Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 aħbarijiet Ġirien, storbju, imwejjed u n-negozju: Imma preparati l-lokalitajiet turistiċi għas-sajf? Nitkellmu fuq is- sajf u t-turiżmu, imma l-lokalitajiet tagħna lesti? X'qed isir biex ikollhom infrastruttura aħjar? X'qed jinkwieta lis-Sindki? X'inhu s-sentiment fost in-negozji? L-ILLUM titkellem mas-Sindku ta' San Pawl il-Baħar u mas- Sindku ta' San Ġiljan ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Id-diskors fuq it-turiżmu baqa' jqum minn jum għall-ieħor fil- pajjiż, iżda lilhinn minn dati ta' uħ tal-ajruport, numri ta' turisti u kontroversji dwar l-effett tat-turiżmu fuq il- pandemija - hemm il-lokalitajiet turistiċi. Lokalitajiet illi mingħajr turiżmu jkunu bla ħajja, bla nies u bi it li xejn kummerċ. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-Sindku ta' San Pawl il-Baħar - li jinkludi lill-Qawra, Buġibba u x-Xemxija - Alfred Grima, kif ukoll lis-Sindku ta' San Ġiljan Albert Buttigieg. Tistaqsihom kemm qed isiru preparamenti mil-lat infrastrutturali u aktar, biex il- lokalitajiet jkunu lesti għal miġja ta' numru ta' turisti, is-sentiment tan-negozji fil-lokalità u problemi jew tħassib li għandhom għall- futur immedjat. 'Nittamaw illi dak li huwa temporanju ma jsirx permanenti' Is-Sindku ta' San Ġiljan fakkar illi t-turiżmu huwa intrinsikament marbut ma' din il-lokalità, li tinkludi wkoll lil Paceville. "Inżommu mad-diretivi u nieħdu gost. Mingħajr turiżmu aħna bħala lokalità m'aħna xejn," jgħid Buttigieg li iżda mill-ewwel iqajjem il-kwistjoni tal-imwejjed u s-siġġijiet ta' diversi negozji. "Il-biża' hija illi dak li huwa temporanju jsir permanenti. Diġa' qed jieħdu wisq spazju," jinsisti filwaqt li jsemmi negozju partikolari f 'San Ġiljan li - minkejja protestazzjonijiet ta' residenti - ħa ħames spazji ta' parkeġġ, inkluż parkeġġ għal persuni b'diżabilità. Dwar il-fatt li l-Prim Ministru diġa' ċċara li dan l-arranġament mhuwiex permanenti, Buttigieg qal illi filwaqt li jivvalorizza l-kelma tal-PM, "l-esperjenza urietna li mis-seba niehdu l-id. Mhux hawnhekk biss." Jisħaq li huwa importanti li jinżamm bilanċ f 'kollox u li huwa inġust ħafna li r-residenti u l-interessi tagħhom dejjem jitpoġġew fl-aħħar post. Dwar Paceville jittama illi nitgħallmu mill-iżbalji tal-passat u li dejjem ikun hemm ir-rispett. "Ir-residenti ta' Paceville issa draw bl-istorbju - ħallieha li ħadu it nifs f 'dawn il-ġimgħat - u ma jiddejqux jaraw nies jimxu u jieħdu gost. Li jdejjaqhom huwa n-nuqqas ta' rispett. Li jqumu filgħodu u jsibu min għamel il- bżonnijiet mal-bieb jew irrimetta fil-parapett jew ħa d-droga fuq l-għatba. L-appell huwa dejjem ir-rispett. " U finalment dwar in-negozji Buttigieg jgħid illi għalissa s-sentiment huwa wieħed kawt ħafna b'negozji li huma żgħar xi it aktar beżgħana għall-futur. 'Hemm ħafna pożittiv imma hemm ċerti żoni fejn hemm ħafna nuqqas ta' rispett lejn il-liġi u l-ġirien' Is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Alfred Grima jgħid illi fuq il- punt ta' għajununa mill-Gvern, għadhom kif tlestew erba' toroq oħrajn li nbnew mill-ġdid, filwaqt li sar xogħol fuq it-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar. Dan filwaqt li l-Gvern qed jgħin biex jerġa jsir mill-ġdid il-gym ta' mal-promenade li nqala' kważi kollu biex jitwaħħal apparat ġdid. Grima jgħid li x-xogħol waqa' lura minħabba l-pandemija u l-fatt illi xi xogħol jeħtieġ jiġi minn barra. "Bħala Kunsill se nkomplu b'xogħol ta' patching - li ilu biex isir snin sħaħ f 'diversi toroq, bi proċess kif suppost mhux cold asphalt. Se nkunu qed nagħmlu proġett illi fih se tiġi rranġata - bis-sistema ta' drenaġġ b'kollox - il-latrina pubblika, kif ukoll għandna żewġ proġetti li jitrattaw ġonna." Huwa jgħid illi l-Kunsill diġa' ppreżenta pjanijiet għall-proġett biex jiġi rijabilitat ġnien fil-Qawra u anke rijabilitazzjoni fil-masġar ta' madwar it-taraġ fiż-żona tal- Gillieru. Filwaqt li rringrazzja lill- Kunsill Lokali illi qabel ma' dawn il-proġetti unanimament qal illi dawn il-proġetti huma kollha lesti f 'termini ta' pjanti u jonqos biss il-permess issa biex jibdew. Semma wkoll xogħol ta' tindif u manutenzjoni f 'postijiet bħax- Xemxija. Mistoqsi x'inhu s-sentiment tan-negozji, li huma parti intinsika mill-lokalità, Grima sostna li milli qed jisma' hemm element ta' pożittività għall-futur u jsemmi sid ta' lukanda li qed tinbena mill-ġdid illi jispjega kif "sorprendentement kien pożittiv ħafna." Hu jgħid kif fil-fatt grupp ta' nies li kienu qed jgħinu lill- Kunsill fil-manteniment naqas hekk kif bosta kellhom jerġgħu jmorru għax-xogħol. Finalment huwa jirringrazzja lill-komunità Serba f 'din il- lokalità li tat daqqa ta' id biex diversi nies ikunu mgħejjuna. Filwaqt li qal illi hemm ħafna pożittiv, temm jappella għall- infurzar għax hemm negattiv ukoll. Isemmi żona partikolari - iż- żona ta' Triq il-Ħġejjeġ u Triq il- Ġifen - fejn jinsisti li għad hemm ħafna li la qed jirrispettaw il-liġi u wisq inqas lill-ġirien tagħhom. Alfred Grima Albert Buttigieg "Ir-residenti ta' Paceville issa draw bl-istorbju - ħallieha li ħadu ftit nifs f'dawn il-ġimgħat - u ma jiddejqux jaraw nies jimxu u jieħdu gost. Li jdejjaqhom huwa n-nuqqas ta' rispett. "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020