw il-fatt li l-ħajja hija differenti. Mhux qed ngħid li bar jibqa' bil-mużika sa kmieni filgħodu. Dik se ninsistu fuqha u ltqajna mal-Pulizija biex ikun hemm infurzar qawwi meta nerġgħu nibdew. Aħna waqqafna li bar fil-Belt iġib DJ," kompla jisħaq is-Sindku. 'Nistgħu nagħlqu ftit għajnejna biex ngħinu n-negozju jqum' L-ILLUM reġħet ħaditu għall- kwistjoni tal-imwejjed u s-siġġijiet. Bil-mezzi ta' mitigazzjoni ħafna ristoranti u kafetteriji kellhom inaqqsu l-imwejjed iżda fil-Belt diġà kellek sitwazzjoni ta' spazju limitat kemm ġewwa u anke fuq barra. Dan qed jaffettwa? "Dejjem emmint fir- regolamenti. Iżda bħalissa, biex ngħinu lill-industrija terġa' tqum irridu nagħlqu it għajnejna. Jekk hemm ristorant li ġewwa ma jistax jopera u forsi ssagrifikajna parkeġġ wieħed sakemm jerġa' jaqbad, ma nkunx kontra. Nerġa' ngħid. Mill- ġid se jgawdi kulħadd," insista s-Sindku. "Il-maġġoranza tal- Beltin jgħixu tajjeb. Iżda hemm Beltin li waqgħu lura, speċjalment min jaqlagħha u jikolha. Kellna familji li lanqas xirja waħda ma felħu jagħmlu." Fond biex in-negozji Beltin jagħtu xi ħaġa lura lill-Beltin Ovvjament, kif rajna, jibqa' l-fatt li għar-residenti Beltin ġieli jinħolqu xi inkonvjenti, iżda l-Kunsill Lokali Belti qed jaħdem flimkien mal-boutique hotels, il- lukandi, ir-ristoranti u n-negozji Beltin biex jitwaqqaf fond biex minn dak li huma jaqilgħu jagħtu xi ħaġa lura lill-komunità Beltija. "Permezz ta' din l-inizjattiva, min irid, skont il-kobor tiegħu, jintrabat li jagħti donazzjoni lill-Kunsill Lokali. It-tir huwa li niġbru €200,000 f 'dan il-fond. Dan ikun amministrat mill- Kunsill Lokali u minnhom isiru proġetti fil-komunità," saħaq is-Sindku. "Xi it jew wisq qed joħolqu inkonvenjent. Permezz ta' dan il-fond qed jagħtu xi ħaġa lura. Barra minn hekk qed inħeġġu lin-negozji biex jagħtu preferenza lill-ħaddiema Beltin." Late night shopping: 'Għaliex qisna se nagħmlu l-quo-vadis? L-ILLUM staqsiet ukoll lis- Sindku dwar il-proposta biex nhar ta' Ġimgħa l-ħwienet jibqgħu miuħa sat-tard. "Jiena ma nsejtix. Imma qisna se nagħmlu l-quo-vadis," saħaq is-Sindku waqt li spjega li filwaqt li l-Maltin iriduha, huma l-ħaddiema li lmentaw dwar din il-proposta. "Biex inressqu n-nies il-Belt irridu nibdew din l-inizjattiva, speċjalment bħalissa. Għaliex in-nies tmur tixtri minn Tigné u mhux mill-Belt? Sas-seba' n-nies ma jlaħħqux. Jekk jibqgħu mifuħa n-nies se jiġu, se jixtru u wara se jmorru jieklu u jieħdu drink." Temm jisħaq li l-ħaddiema ma jridux jaraw din bħala theddida iżda bħala opportunità għalihom. "Min ma jridx jagħmel overtime ma jagħmlux. Biex tirnexxi kulħadd irid jiaħ," temm jisħaq is-Sindku. "Jekk se niħu n-nies se jiġu kif imorru bnadi oħra." Alfred Zammit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020