Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256417

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • illum Ninvestu fiż-żgħażagħ Roderick Galdes huwa l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes M ill-mument li ġejt fdat bir-responsabbilità li nħares wara s-settur tal-akkomodazzjoni f 'pajjiżna, kelli tir wieħed f 'moħħi, jiġifieri li ngħin lill-familji Mal- tin u nagħmel differenza b'mod tanġibbli f 'ħajjithom. Ma ridtx li nagħmel dan sempliċiment billi ninkoraġġixxi aktar dipenden- za fuq l-għajnuna tal-Gvern u l-benefiċċji soċjali. Dan kien ikun aktar sempliċi, iżda kienu joffru soluzzjoni biss fl-immedjat u li ma jħallu l-ebda benefiċċju fit-tul fuq il-pajjiż. Minflok, addattajna strateġija li permezz tagħha nagħtu l-għodda kollha li hemm bżonn biex dawn ikunu jistgħu jqumu u jimxu waħedhom. Din kienet il-linja ta' ħsieb wara diversi skemi u proġetti li implimentajna fi ħdan is-settur tal- akkomodazzjoni fl-aħħar it snin. L-iskema magħrufa bħala Equity Sharing, pereżempju, qed tgħin diversi individwi li għandhom 'il fuq minn 40 sena biex isiru sidien tad-dar tagħhom, filwaqt li r-riforma fil-liġi tal-kera, li nedejna b'suċċess fil-bidu ta' din is-sena, assigurat li jkun hemm alternattiva vera u vijabbli għal dawk il-familji li jagħżlu li jikru mis-suq privat. Kull wieħed minn dawn il-proġetti sar speċifikament bil-għan li noħolqu ambjent fejn il-familji Maltin ikunu jistgħu jikbru u jimxu 'l quddiem. Minflok ma pprovdejna sempliċiment akkomodazzjoni, aħna għamilniha possibbli għal setturi kbar fis- soċjetà biex jixtru jew jikru l-akkomodazzjoni tagħhom. Issa, qed inkomplu l-missjoni tagħna billi ngħinu settur ieħor kruċjali tas-soċjetà tagħna: iż-żgħażagħ. Għal snin sħaħ konna qed nisimgħu dwar diversi sfidi li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin qed jiffaċċjaw meta jiġu biex jixtru l-ewwel dar tagħhom u bħala Gvern li jisma' u li jwieġeb għall- bżonnijiet tal-poplu, ħadna azzjoni biex nipprovdu appoġġ lil dawn il-membri tas-soċjetà biex anke huma jkunu jistgħu jixtru l-ewwel proprjetà. Illum il-ġurnata, akbar minn qatt qabel, ħafna miż-żgħażagħ tagħna qed jinvestu aktar mill-ħin tagħhom biex ikomplu bl-istudji tagħhom u l-edukazzjoni. Riżultat ta' dan, anke jekk isibu xogħlijiet tajbin, ħafna minnhom ma jkollhomx il-flus biżżejjed biex iħallsu l-10% depożitu biex ikunu jistgħu jixtru propretà, anke jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tfisser li huma eliġibbli għal self mill-bank. Issa, bis-saħħa tal-Home Deposit Scheme li nedejna, din saret problema tal-passat għall- benefiċċjarji. Permezz ta' din l-iskema l-ġdida, il-Gvern se jkun qed isellef sa €17,500 lil dawk li se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom u li għandhom inqas minn 40 sena biex hekk ikun kopert l-10% depożitu fuq proprjetajiet li ma jaqbżux il-prezz ta' €175,000. Dan is-self se jkun qed jingħata b'kollaborazzjoni mal-bank APS u mal-Bank of Valletta, iżda l-Gvern se jkun qed ikopri l-interessi fuq is-self tal-10% għax l-għan tagħna huwa li nnaqsu l-piż minn fuq il-familji żgħażagħ u mhux inżiduwulhom. Dawk li se jibbenefikaw minn din l-iskema se jkunu jistgħu jħallsu lura s-self fuq perjodu massimu ta' 25 sena. Madanakollu, il-Gvern se jkun qed joffri inċentivi