Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 • illum 'Mhu vera xejn li sid ta' proprjetà għall-kiri jista' jiddiskrimina skont in-nazzjonalità, razza jew reliġjon' Espert fil-qasam tal-Housing jgħid illi dak li qal Douglas Salt mal-ILLUM dwar il-possibilità li sid ma jaċċettax inkwilin minħabba n-nazzjonalità mhi vera xejn u jistaqsi kif rappreżentant tal-Aġenti tal-Proprjetà lanqas jaf x'tgħid il-liġi ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Li tgħid illi sid ta' proprjeta għandu b'xi mod dritt ma jaċċettax lil xi ħadd għab-bażi ta' nazzjonalità jew inkella reliġjon hija kompletament żbaljata u mhi vera xejn." Hekk sostna espert fil- liġi li titratta l-proprjetà u l-kirjiet, iżda li pprefera li jibqa' anonominu, dwar kummenti ma' din il-gazzetta minn Douglas Salt. Salt, li jirrapreżenta lill- aġenti tak-proprjetà fl-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) kien qal mal-ILLUM li sid ta' proprjetà jista' jekk irid ma jaċċettax li jikri l-proprjetà tiegħu għab-bażi ta' reliġjon, razza jew nazzjonalità. Hu kien qed jirreaġixxi għal ilment li għamlet żagħżugħa mal- ILLUM illi kienet irriutata milli tidħol f 'kera, espressament għax hija Maltija. "Il-ligi magħrufa bħala l-Ordni Dwar Trattament Indaqs ta' Persuni ilha fis-sehh minn mindu dħalna fl-UE u din tgħid b'mod mill-aktar ċar illi "ebda persuna fis- settur privat ukoll m'għandha tiddiskrimina kontra xi persuna oħra dwar: aċċess għal u provvista .. ta' djar," saħaq l-espert ma' din il-gazzetta. Hu staqsa, rettorikament: "Mhix inkwetanti li rappreżentant għoli tal-aġenti lanqas hu konxju tal-ligi? Jekk ma jafx din il-ħaġa Douglas Salt, mela kemm jafuha aġenti li saru aġenti ilbieraħt'lura?" Huwa sostna illi hekk kif żviluppa daqstant dan is-settur hemm bżonn li jkun preparat u mhux "dilettantesk". 'L-aġenti m'għandomx ikunu favur is-sid biss' Huwa staqsa l-aġenti meta jitkellmu - inkluż fil-każ ta' Salt - għaliex jagħtu l-impressjoni li jitkellmu f 'isem parti waħda; is-sid. "Għaliex l-aġenti jaraw lilhom infushom bħala r-rappreżentant tas- sidien? Suppost mhux jirrappreżentaw liż- żewg partijiet?" L-espert fil-qasam tal-housing staqsa dwar min qed iħares l-interessi ta' min qed ixtri jew jikri - li wara kollox huwa hu li qed iħallas il-commissions li minnhom jitħallsu l-aġenti. Temm jistaqsi għaliex assoċjazzjoni bħall-MDA, meta tħabbret ir-riforma fil- kera, qalu dak li qed idejjaq lis-sidien u mhux lill-inkwilin, bħallikieku l-inkwilin jew il-konsumatur huwa t-tielet parti f 'kuntratt ta' kirja jew xiri ta' proprjetà. Mal-ILLUM Salt kien qal illi għalkemm sa dakinhar hu ma kienx sema' każi bħal dawk ta' tfajla li tkellmet mal-ILLUM qal ukoll li mhux sopriż li fil-fatt dan qed jiġri hekk kif , skontu, ħafna sidien qed jikru għal sena biss biex iħarsu l-interessi tagħhom, filwaqt li sostna illi inkwilini barranin joffru ħafna inqas reżistenza legali. Huwa qal li hu f 'isem l-MDA dejjem wissa li r-riforma li ħabbar il-Gvern kienet se twassal biex inqas idien jikru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020