u benefiċċji lil dawk li jkunu kapaċi jħallsu lura dan is-self fi żmien iqsar. Riżultat ta' dan, dawk li jħallsu s-self wara ħames snin, se jkunu qed jibbenefikaw minn skont ta' 5%, filwaqt dawk li jħallsu lura fi żmien 10 snin se jirċievu skont ta' 2% fuq l-ammont imsellef. B'hekk, il-Gvern kif għamel dejjem, se jkun qed jippremja l-għaqal, għax inħossu li dan għandu jkun rikonoxxut u apprezzat. Il- Home Deposit Scheme hija waħda li se tkun qed tolqot faxxa kbira tas-soċjetà hekk kif se tkun miuħa għal dawk kollha li għandhom bejn il-21 u d-39 sena u li huma eliġibbli. F'każ ta' persuni waħedhom li għandhom bejn il-21 u t-30 sena, dan ifisser li jrid ikollhom dħul gross ta' bejn €19,000 u €25,000 fis- sena, filwaqt li dawk waħedhom u li għandhom bejn il-31 u d-39 sena jrid ikollhom dħul annwali gross li jvarja bejn il-€25,000 u l-€35,000. Mill-banda l-oħra, f 'każ ta' koppji li japplikaw għall-iskema flimkien, it-tnejn li huma jrid ikollhom bejn il-21 u d-29 sena u flimkien, id-dħul annwali gross ma jkunx inqas minn €19,000 u mhux aktar minn €35,000. Apparti minn hekk, l-ebda applikant ma jista' jkun fil-pussess ta' assi kapitali li jaqbżu s-somma ta' €17,500. Kif it-termini tal-eliġibilità u anke t-termini tal-pagamenti juru, din mhijiex sempliċiment għajnuna mill-Gvern, iżda mod kif ngħinu lil dawk li investew il-ħin biex itejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom u li issa kien jonqoshom l-id ta' għajnuna biex jaċċessaw is- suq tal-proprjetà. Barra minn hekk, kif semmejt aktar qabel, aħna mhux interessati sempliċiment biex ninkoraġġixxu aktar dipendenza soċjali. Minfok, aħna qed ngħinu lill-familji Maltin biex jgħinu lilhom infushom billi nneħħu l-ostakli li jsibu fit-triq tagħhom u nagħtuhom l-għajnuna kollha neċessarja biex jirnexxu. Wara kollox, se jiksbu r-riżultati bis-saħħa tal-bżulija u d-diliġenza. Bl-introduzzjoni tal-Home Deposit Scheme, nemmen li irnexxilna nkopru l-maġġoranza tat-toqob kollha fis-settur tal- akkomodazzjoni u issa verament nistgħu nħarsu lejh b'mod ħolistiku. Dan għax din l-iskema mhux se tieħu post oħrajn, iżda se tkun qed taħdem flimkien ma' skemi oħra u benefiċċji li qed noffru. B'dan il-mod, qed nassiguraw li nindirizzaw il- bżonnijiet tal-membri kollha tas-soċjetà, nipprovdu għajnuna u soluzzjonijiet irrispettivament mill-etajiet, il-kundizzjoni soċjo- ekonomika jew jekk hux qed ifittxu biex jixtru proprjetà jew jikruha. Nemmen li huwa wieħed mid- dmirijiet ta' kull gvern li jassigura li ż-żgħażagħ jibqgħu ottimisti dwar il-futur tagħhom u ta' pajjiżhom. Wara kollox, huma stess huma l-futur u għandna r-responsabbilità li nisimgħu l-bżonnijiet tagħhom u nindirizzawhom u mhux nibqgħu passivi u siekta quddiem it-tħassib tagħhom. Bit-tnedija ta' din l-iskema, għamilna preċiżament dan. Issa, iż-żgħażagħ ta' pajjiżna jistgħu jkomplu jaħdmu u jipperseveraw, għax jafu tajjeb li aħna se nkunu warajhom u lesti biex ngħinuhom kull meta jkollhom bżonn. Permezz ta' din l-iskema l-ġdida, il-Gvern se jkun qed isellef sa €17,500 lil dawk li se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom u li għandhom inqas minn 40 sena biex hekk ikun kopert l-10% depożitu fuq proprjetajiet li ma jaqbżux il-prezz ta' €175,000.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020